Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Pregabalin Zentiva
pregabalin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Pregabalin Zentiva 25 mg kapsuli ibsin Pregabalin Zentiva 50 mg kapsuli ibsin Pregabalin Zentiva 75 mg kapsuli ibsin Pregabalin Zentiva 100 mg kapsuli ibsin Pregabalin Zentiva 150 mg kapsuli ibsin Pregabalin Zentiva 200 mg kapsuli ibsin Pregabalin Zentiva 225 mg kapsuli ibsin Pregabalin Zentiva 300 mg kapsuli ibsin pregabalin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Pregabalin Zentiva u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Zentiva

  3. Kif għandek tieħu Pregabalin Zentiva

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Pregabalin Zentiva

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Pregabalin Zentiva u għalxiex jintuża


    Pregabalin Zentiva jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jintużaw għall-kura ta l-epilessija, l-uġigħ nevrotiku u d-disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata (GAD - generalised anxiety disorder) fl-adulti.


    Uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali

    Pregabalin Zentiva jintuża sabiex jiġi kkurat uġigħ fit-tul ta’ żmien ikkawżat minn ħsara fin-nervituri. Hemm numru ta' mard li jista' jikkaġuna wġigħ newropatiku periferali, bħad-dijabete jew il-ħruq ta’

    Sant’Antnin. Is-sensazzjonijiet ta' uġigħ li wieħed iħoss ħ jistgħu jiġu deskritti bħala sħana, ħruq,

    tektik, uġigħ li jiġri minn parti għal oħra tal-ġisem, tniffid, uġigħ qawwi, bugħawwieġ, weġgħat, tnemnim, tinġiż. L-uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali jista' jkun assoċjat ukoll ma'bidliet fil-burdata,

    disturbi fl-irqad, debbulizza (għeja) u jista’ jkollu impatt fuq il- funzjonament fiżiku u soċjali u fuq il-

    kwalità tal-ħajja inġenerali.


    Epilessija

    Pregabalin Zentiva jintuża sabiex tiġi kkurata ċerta forma ta' epilessija (aċċessjonijiet parzjali bi jew mingħajr ġeneralizzazzjoni sekondarja) fl-adulti. It-tabib tiegħek se jordnalek Pregabalin Zentiva biex jgħin fil-kura tal-epilessija meta l-kura li tkun qed tieħu tkunx qiegħda tikkontrolla l-kondizzjoni tiegħek. Inti għandek tieħu Pregabalin Zentiva flimkien -kura li tkun qiegħed/qiegħda tieħu. Pregabalin Zentiva mhuwiex maħsub sabiex jintuża waħdu, iżda għandu dejjem jintuża ma’ trattament ieħor kontra l-epilessija.


    Disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata

    Pregabalin Zentiva jintuża għall-kura ta' disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata (GAD - generalised anxiety disorder). Is-sintomi ta’ GAD huma ansjetà eċċessiva fit-tul u tħassib li jkunu diffiċli biex

    tikkontrollahom. GAD jista’ jikkawża wkoll irrekwitezza jew tħossok eċċitat jew fuq ix-xwiek, tegħja malajr (għajjien), diffikulta' biex tikkonċentra jew ma tiftakar xejn, tħossok irritabbli, ikollok tensjoni fil-muskoli jew disturb fl-irqad Dan huwa differenti mit-tensjonijiet tal-ħajja ta’ kuljum.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Zentiva Tiħux Pregabalin Zentiva

    • jekk inti allerġiku għal pregabalin jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Pregabalin Zentiva

    • Xi pazjenti li kienu qed jieħdu pregabalin irrappurtaw sintomi li jindikaw reazzjoni allerġika.

      Dawn is-sintomi jinkludu nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien, u fil-gerżuma kif ukoll raxx diffus tal-ġilda. Jekk inti tħoss kwalunkwe minn dawn ir-reazzjonijiet, inti għandek tikkuntattja

      lit-tabib tiegħek immedjatament.

    • Kien hemm rapporti ta’ raxxijiet serji tal-ġilda fosthom is-sindrome ta’ Stevens-Johnson, nekroliżi epidermali tossika b’rabta ma’ pregabalin. Ieqaf uża pregabalin u fittex attenzjoni medika immedjatament jekk tinnota xi wieħed mis-sintomi relatati ma’ dawn ir-reazzjonijiet serji tal-ġilda deskritti f’sezzjoni 4.

