Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Avandia
rosiglitazone

FULJETT TA’ TAGĦRIF:INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNHA


AVANDIA 2mg pilloli miksijin b’rita AVANDIA 4mg pilloli miksijin b’rita AVANDIA 8mg pilloli miksijin b’rita rosiglitazone


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.


F’dan il-fuljett:

1. X’inhu Avandia u għalxiex jintuża

  1. Qabel ma tieħu Avandia

  2. Kif għandek tieħu Avandia

  3. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

  4. Kif taħżen Avandia

  5. Aktar tagħrif


  1. X’INHU AVANDIA U GĦALXIEX JINTUŻA


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Avandia jintuża biex jikkura dijabete tat-tip 2. Nies li jbatu minn dijabete tat-tip-2 jew ma jagħmlux biżżejjed insulina (ormon li jikkontrolla il-livelli ta’ zokkor fid-demm), jew ma jirrispondux normalment għall-insulina li jagħmel ġisimhom. Avandia jgħin biex inaqqas iz-zokkor fid-demm tiegħek għal livell normali billi jgħin lil ġismek jagħmel użu aħjar mill-insulina li jipproduċi.


    Avandia jista’ jintuża waħdu jew flimkien ma’ mediċini oħra għad-dijabete (bħal metformin jew sulphonylurea).


  2. QABEL MA TIEĦU AVANDIA


    Biex tgħin fl-imaniġġjar tad-dijabete tiegħek, huwa mportanti li ssegwi kull parir ta’ dieta jew stil ta'

    ħajja mingħand it-tabib tiegħek kif ukoll tieħu Avandia.


    Tieħux Avandia:

    • jekk inti allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal rosiglitazone jew xi wieħed mill- ingredjenti l-oħra ta’ Avandia (imniżżlin f’Sezzjoni 6)

    • jekk kellek attakk f’qalbek jew anġina severa, li qed tkun ikkurata l-isptar

    • jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb, jew qatt kellek insuffiċjenza tal-qalb fil-passat

    • jekk għandek mard tal-fwied

    • jekk kellek ketoaċidożi dijabetika ( kumplikazzjoni tad-dijabete li tikkawża telf kbir fil-piż, dardir jew rimettar)


    Iċċekja mat-tabib tiegħek jekk xi wieħed minn dawn japplikaw għalik. Tieħux Avandia.

    Oqgħod attent ħafna b’AVANDIA


    Avandia m’huwiex rakkomandat għal nies taħt it-18 ‘il sena, għax ma ġietx murija l-effettivita’ fit- tfal.


    Jekk inti ġejt idjanjostikat b’anġina (uġigħ fis-sider), jew mard arterjali periferali (tnaqqis fiċ-

    ċirkulazzjoni tad-demm fis-saqajn).

    Iċċekkja mat-tabib tiegħek, għax Avandia jista’ ma jkunx jgħodd għalik.


    Kundizzjonijiet li għandek toqgħod attent għalihom

    Avandia u mediċini oħra għad-dijabete jistgħu iġagħlu xi kondizzjonijiet eżistenti imorru għall-agħar, jew jikkawżaw effetti mhux mixtieqa serji. Għandek toqgħod attent għal ċerti sintomi waqt li tkun qed tieħu Avandia, biex tnaqqas ir-riskju ta’ xi problemi. Ara

    ‘Kundizzjonijiet li hemm bżonn toqgħod attent għalihom’ f’Sezzjoni 4.


    Tista’ terġa’ tibda l-ovulazzjoni

    Nisa li huma infertili minħabba xi kundizzjoni li taffettwa l-ovarji tagħhom (bħal Sindromu Poliċestiku ta’ l-Ovarji), jistgħu jerġgħu jibdew jovulaw meta jibdew jieħdu Avandia. Jekk dan

    japplika għalik, uża kontraċezzjoni adattata biex tevita l-possibilita’ ta’ tqala mhux pjanata (ara ‘Waqt

    li qed tieħu Avandia it-tabib tiegħek għandu bżonn ikun jaf’ aktar ‘il quddiem f’Sezzjoni 2)


    Meta tieħu mediċini oħra

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi mediċini oħra, jekk ħadt xi mediċini riċentement, jew jekk tibda tieħu xi ġodda. Dan jinkludi mediċini erbali u mediċini oħra li tkun xtrajt

    mingħajr riċetta.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Ċerti mediċini għandhom speċjalment aktar possibilita’ li jaffettwaw l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek:

    • gemfibrozil (li jintuża biex ibaxxu l-kolesterol)

    • rifampicin (li jintuża jikkura t-tuberkulożi u nfezzjonijiet oħra)

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar jekk tkun qed tieħu xi wieħed minn dawn. Ikun iċċekkjat il- livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek u d-doża tiegħek ta’ Avandia jista’ jkun hemm bżonn li tinbidel.


      Tqala u Treddigħ

    • Avandia m'huwiex rakkomandat waqt it-tqala. Jekk inti tqila jew tista’ tkun tqila, għid lit- tabib tiegħek.


    • Treddgħax waqt li tkun qed tieħu Avandia. L-ingredjenti jistgħu jgħaddu fil-ħalib tas-sider u għalhekk jistgħu jagħmlu l-ħsara lit-tarbija tiegħek.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni:

      Din il-mediċina m’għandhiex ikollha effett fuq il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.


      Avandia fiha l-lattożju

      Il-pilloli ta’ Avandia fihom ammonti zgħar ta’ lattożju. Pazjenti li għandhom intolleranza għal-lattożju jew bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-galattożju, in-nuqqas ta’ Lapp lactase jew malassorbiment tal-lattożju-galattożju, m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.


  3. KIF GĦANDEK TIEĦU AVANDIA


    Dejjem għandek tieħu il-pilloli ta’ Avandia eżatt skond ma jkun qallek it-tabib tiegħek. Tieħux aktar mid-doża rakkomandata. Iċċekkja mat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jekk m’intix żgur.

    Kemm tieħu

    Id-doża tal-bidu tas-soltu hija ta’ 4mg kuljum. Din tista’ tittieħed bħala pillola waħda ta’ 4mg darba kuljum, jew bħala pillola ta’ 2mg waħda meħuda darbtejn kuljum.


    Wara xi 8 ġimgħat it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn iżidlek id-doża. Id-doża massima hija ta' 8mg ta' Avandia kuljum.


    Kif tittieħed

    Ibla’ l-pilloli bi ftit ilma. Tista’ tieħu Avandia jew ma’ l-ikel jew fuq stonku vo

    Ħu l-pilloli tiegħek madwar l-istess ħin kuljum u segwi kull parir dijetitiku li jkun tak it-tabib tiegħek.


    Jekk tieħu aktar Avandia milli jmissek

    Jekk aċċidentalment tieħu ħafna pilloli, ikkuntatja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir.


    Jekk tinsa tieħu Avandia

    Tieħux pilloli żejda biex tpatti għal doża li tkun tlift. Ħu biss id-doża tiegħek li jmiss fil-ħin tas-soltu.


    Tieqafx tieħu Avandia

    Ħu Avandia sakemm jirrikmandalek it-tabib tiegħek. Jekk tieqaf tieħu Avandia, iz-zokkor fid-demm tiegħek ma jkunx ikkontrollat, u tista’ tkun ma tiflaħx. Kellem lit-tabib tiegħek jekk trid tieqaf.


  4. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Avandia jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm mhux kulħadd ikollu minnhom.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Kondizzjonijiet li għandek bżonn toqgħod għassa għalihom


    Reazzjonijiet allerġiċi : Dawn huma rari ħafna f’nies li jieħdu Avandia. Jinkludu sinjali bħal :

    • raxx imtella u bil-ħakk (hives)

    • nefħa, xi kultant tal-wiċċ jew tal-ħalq (anġjoedema), li tikkawża diffikulta’ fin-nifs

    • kollass

      Ikkuntatja tabib immedjatament jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi. Ieqaf ieħu Avandia.


      Ritenzjoni ta’ fluwidu u falliment tal-qalb : Avandia jista’ jgiegħlek iżżomm l-ilma (ritenzjoni ta’ fluwidu) li twassal għal nefħa u żieda fil-piż. Fluwidu żejjed fil-ġisem jista’ jagħmel xi problemi diġa’ eżistenti tal-qalb agħar jew iwassal għal falliment tal-qalb. Dan huwa aktar possibli jekk inti diġa’ tkun qed tieħu mediċini oħra għad-dijabete tiegħek (bħal insulina), jekk għanded problemi bil-kliewi, jew jekk inti għandek aktar minn 65 sena. Iċċekkja l-piż tiegħek regolarment; jekk iżid b’mod rapidu, għid lit-tabib tiegħek. Sintomi ta’ falliment tal-qalb jinkludu:

    • qtigħ ta’ nifs, tqum bil-qtigħ ta’ nifs bil-lejl

    • tgħejja malajr wara attivita’ fisika ħafifa bħal mixi

    • żieda rapida fil-piż tiegħek

    • egħkiesi jew riġlejn minfuħa

      Għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibli jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi – jew għall-ewwel darba jew jekk imorru għall-agħar.