    • Pregabalin ġie assoċjat ma’ sturdament u ngħas, li jistgħu jżidu l-okkorrenza ta’ korrimenti aċċidentali (waqgħat) f’pazjenti anzjani. Għalhekk inti għandek toqgħod attent sakemm tidra’ xi effett li jista’ jkollha l-mediċina.

    • Pregabalin jista’ jikkawża viżjoni mċajpra jew telf tal-vista, jew bidliet oħra fil-vista, li l- maġġorparti minnhom huma temporanji. Għandek tirreferi immedjament għand it-tabib tiegħek jekk tesperjenza xi bdil fil-viżta.

    • Xi pazjenti bid-dijabete li jżidu fil-piż waqt li jkunu qegħdin jieħdu pregabalin jista' jkollhom bżonnbidla fil-mediċini li jkunu qegħdin jieħdu kontra d-dijabete.

    • Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal Pregabalin u s-severità ta' dawn l- effetti tista' tiżdied meta jittieħdu flimkien.

    • Kien hemm rapporti ta’ insuffiċjenza tal-qalb f’xi pazjenti meta kienu qed jieħdu pregabalin; dawn il-pazjenti kienu il-biċċa l’kbira anzjani b’kundizzjonijiet karjovaskulari. Qabel ma tieħu din il-mediċina għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk ikollok storja ta’ mard tal-qalb.

    • Kien hemm rapporti ta’ insuffiċjenza tal-kliewi f’xi pazjenti waqt li kienu qed jieħdu pregabalin.

      Jekk waqt li tieħu Pregabalin Zentiva tinnota tnaqqis fil-passaġġ tal-urina, inti għandek tgħid lit- tabib tiegħek minħabba li t-twaqqif tal-mediċina tista’ ssolvi din il-problema.

    • Numru żgħir ta’ persuni li jkunu qed jirċievu kura bi prodotti mediċinali kontra l-epilessija bħal pregabalin kellhomħsibijiet li jweġġgħu jweġġgħu lilhom infushom jew jew li jagħmlu suwiċidju. Jekk f’xi hin ikollok jiġuk dawn il-ħsibijiet, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

    • Meta pregabalin tkun qed tittieħed ma’ mediċini oħrajn li jistgħu jikkawżaw l-istitikezza (bħal ċerti tipi ta’ mediċini li jingħataw għall-uġigħ) jista’ jkun possibbli li li jkun hemm problemi gastrointestinali (eż. stitikezza, imsaren imblukkati jew paralizzati). Għid lit-tabib tiegħek jekk tesperjenza stitikezza, speċjalment jekk inti suxxettibli għal din il-problema.

    • Qabel tieħu din il-mediċina, għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk għandek storja ta’ vizzju tax- xorb jew kwalunkwe abbuż jew dipendenza ta’ droga. Tiħux iktar mediċina milli miktub fuq ir- riċetta.

    • Kien hemm rapporti ta’ aċċessjonijiet waqt l-użu ta’ pregabalin jew ftit wara li twaqqfet il-kura bi pregabalin. Jekk tesperjenza xi aċċessjoni kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

    • Kien hemm rapporti ta’ nuqqas tal-funzjoni tal-moħħ (enċefalopatija) f’xi pazjenti li qed jieħdu pregabalin u li għandhom kundizzjonijiet oħrajn. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek storja ta’ kundizzjonijiet mediċi serji, li jinkludu mard tal-fwied jew il-kliewi.

    • Kien hemm rapporti ta’ diffikultajiet biex wieħed jieħu n-nifs. Jekk tbati minn disturbi fis- sistema nervuża, disturbi respiratorji, indeboliment tal-kliewi, jew jekk għandek aktar minn 65 sena, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik reġim tad-doża differenti. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk ikollok problemi biex tieħu n-nifs jew jekk tieħu nifsijiet qosra u mgħaġġlin.


      Tfal u adolexxenti

      Is-sigurtà u l-effikaċja fit-tfal u l-adolexxenti (ta’ taħt it-18-il sena) ma ġewx determinati s’issa u għalhekk, pregabalin m’għandux jintuża f’dan il-grupp ta’ etajiet.


      Mediċini oħra u Pregabalin Zentiva

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

      Pregabalin Zentiva u xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw lil xulxin (interazzjoni). Meta jiġi meħud ma’

      ċertu mediċini oħra li għandhom effetti sedattivi (inklużi l-opjojdi), pregabalin jista’ jqawwi dawn l- effetti, u jista’ jwassal għal insuffiċjenza respiratorja, koma u mewt. Il-livell ta’ sturdament, irqad u

      konċentrazzjoni mnaqqsa jista’ jiżdied jekk pregabalin jittieħed ma’ mediċini oħra li fihom:

    • oxycodone (użat biex itaffi l-uġigħ).

    • lorazepam (użat għall-kura ta’ ansjetà).

    • l-alkoħol.

      Pregabalin Zentiva jista’ jittieħed ma’ kontraċettivi orali.


      Pregabalin Zentiva ma’ ikel, xorb u alkoħol

      Kapsuli ibsin ta’ Pregabalin Zentiva jistgħu jittieħdu mal-ikel jew waħedhom.

      Huwa rrakkomandat li wieħed ma jixrobx alkoħol waqt li jkun qed jieħu Pregabalin Zentiva.


      Tqala u treddigħ

      Pregabalin Zentiva m’għandux jittieħed waqt it-tqala jew waqt li tkun qed tredda’, sakemm it-tabib ma

      jgħidlekx mod ieħor tiegħek. L-użu tapregabalin matul l-ewwel 3 xhur tat-tqala jistajikkawża difetti tat-twelid fit-tarbija fil-ġuf li jeħtieġu trattament mediku. Fi studju li rriveda data minn nisa fil- pajjiżi Nordiċi li ħadu pregabalin fl-ewwel 3 xhur tat-tqala, 6 trabi minn kull 100 kellhom dawn id- difetti tat-twelid. Dan jistajitqabbel ma4 trabi minn kull 100 li ġew imwielda minn nisa li ma ngħatawx trattament bpregabalin fl-istudju. Ġew irrappurtati anormalitajiet tal-wiċċ (qsim fil-ħalq u l-wiċċ), l-għajnejn, is-sistema nervuża (inkluż il-moħħ), il-kliewi u l-ġenitali.


      Għandha tintuża kontraċezzjoni effettiva f'nisa li jistgħu joħorġu tqal. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Pregabalin jista' jikkawża sturdament, irqad u konċentrazzjoni mnaqqsa. Issuqx, tħaddimx makkinarju kumpless jew tinvolvi ruħek f'attivitajiet oħra li jistgħu jkunu perikolużi sakemm tkun taf jekk din il- mediċina taffettwax il-ħila tiegħek biex twettaq dawn l-attivitajiet.


      Pregabalin Zentiva fih lactose monohydrate

      Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


  3. Kif għandek tieħu Pregabalin Zentiva


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

    It-tabib tiegħek jistabbilixxi liema doża hi adattata għalik. Pregabalin Zentiva huwa għal użu orali biss.

    Uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali, epilessija jew disturbi ta’ ansjetà ġeneralizzata

    Ħu n-numru ta’ kapsuli ibsin kif ordnalek it-tabib tiegħek.

    Id-doża, li ġiet aġġustata għalik u għall-kondizzjoni tiegħek, ġeneralment tkun bejn 150 mg u 600 mg kuljum.

    It-tabib tiegħek se jgħidlek tieħu Pregabalin Zentiva jew darbtejn jew tliet darbiet kuljum. Fil-każ ta’

    darbtejn kuljum ħu Pregabalin Zentiva darba filgħodu u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħinijiet tal-ġurnata. Għal-tliet darbiet kuljum ħu Pregabalin Zentiva darba filgħodu, darba wara nofsinhar u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħinijiet tal-ġurnata.


    Jekk ikollok l-impressjoni li l-effett ta’ Pregabalin Zentiva huwa qawwi żżejjed jew dgħajjef iżżejjed, tkellem mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek.


    Jekk int pazjenti anzjan ('il fuq minn 65 sena), inti għandek tieħu Pregabalin Zentiva b’mod normali ħlief jekk ikollok problemi bil-kliewi.


    It-tabib tiegħek jista’ jordnalek skeda ta' dożaġġ u/jew doża differenti jekk ikollok problemi bil-kliewi tiegħek.