      Zokkor baxx fid-demm (ipogliċemija) : Jekk qed tieħu Avandia ma' mediċini oħra għad-dijabete, huwa aktar possibli li z-zokkor fid-demm tiegħek jinżel taħt il-livell normali. Sintomi bikrin ta' zokkor baxx fid-demm huma:

    • rogħda, għaraq, iħossok ħażin

    • nervożità, palpitazzjonijiet

    • ġuħ

      Is-severita’ tista’ żżid, u twassal għal konfużżjoni u telf ta' sensi.

      Għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibli jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi. Id- doża tal-mediċini tiegħek jista’ jkollha bżonn titnaqqas.


      Problemi fil-fwied: Qabel ma tibda’ tieħu Avandia jittieħidlek kampjun tad-demm biex tiċċekkja il- funzjoni tal-fwied tiegħek. Dan l-iċċekkjar jista’ jkun ripetut f’intervalli. Dawn jistgħu ikunu sinjali ta’ problemi fil-fwied:

    • dardir u rimettar

    • uġigħ fl-istonku (addomenu)

    • nuqqas ta’ aptit

    • awrina kulur skur

      Għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi.


      Problemi fl-għajnejn: Nefħa fir-retina fuq in-naħa ta’ wara ta’ l-għajn li tista’ tikkawża vista mċajpra (edema makulari) tista’ tkun problema għal nies bid-dijabete. Ġraw każi ta’ edema makulari ġodda jew li marru għall-agħar f’okkażjonijiet rari f’nies li jkunu fuq Avandia u mediċini simili.

      Iddiskuti mat-tabib tiegħek kull inkwiet dwar il-vista tiegħek.


      Ksur fl-għadam: Jista’ jkun hemm ksur fl-għadam f’nies bid-dijabete. Il-possibilitajiet li jiġri dan jista’ jkun aktar għoli f’persuni, speċjalment nisa, li ilhom jieħdu rosiglitazone għal aktar minn sena. L-aktar ksur komuni huma fis-saqajn, fl-idejn u fid-dirgħajn.


      Effetti sekondarji komuni

      Dawn jistgħu jaffetwaw sa persuna waħda minn kull 10

      • uġigħ fis-sider (anġina)

      • ksur ta’ għadam

      • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli fid-demm (anemija)

      • żidiet żgħar tal-kolesterol fid-demm, żieda fl-ammont ta’ xaħmijiet fid-demm.

        Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      • żjieda fil-piż, żjieda fl-aptit

      • stitikezza

      • zokkor aktar baxx fid-demm minn normal (ipoglikemja)

      • nefħa (edema) minħabba ritenzjoni ta’ ilma


        Effetti sekondarji rari

        Dawn jistgħu jaffettwaw sa wieħed 1 minn kull 1,000 persuna

      • fluwidu fil-pulmun (edema pulmonari) li tikkawża qtugħ ta’ nifs

      • falliment tal-qalb

      • nefħa fir-retina fuq wara ta’ l-għajn (edema makulari)

      • il-fwied ma jiffunzjonax tajjeb kemm imissu (żieda fl-enżimi tal-fwied)


        Effetti sekondarji rari ħafna

        Dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna

      • reazzjonijiet allerġiċi

      • żieda rapida u eċċessiva fil-piż ikkawżata minn ritenzjoni ta’ fluwidu


    Jekk ikollok xi effetti mhux mixtieqa

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed minn dawn l-effetti mhux mixtieqa hawn fuq isir sever jew itik il-problemi, jew jekk tinnota xi effetti mhux mixtieqa mhux imsemmija f’dan il-fuljett.


  5. KIF TAĦŻEN AVANDIA


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    Tużax Avandia wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-pakkett.

    Din il-mediċina m’għandiex bżonn kondizzjonijiet speċjali għall-ħażna.


    Jekk għandek xi pilloli li m’għandekx bżonn, tagħmilhomx fl-ilma tad-drenaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif għandek tarmi pilloli li m'għandekx bżonn. Dan jgħin biex tipproteġi l-ambjent.


  6. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Avandia

Is-sustanza attiva hija rosiglitazone. Il-pilloli ta’ Avandia jiġu f’dożi differenti. Kull pillola fiha jew: 2mg, 4mg jew 8mg.