    Ibla’ l-kapsula sħiħa bl-ilma.

    Kompli ħu Pregabalin Zentiva sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek tieqaf.


    Jekk tieħu aktar Pregabalin Zentiva milli suppost

    Ċempel lit-tabib tiegħek jew mur immedjatament fit-taqsima tal-emerġenza tal-eqreb sptar. Ħu l-kaxxa tal-kapsuli ibsin ta’ Pregabalin Zentiva miegħek. Jekk tieħu Pregabalin Zentiva aktar milli suppost

    tista’ tħossok bin-ngħas, konfuż, aġitat jew bla mistrieħ. Kienu rrapportati wkoll aċċessjonijiet.


    Jekk tinsa tieħu Pregabalin Zentiva

    Importanti li tieħu l-kapsuli ibsin Pregabalin Zentiva tiegħek b’mod regolari fl-istess ħin tal-ġurnata. Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar sakemm ma jkunx wasal il-ħin għad-doża li jmiss. F’dak il- każ, kompli bid-doża li jmiss bħas-soltu. Tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li nsejt.


    Jekk tieqaf tieħu Pregabalin Zentiva

    Twaqqafx tieħu Pregabalin Zentiva sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan. Jekk il- kura tiegħek titwaqqaf dan għandu jsir b'mod gradwali fuq perijodu minimu ta’ ġimgħa.

    Wara li twaqqaf kura fit-tul jew fil-qasir bi Pregabalin Zentiva, jeħtieġ li tkun taf li tista’ tesperjenza

    ċerti effetti sekondarji. Dawn jinkludu, diffikultà biex torqod, uġigħ ta’ ras, dardir, tħossok anzjuż, dijarea, sintomi bħall-influwenza, aċċesssjonijiet, nervożità, depressjoni, uġigħ, tagħriq u sturdament. Dawn is-sintomi jistgħu jseħħu b’mod aktar komuni jew sever jekk tkun ilek tieħu pregabalin għal perijodu ta’ żmien aktar fit-tul.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Jekk ikollok nefħa fil-wiċċ jew fl-ilsien jew jekk il-ġilda tiegħek issir ħamra u jibda jkollha l- infafet jew titqaxxar, għandek tfittex parir mediku immedjat.


    Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10

    • Sturdament, ħedla, uġigħ ta’ ras.


      Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10

    • Żieda fl-aptit.

    • Sensazzjoni ta’ ferħ kbir, konfużjoni, diżorjentament, tnaqqis fl-interess sesswali, irritabilità.

    • Nuqqas ta’ attenzjoni, guffaġni, indeboliment tal-memorja, telf tal-memorja, tregħid, diffikulta' biex titkellem, sensazzjoni ta' tnemnim, tmewwit, sedazzjoni, letarġija, nuqqas ta’ rqad, għeja, tħossok stramb u mhux bħas-soltu.Vista mċajpra, vista doppja.

    • Vertigo, problemi fil-bilanċ, waqgħat.

    • Ħalq xott, stitikezza, rimettar, gass fl-istonku, dijarea, dardir, nefħa fiż-żaqq.

    • Diffikultajiet bl-erezzjoni.

    • Nefħa fil-ġisem, inkluż l-estremitajiet.

    • Sensazzjoni ta' wieħed fis-sakra, mod mhux normali kif timxi.

    • Żieda fil-piż.

    • Bugħawwieġ, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fid-dahar, uġigħ fid-dirgħajn u fis-saqajn.

    • Uġigħ fil-griżmejn.


      Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100

    • Telf tal-aptit, tnaqqis fil piż, zokkor baxx fid-demm, ta’ zokkor ogħli fid-demm.

    • Bidla fil-mod kif tħares lejk innifsek, irrekwitezza, depressjoni, aġitazzjoni bidliet fil-burdata, diffikultà biex issib il-kelma, alluċinazzjonijiet, ħolm anormali, attakk ta’ paniku, apatja, agressjoni, burdata ta’ entużjażmu, indeboliment mentali, diffikultà biex taħseb, żieda fl-interess sesswali, problemi fil-funzjoni ta' natura sesswali li jinkludu inkapaċità li tilħaq orgażmu, dewmien fl-ejakulazzjoni.

    • Bidliet viżta tal-għajnejn, moviment mhux normali tal-għajnejn, bidliet fil-viżta ta’ l- għajnejn li jinkludu telf tal-viżta , tberrieq ta’ dawl, movimenti bl-iskossi, tnaqqis fir-riflessi, attività akbar, sturdament meta tkun qiegħed bil-wieqfa, ġilda sensittiva, telf tat-togħma, sensazzjoni ta’ ħruq, rogħda meta tiċċaqlaq, koxjenza mnaqqsa, tintilef minn sensik, ħass ħażin, sensittivita’ akbar għall-ħsejjes, tħossok ma tiflaħx.

    • Għajnejn xotti, nefħa fl-għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, għajnejn dgħajfa, għajnejn idemmgħu, irritazzjoni fl-għajnejn.

    • Disturbi fir-ritmu tal-qalb, taħbit tal-qalb aktar mgħaġġel, pressjoni baxxa, pressjoni għolja, tibdil fit-taħbit tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb.

    • Fawra, fwawar ta’ sħana.

    • Diffikultà biex tieħu nifs, nixfa fl-imnieħer, konġestjoni fl-imnieħer.

    • Produzzjoni akbar ta' bżieq, ħruq ta’ stonku, tmewwit madwar il-ħalq.

    • Tagħriq, raxx, tkexkix ta’ bard, deni.

    • Ġbid fil-muskoli, nefħa fil-ġogi, ebusija fil-muskoli, uġigħ li jinkludi uġigħ fil-muskoli, uġigħ fl-għonq.

    • Uġigħ fis-sider.

    • Diffikultà jew uġigħ biex tagħmel l-awrina, inkontinenza.

    • Dgħufija, għatx, tagħfis fis-sider.

    • Bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm u tal-fwied (żieda fil-kreatina phosphokinase fid- demm, żieda fl-alanine aminotransferase, żieda fl-aspartate aminotransferase, tnaqqis fl-għadd ta' pjastrini, newtropenja, żieda fil-krejatinina fid-demm, tnaqqis fil-potassju fid-demm).

    • Sensittività eċċessiva, nefħa fil-wiċċ, ħakk, urtikarja, imnieħer inixxi, fsada mill-imnieħer, sogħla, inħir.

    • Uġigħ waqt il-mestruwazzjoni.

    • Idejn u saqajn kesħin.


      Rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000

    • Sens tax-xamm mhux normali, problemi fil-viżta fejn l-affarijiet jidhru jiċċaqalqu, perċezzjoni alterata tal-fond, viżta għad-dawl aktar qawwija , telf tal-viżta.

    • Twessigħ tal-pupilli, twerriċ.

    • Għaraq kiesaħ, tagħfis fil-gerżuma, ilsien minfuħ.

    • Infjammazzjoni tal-frixa.

    • Diffikultà biex tibla’.

    • Moviment tal-ġisem bil-mod jew imnaqqas.

    • Diffikultà biex tikteb kif suppost.

    • Żieda ta’ fluwidu fiż-żaqq.

    • Ilma fil-pulmun.

    • Aċċesssjonijiet.

    • Tibdil fir-riżultati elettriċi (ECG) tal-qalb li jirrifletttu disturbi fir-ritmu tal-qalb.

    • Ħsara fil-muskoli.

    • Tnixxija mis-sider, żieda mhux normali fid-daqs tas-sider, żieda fid-daqs tas-sider tal-irġiel.

    • Menstrwazzjoni li tiġi interrotta.

    • Insuffiċjenza tal-kliewi, volum ta’ awrina, ritenzjoni urinarja..

    • Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli bojod tad-demm.

    • Mġiba mhux xierqa.

    • Reazzjonijiet allerġiċi (li jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs, infjammazzjoni fl- għajnejn (keratite) u reazzjoni serja fil-ġilda karatterizzata minn irqajja’ jagħtu fl-aħmar mhux imqabbżin, forma ta’ tarka jew ċirkulari fuq il-parti ta’ fuq tal-ġisem, spiss b’infafet ċentrali, tqaxxir tal-ġilda, ulċeri tal-ħalq, tal-griżmejn, tal-imnieħer, tal-partijiet ġenitali u tal-għajnejn. Dawn ir-raxxijiet serji tal-ġilda jistgħu jkunu preċeduti minn deni u sintomi li jixbhu lil dawk tal-influwenza (sindrome ta’ Stevens-Johnson, nekroliżi epidermali tossika).

    • Suffejra (sfurija tal-ġilda jew tal-għajnejn)

    • Parkinsoniżmu, jiġifieri sintomi li jixbhu l-marda tal-Parkinson; bħal rogħda, bradikinżsija (tnaqqis fl-abbiltà li tiċċaqlaq), u riġidità (ebusija tal-muskoli).


      Rari ħafna: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000

    • Insuffiċenzja tal-fwied

    • Epatite (infjammazzjoni tal-fwied)


    Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali bi ħsara fin-nerv li jgħaddi mis-sinsla jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal pregabalin u s- severità ta’ dawn l-effetti tista’ tiżdied meta jittieħdu flimkien.


    Ġiet irrappurtata r-reazzjoni avversa li ġejja fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq: Problemi biex wieħed jieħu n-nifs, teħid ta’ nifsijiet qosra u mgħaġġlin.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Pregabalin Zentiva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Pregabalin Zentiva

    • Is-sustanza attiva hija pregabalin. Kull kapsula iebsa fiha 25 mg, 50 mg, 75 mg, 100 mg, 150 mg, 200 mg, 225 mg jew 300 mg ta’ pregabalin.

    • Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma lactose monohydrate, pregelatinized maize starch, talc, iron oxide iswed (E172) titanium dioxide (E171), ġelatina, linka sewda (li fiha

shellac, iron oxide iswed (E172),propyleneglycol, soluzzjoni qawwija tal-ammonia, potassium hydroxide).

Il-kapsuli ta’ 75 mg, 100 mg, 200 mg, 225 mg u 300 mg fihom ukoll iron oxide aħmar (E172), iron oxide isfar (E172).


Kif jidher Pregabalin Zentiva u l-kontenut tal-pakkett


Kapsuli ta’ 20 mg

Għatu griż ċar u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 15.9 mm, kapsula iebsa tal-

ġelatina stampata b’“25”, li fiha trab kważi abjad.


Kapsuli ta’ 50 mg

Għatu griż ċar u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 14.3 mm, kapsula iebsa tal-

ġelatina stampata b’“50”, li fiha trab kważi abjad.


Kapsuli ta’ 75 mg

Għatu aħmar u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 14.3 mm, kapsula iebsa tal-

ġelatina stampata b’“75”, li fiha trab kważi abjad.


Kapsuli ta’ 100 mg

Għatu aħmar u korp aħmar; b’tul ta’ madwar 15.9 mm, kapsula iebsa tal-

ġelatina stampata b’“100”, li fiha trab kważi abjad.


Kapsuli ta’ 150 mg

Għatu griż ċar u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 18.0 mm, kapsula iebsa tal-

ġelatina stampata b’“150”, li fiha trab kważi abjad.


Kapsuli ta’ 200 mg

Għatu opak kulur il-ġilda u korp opak kulur il-ġilda; b’tul ta’ madwar

19.4 mm, kapsula iebsa tal-ġelatina stampata b’“200”, li fiha trab kważi abjad.


Kapsuli ta’ 225 mg

Għatu opak kulur il-ġilda u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 19.4 mm, kapsula iebsa tal-ġelatina stampata b’“225”, li fiha trab kważi abjad.


Kapsuli ta’ 300 mg

Għatu aħmar u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 21.7 mm, kapsula iebsa tal- ġelatina stampata b’“300”, li fiha trab kważi abjad.


Pregabalin Zentiva 25 mg kapsuli ibsin huma ppakkjati ġo folji tal-alu/alu (OPA/alu/PVC/alu) jew PVC/PVDC/alu bħala l-pakkett ewlieni.

Pregabalin Zentiva 50 mg, 75 mg, 100 mg, 150 mg, 200 mg, 225 mg u 300 mg kapsuli ibsin huma ppakkjati ġo folji tal-PVC/alu bħala l-pakkett ewlieni.


Pregabalin Zentiva 25 mg u 50 mg huma disponibbli f’pakketti ta’ 14, 21, 56, 84, 98 u 100 kapsula ibsin.

Pregabalin Zentiva 75 mg, 150 mg u 300 mg huma disponibbli f’pakketti ta’ 14, 56, 84, 98, 100 u 112 kapsula ibsin.

Pregabalin Zentiva 100 mg, 200 mg huma disponibbli f’pakketti ta’ 21, 84, 98 u 100 kapsula ibsin.

Pregabalin Zentiva 225 mg huwa disponibbli f’pakketti ta’ 14, 56, 98 u 100 kapsula iebsa. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Zentiva, k.s.

U Kabelovny 130

102 37 Prague 10

Ir-Repubblika Ċeka


Manifattur

Zentiva, k.s.

U Kabelovny 130

102 37 Prague 10

Ir-Repubblika Ċeka


jew


S.C. Zentiva, S.A.

B-dul Theodor Pallady nr.50, sector 3, Bucharest, cod 032266 Rumānija


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Zentiva, k.s.

Tél/Tel: +32 280 86 420

PV-Belgium@zentiva.com


България

Zentiva, k.s.

Тел: + 359 244 17 136

PV-Bulgaria@zentiva.com


Česká republika

Zentiva, k.s.

Tel: +420 267 241 111

PV-Czech-Republic@zentiva.com


Danmark

Zentiva Denmark ApS Tlf: +45 787 68 400

PV-Denmark@zentiva.com


Deutschland

Zentiva Pharma GmbH Tel: +49 (0) 800 53 53 010

PV-Germany@zentiva.com


Eesti

Zentiva, k.s.

Tel: +372 52 70308

PV-Estonia@zentiva.com


Ελλάδα

Zentiva, k.s.

Τηλ: +30 211 198 7510

PV-Greece@zentiva.com


España

Zentiva, k.s.

Tel: +34 931 815 250

PV-Spain@zentiva.com


France

Zentiva France

Tél: +33 (0) 800 089 219

PV-France@zentiva.com


Hrvatska

Zentiva d.o.o.

Tel: +385 1 6641 830

PV-Croatia@zentiva.com


Ireland

Zentiva, k.s.

Tel: +353 766 803 944

PV-Ireland@zentiva.com


Ísland

Zentiva Denmark ApS Sími: +354 539 0650

PV-Iceland@zentiva.com

Lietuva

Zentiva, k.s.

Tel: +370 52152025

PV-Lithuania@zentiva.com


Luxembourg/Luxemburg

Zentiva, k.s.

Tél/Tel: +352 208 82330

PV-Luxembourg@zentiva.com


Magyarország Zentiva Pharma Kft. Tel.: +36 1 299 1058

PV-Hungary@zentiva.com


Malta

Zentiva, k.s.

Tel: +356 2778 0890

PV-Malta@zentiva.com


Nederland

Zentiva, k.s.

Tel: +31 202 253 638

PV-Netherlands@zentiva.com


Norge

Zentiva Denmark ApS Tlf: +47 219 66 203

PV-Norway@zentiva.com


Österreich

Zentiva, k.s.

Tel: +43 720 778 877

PV-Austria@zentiva.com


Polska

Zentiva Polska Sp. z o.o. Tel: + 48 22 375 92 00

PV-Poland@zentiva.com


Portugal

Zentiva Portugal, Lda Tel: +351210601360

PV-Portugal@zentiva.com


România

ZENTIVA S.A.

Tel: +4 021.304.7597

PV-Romania@zentiva.com


Slovenija

Zentiva, k.s.

Tel: +386 360 00 408

PV-Slovenia@zentiva.com


Slovenská republika

Zentiva, a.s.

Tel: +421 2 3918 3010

PV-Slovakia@zentiva.com

Italia

Zentiva Italia S.r.l. Tel: +39-02-38598801

PV-Italy@zentiva.com


Κύπρος

Zentiva, k.s.

Τηλ: +357 240 30 144

PV-Cyprus@zentiva.com


Latvija

Zentiva, k.s.

Tel: +371 67893939

PV-Latvia@zentiva.com

Suomi/Finland

Zentiva Denmark ApS Puh/Tel: +358 942 598 648

PV-Finland@zentiva.com


Sverige

Zentiva Denmark ApS Tel: +46 840 838 822

PV-Sweden@zentiva.com


United Kingdom (Northern Ireland)

Zentiva, k.s.

Tel: +44 (0) 800 090 2408

PV-United-Kingdom@zentiva.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.