Is-sustanzi l-oħra huma: sodium starch glycollate (Tip A), hypromellose, hypromellose 6cP, microcrystalline cellulose, lactose monohydrate, titanium dioxide (171), macrogol 3000, glycerol triacetate, u iron oxide red (E172). Il-pillola ta’ 4mg fiha wkoll purified talc u iron oxide yellow (E172).


Id-dehra ta’ Avandia u l-kontenuti tal-pakkett

Il-pilloli ta’ Avandia 2mg huma roża, mmarkati "GSK" fuq naħa u "2" fuq l-oħra. Il-pilloli issibhom f’pakki blister li fihom 56, 112, 168 jew 180 pillola miksijin b’rita jew 56 pillola miksijin b’rita f’pakkett b’doża unita.


Il-pilloli ta’ Avandia 4mg huma oranġjo, immarkati "GSK" fuq naħa waħda u "4" fuq l-oħra. Il-pilloli issibhom f’pakki blister li fihom 7, 28, 56, 84, 90 jew 112 pillola miksijin b’rita jew 56 pillola miksijin b’rita f’pakkett b’doża unita.

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Il-pilloli ta’ Avandia 8mg huma kannella fl-aħmar, immarkati "GSK" fuq naħa waħda u "8" fuq l- oħra. Il-pilloli issibhom f’pakki blister li fihom 7, 28, 84,,90 jew 112 pillola miksijin b’rita.


Mhux id-daqsijiet tal-pakketti jew id-dożi tal-pilloli kollha jistgħu ikunu disponibbli fil-pajjiż tiegħek.


Id-Dententur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: SmithKline Beecham Ltd, 980 Great West Road, Brentford, Middlesex, TW8 9GS, Ir-Renju Unit.


Manifattur: Glaxo Wellcome Production, ZI du terras, 53100, Mayenne, Franza. jew

Glaxo Wellcome S.A., Avenida de Extremadura 3, 09400 Aranda de Duero, Burgos, Spanja.

Għall kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-AwtorizzazzjonI għat-tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien GlaxoSmithKline s.a./n.v. Tél/Tel: + 32 (0)2 656 21 11


Luxembourg/Luxemburg GlaxoSmithKline s.a./n.v. Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0)2 656 21 11


България ГлаксоСмитКлайн ЕООД Teл.: + 359 2 953 10 34

Magyarország GlaxoSmithKline Kft. Tel.: + 36 1 225 5300


Česká republika GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111

gsk.czmail@gsk.com

Malta GlaxoSmithKline Malta Tel: + 356 21 238131


Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00

dk-info@gsk.com

Deutschland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG Tel.: + 49 (0)89 36044 8701

produkt.info@gsk.com

Nederland GlaxoSmithKline BV Tel: + 31 (0)30 6938100

nlinfo@gsk.com Norge GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00

firmapost@gsk.no


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Eesti

GlaxoSmithKline Eesti OÜ Tel: + 372 6676 900

estonia@gsk.com

Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0

at.info@gsk.com


Ελλάδα

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Polska

GSK Commercial Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0)22 576 9000


España GlaxoSmithKline, S.A. Tel: + 34 902 202 700

es-ci@gsk.com

Portugal

GlaxoSmithKline – Produtos Farmacêuticos, Lda Tel: + 351 21 412 95 00

FI.PT@gsk.com


France

Laboratoire GlaxoSmithKline Tél.: + 33 (0)1 39 17 84 44

diam@gsk.com

România

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L. Tel: + 4021 3028 208


Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 353 (0)1 4955000

Slovenija GlaxoSmithKline d.o.o. Tel: + 386 (0)1 280 25 00

medical.x.si@gsk.com


Ísland GlaxoSmithKline ehf. Sími: + 354 530 3700

Slovenská republika GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o. Tel: + 421 (0)2 49 10 33 11

recepcia.sk@gsk.com

Italia

GlaxoSmithKline S.p.A. Tel: + 39 (0)45 9218 111

Suomi/Finland GlaxoSmithKline Oy Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

Finland.tuoteinfo@gsk.com


Κύπρος

GlaxoSmithKline Cyprus Ltd

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

info.produkt@gsk.com


Latvija

GlaxoSmithKline Latvia SIA Tel: + 371 67312687

lv-epasts@gsk.com

United Kingdom GlaxoSmithKline UK Tel: + 44 (0)800 221441

customercontactuk@gsk.com


Lietuva

GlaxoSmithKline Lietuva UAB Tel: + 370 5 264 90 00

info.lt@gsk.com


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat