Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Myfenax
mycophenolate mofetil

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Myfenax 250 mg kapsuli iebsin mycophenolate mofetil


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.

jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Myfenax u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Myfenax

  3. Kif għandek tieħu Myfenax

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Myfenax

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Myfenax u għalxiex jintuża


    Myfenax huwa mediċina li jintuża biex irażżan l-attività immunoloġika.


    Is-sustanza attiva ta’ din il- mediċina jisimha mycophenolate mofetil.


    Myfenax jintuża biex jimpedixxi ’l ġisemek milli jirriġetta kliewi, qalb jew fwied trapjantat. Huwa jintuża flimkien ma’ mediċini oħra li għandhom l-istess funzjoni (i.e ciclosporin u corticosteroids)


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Myfenax


    TWISSIJA

    Mycophenolate jikkawża difetti tat-twelid u korriment. Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, għandek tipprovdi test tat-tqala negattiv qabel tibda t-trattament u għandek issegwi l-pariri dwar kontraċezzjoni mogħtija lilek mit-tabib tiegħek.

    It-tabib tiegħek se jkellmek u jagħtik informazzjoni bil-miktub, b’mod partikolari dwar l-effetti ta’ mycophenolate fuq trabi mhux imwielda. Aqra l-informazzjoni b’attenzjoni u segwi l-istruzzjonijiet. Jekk ma tifhemx dawn l-istruzzjonijiet b’mod sħiħ, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek biex jerġa’ jispjegahom qabel ma tieħu mycophenolate. Ara wkoll aktar informazzjoni f’din is-sezzjoni taħt “Twissijiet u prekawzjonijiet” u “Tqala u treddigħ”.


    Tiħux Myfenax

    • jekk inti allerġiku għal mycophenolate mofetil, mycophenolic acid għal xi jew sustanza oħra ta’ din

      il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

    • jekk inti mara li tista’ tkun tqila u ma pprovdejtx test tat-tqala negattiv qabel l-ewwel preskrizzjoni

      tiegħek, għax mycophenolate jikkawża difetti tat-twelid u korriment.

    • jekk inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija jew taħseb li tista’ tkun tqila.

    • jekk mhux qed tuża kontraċezzjoni effettiva (ara Tqala, kontraċezzjoni u treddigħ).

    • jekk qegħda tredda’.

      Tiħux din il-mediċina jekk xi waħda minn ta’ fuq tapplika għalik. Jekk ikollok xi dubju, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Myfenax.

      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek minnufih qabel ma tibda trattament b’Myfenax:

    • jekk għandek aktar minn 65 sena għax jista’ jkollok riskju akbar li tiżviluppa avvenimenti avversi bħal ċerti infezzjonijiet virali, fsada gastrointestinali u edima pulmonari meta mqabbel ma’ pazjenti iżgħar.

    • jekk ikollok xi evidenza ta’ infezzjoni (e.g. deni, griżmejk juġawk), tbenġil mhux mistenni u/jew

      fsada

    • jekk għandek jew qatt kellek xi problem ibis-sistema diġestiva tiegħek eż. brixx fl-istonku

    • jekk qed tippjana biex toħroġ tqila, jew jekk toħroġ tqila waqt li inti jew is-sieħeb tiegħek tkunu qed tieħdu Myfenax.

    • jekk għandek nuqqas ereditarju ta’ enzimi bħas-sindrome ta’ Lesch-Nyhan u Kelley-Seegmiller.


      Myfenax inaqqas il-mekkaniżmu tad-difiża tal-ġisem. Minħabba f’hekk hemm riskju akbar ta’ kanċer tal-ġilda. Għalhekk għandek tillimita l-espożizzjoni tiegħek għax-xemx u għad-dawl ultra vjola (UV) billi tilbes ilbies protettiv u billi tuża sunscreen b’fattur ta’ protezzjoni għoli.


      M’għandekx tagħti demm waqt it-trattament b’Myfenax u għal mill-inqas 6 ġimgħat wara li jitwaqqaf it-trattament. L-irġiel m’għandhomx jagħtu semen waqt it-trattament b’Myfenax u għal mill-inqas

      90 jum wara li jitwaqqaf it-trattament.


      Tfal u adoloxxenti

      Myfenax jintuża fi tfal u adoloxxenti (b’età minn 2 sa 18-il sena) biex jipprevjeni r-riġessjoni mil-

      ġisem ta kilwa trapjantata

      Myfenax m’għandux jintuża fi tfal u adoloxxenti (b’età minn 2 sa 18-il sena) għal trapjanti tal-qalb jew fwied.

      Myfenax m’għandux jintuża kompletament fi tfal taħt is-sentejn għax abbażi tad-data limitata dwar is- sigurtà u l-effikaċja għal dan il-grupp ta’ età, ma tista’ ssir l-ebda rakkomandazzjoni dwar id-doża.


      Mediċini oħra u Myfenax

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


      Jekk it-tweġiba hija iva għal xi waħda mill-mistoqsijiet li ġejjin kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tibda’ tieħu Myfenax

    • Qed tieħu xi mediċini li fihom:

      • azathioprine jew mediċini immunosuppressivi (li xi kultant jingħataw lil pazjenti wara

        operazzjoni ta’ trapjant),

      • cholestyramine (użat biex jittratta pazjenti li għandhom livell għoli ta’ kolesterol fid-demm),

      • rifampicin (antibijotiku),

      • antacidi jew inibituri tal-pompi tal-protoni (użati għall-problemi ta’ aċidu fl-istonku bħal

        indiġestjoni),

      • phosphate binders (użati f’pazjenti li għandhom indeboliment kroniku li jnaqqas l- assorbiment ta’ fosfat),

      • antibijotiċi – użati biex jittrattaw infezzjonijiet batteriċi

      • isavuconazole – użat biex jittratta infezzjonijiet mill-moffa

      • telmisartan – użat biex jittratta l-pressjoni għolja

      • jew xi mediċini oħra (inkluż dawk li tista’ tixtri mingħajr riċetta) li t-tabib tiegħek ma jafx

        dwarhom?

    • Għandek bżonn tieħu xi tilqima (vaċċini ħajjin)? It-tabib tiegħek ser jirrakomandalek x’inhu indikat għalik.


      Tqala, kontraċezzjoni u treddigħ Kontraċezzjoni f’nisa li jieħdu Myfenax

      Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila għandek tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni flimkien ma’

      Myfenax. Dan jinkludi:

    • Qabel ma tibda tieħu Myfenax

    • Waqt it-trattament kollu tiegħek b’Myfenax

    • Għal 6 ġimgħat wara li tieqaf tieħu Myfenax.

      Kellem lit-tabib tiegħek dwar l-aktar kontraċezzjoni xierqa għalik. Dan se jiddependi mis-sitwazzjoni individwali tiegħek. Żewġ forom ta’ kontraċezzjoni huma preferibbli għax dan inaqqas ir-riskju ta’ tqala mhux intenzjonata. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun, jekk taħseb li l- kontraċezzjoni tiegħek setgħet ma kinitx effettiva jew jekk insejt tieħu l-pillola kontraċettiva tiegħek.


      Ma tistax toħroġ tqila jekk xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin tapplika għalik:

    • Inti għaddejt mill-menopawsa, i.e. għandek età ta’ mill-inqas 50 sena u l-aħħar mestrwazzjoni tiegħek kienet aktar minn sena ilu (jekk il-mestrwazzjoni tiegħek waqfet għax kellek trattament għall-kanċer, xorta għad hemm ċans li tista’ toħroġ tqila)

    • It-tubi fallopjani tiegħek u ż-żewġ ovarji tneħħew permezz ta’ operazzjoni (salpingo- oophorectomy bilaterali)

    • Il-ġuf tiegħek (utru) tneħħa permezz ta’ operazzjoni (isterektomija)

    • L-ovarji tiegħek m’għadhomx jaħdmu (insuffiċjenza prematura tal-ovarji, li kienet ikkonfermata

      minn ġinekologu speċjalista)

    • Twelidt b’waħda mill-kondizzjonijiet rari li ġejjin li jagħmlu t-tqala impossibbli: il-ġenotip XY,

      is-sindrome ta’ Turner jew aġenesi tal-utru

    • Inti tifla jew żagħżugħa li għad ma bdejtx ikollok il-mestrwazzjoni.


      Kontraċezzjoni f’irġiel li jieħdu Myfenax

      L-evidenza disponibbli ma tindikax riskju akbar ta’ malformazzjonijiet jew ta’ korriment jekk il- missier jieħu mycophenolate. Madankollu, riskju ma jistax jiġi eskluż għalkollox. Bħala prekawzjoni inti jew is-sieħba tiegħek rakkomandati tużaw kontraċezzjoni affidabbli waqt it-trattament u għal 90 jum wara li tieqaf tieħu Myfenax.


      Jekk qed tippjana li jkollok it-tfal, kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji potenzjali u terapiji alternattivi.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. It-tabib tiegħek se jkellmek dwar ir-riskji fil-każ ta’ tqala u l-alternattivi li tista’ tieħu biex tipprevjeni tiċħid tal-organu trapjantat tiegħek jekk:

    • Qed tippjana biex toħroġ tqila.

    • Qbiżt jew taħseb li qbiżt mestrwazzjoni, jew jekk ikollok fsada mestrwali mhux tas-soltu, jew tissuspetta li inti tqila.

    • Jekk tagħmel sess mingħajr l-użu ta’ metodi effettivi ta’ kontraċezzjoni.

      Jekk toħroġ tqila waqt it-trattament b’mycophenolate, għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek immedjatament. Madankollu, kompli ħu Myfenax sakemm tarah jew taraha.


      Tqala

      Mycophenolate jikkawża frekwenza għolja ħafna ta’ korriment (50%) u ta’ difetti severi tat-twelid (23-27%) fit-tarbija mhux imwielda. Difetti tat-twelid li kienu rrappurtati jinkludu anomaliji tal- widnejn, tal-għajnejn, tal-wiċċ (xoffa/palat mixquq), tal-iżvilupp tas-swaba’, tal-qalb, tal-esofagu (tubu li jgħaqqad il-gerżuma mal-istonku), tal-kliewi u tas-sistema nervuża (pereżempju spina bifida (fejn l-għadam tas-sinsla tad-dahar ma jkunux żviluppati sew)). It-tarbija tiegħek tista’ tiġi affettwata minn wieħed jew aktar minn dawn.

      Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, għandek tipprovdi test tat-tqala negattiv qabel tibda t-trattament u għandek issegwi l-pariri dwar kontraċezzjoni mogħtija lilek mit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jitlob aktar minn test wieħed biex ikun ċert li m’intix tqila qabel jibda t-trattament.


      Treddigħ

      Tiħux Myfenax jekk qed tredda’. Dan peress li ammonti żgħar tal-mediċina jistgħu jgħaddu fil-ħalib

      tal-omm.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Myfenax għandu effett moderat fuq il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem għodda jew magni. Jekk tħossok sturdut, tħoss ġismek imtarrax jew tħossok konfuż, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek u ssuqx u tħaddimx għodda jew magni qabel ma tħossok aħjar.


      Myfenax fih sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kapsula iebsa, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Myfenax


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżatt skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-trattament tiegħek jibda u jiġi mmonitorjat min tabib speċjaliżżat fit-trapjanti. Id-doża li ssoltu tingħata hija kif ġej:

    Trapjant tal-Kliewi


    Adulti

    L-ewwel doża għandha tingħata fi żmien 72 siegħa minna wara l-operazzjoni tat-trapjant. Id-doża rakkomandata ta’ kuljum hi ta’ 8 kapsuli (2 g tas-sustanza attiva) meħuda f’żewġ dożi separati. Dan ifisser li għandhom jittieħdu 4 kapsuli filgħodu u 4 filgħaxija.


    Tfal u adoloxxenti (b’età minn 2 sa 18-il sena)

    Id-doża li tingħata għandha tvarja skont id-daqs tat-tifel/tifla. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi l-aktar doża xierqa ibbażżata fuq l-erja superfiċjali tal-ġisem (tul u piż). Id-doża rakkomandata hija ta’ 600 mg/m2 li tingħata mill-ħalq darbtejn kuljum.


    Trapjanti tal-Qalb


    Adulti

    L-ewwel doża għandha tingħata fi żmien 5 ijiem wara l-operazzjoni tat-trapjant. Id-doża rakkomandata ta’ kuljum hi ta’ 12-il kapsula (3 g tas-sustanza attiva) li tittieħed f’żewġ dożi separati. Dan ifisser li għandhom jittieħdu 6 kapsuli filgħodu u mbagħad 6 kapsuli filgħaxija.


    Tfal

    M’hemm l-ebda tagħrif dwar l-użu ta’ Myfenax fi tfal bi trapjant tal-qalb.


    Trapjant tal-Fwied


    Adulti

    L-ewwel doża ta’ Myfenax li tittieħed mill-ħalq għandha tingħatalek ta’ lanqas 4 ijiem wara l- operazzjoni ta’ trapjant u meta tkun kapaci tibla’ l-mediċini mill-ħalq. Id-doża rakkomandata ta’ kuljum hi ta’ 12-il kapsula (3 g tas-sustanza attiva) li tittieħed f’żewġ dożi separati. Dan ifisser li għandhom jittieħdu 6 kapsuli filgħodu imbagħad 6 kapsuli filgħaxija.


    Tfal

    M’hemm l-ebda tagħrif dwar l-użu ta’ Myfenax fi tfal bi trapjant tal-fwied.


    Mod ta’ kif u mnejn jingħata

    Ibla’ l-kapsuli tiegħek b’mod sħiħ b’tazza ilma. Tista teħodhom mal-ikel jew bla ikel. La għandek tkisser u lanqas titħannhom u lanqas m’għandek tieħu kapsuli li jkunu nfetħu jew inqassmu. Evita kull kuntatt ma’ trab li jkun ħareġ minn kapsuli mħassra. Jekk kapsula tkun infetħet b’mod aċċidentali, laħlaħ it-trab minn mal-ġilda bis-sapun u l-ilma. Jekk xi trab jidħol f’għajnejk laħlaħ sew b’ħafna ilma nadif u frisk għajnejk u ħalqek,


    It-trattament ser jissokta għalik sakemm ikollok bżonn l-immunosoppressjoni sabiex jimpedixxi rifjut tal-organu ttrapjantat.


    Jekk tieħu aktar Myfenax milli suppost

    Huwa importanti li ma tieħux aktar kapsuli milli suppost. Ikkuntattja l-eqreb dipartiment tal-Aċċidenti u l-Emerġenza fi sptar jew tabib għal parir jekk blajt aktar kapsuli milli qalulek biex tieħu jew jekk it- tifel/tifla tiegħek belgħet minnhom.


    Jekk tinsa tieħu Myfenax

    Jekk fi kwalunkwe ħin insejt tieħu l-mediċina tiegħek, ħudha meta tiftakar, imbagħad kompli ħudha

    fil-ħinijiet tas-soltu.

    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal xi doża li nsejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Myfenax

    M’għandekx tieqaf tieħu Myfenax għax tħossok aħjar. Hu importanti li ddum tieħu l-mediċina skont kif qallek it-tabib. Jekk twaqqaf it-trattament tiegħek b’Myfenax jista’ jiżdied iċ-ċans għal riġezzjoni tal-organu trapjantat. Tieqafx tieħu l-mediċina tiegħek kemm-il darba t-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel hekk.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    Kellem tabib minnufih jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin – jistajkollok

    bżonn trattament mediku urġenti:

    • għandek sinjal ta’ infezzjoni bħal deni jew uġigħ fil-griżmejn.

    • għandek xi tbenġil jew fsada mhux mistennija.

    • għandek raxx, nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn, fl-ilsien jew fil-gerżuma, b’diffikultà biex tieħu n-nifs -

      jista’ jkollok reazzjoni allerġika serja għall-mediċina (bħal anafilassi, anġjoedima).

    • għandek ippurgar iswed jew bid-demm jew jekk tirremetti demm jew partiċelli skuri li jidhru bħal kafè midħun. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ fsada fl-istonku jew fl-imsaren.


      Il-frekwenza ta’ ċerti effetti sekondarji tiddependi mill-organu trapjantat, jiġifieri xi effetti sekondarji jistgħu jseħħu aktar jew inqas ta’ spiss skont jekk dan il-prodott mediċinali ikunx qed jittieħed biex jipprevjeni lill-ġismek milli jirrifjuta qalb trapjantata jew kilwa trapjantata. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, kull effett sekondarju huwa dejjem elenkat taħt l-ogħla frekwenza tiegħu.


      Effetti sekondarji oħra


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’10)

    • infezzjonijiet ikkawżati minn batterja, viruses u/jew moffa

    • infezzjoni serja li tista’ taffettwa l-ġisem kollu

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm, plejtlits jew ċelluli ħomor tad-demm, li jistgħu jirriżultaw f’riskju ogħla ta’ infezzjonijiet, tbenġil, emorraġiji, qtugħ ta’ nifs u debbulezza

    • fsada taħt il-ġilda

    • żieda fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm

    • wisq aċidu fil-ġisem

    • livell għoli ta’ kolesterol u/jew lipidi fid-demm

    • livell għoli ta’ zokkor fid-demm

    • livell għoli ta’ potassju fid-demm, livell baxx ta’ potassju, manjeżju, kalċju u/jew fosfat fid-demm

    • livell għoli ta’ aċidu uriku fid-demm, gotta

    • irrekwitezza, anormalitajiet fil-ħsieb, fil-perċezzjoni u l-livelli ta’ koxjenza, depressjoni, tħossok ansjuż, diffikultà biex torqod

    • żieda fit-tensjoni tal-muskoli, tregħid, ngħas, tħossok sturdut, uġigħ ta’ ras, tirżiħ, tingiż jew

      tnemnim

    • il-qalb tħabbat aktar malajr

    • pressjoni baxxa/għolja, twessigħ tal-kanali tad-demm

    • akkumulazzjoni ta’ fluwidu fil-pulmun, qtugħ ta’ nifs, sogħla

    • żaqq minfuħa

    • rimettar, uġigħ fl-istonku, dijarea, tħossok imdardar

    • stitikezza, indiġestjoni, gass (uġigħ ikkawżat minn gass)

    • tnaqqis fl-aptit

    • bidliet f’parametri differenti tal-laboratorju

    • infjammazzjoni tal-fwied, il-ġilda u l-abjad tal-għajnejn jisfaru

    • neoplażma tal-ġilda, raxx, akne

    • dgħufija fil-muskoli

    • uġigħ fil-ġogi

    • problemi fil-kliewi

    • demm fl-awrina

    • deni, sensazzjoni ta’ kesħa, uġigħ, tħossok dgħajjef u debboli

    • żamma ta’ fluwidu fil-ġisem

    • parti minn organu intern jew tessut imqabbeż minn post dgħajjef fil-muskoli taż-żaqq

    • uġigħ fil-muskoli, fl-għonq u fid-dahar


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10)

    • kanċer tal-ġilda, neoplażma mhux malinna tal-ġilda

    • tkabbir mhux normali u eċċessiv ta’ tessut

    • tnaqqis fin-numru taċ-ċelluli tad-demm kollha

    • tkabbir beninni tal-glandoli limfatiċi, bidliet infjammatorji fil-ġilda (psewdolimfoma)

    • tnaqqis fil-piż

    • ħsibijiet mhux normali

    • aċċessjoni

    • bidla fis-sens tat-togħma

    • embolu tad-demm li jifforma ġewwa vina

    • infjammazzjoni tat-tessut li jiksi l-ħajt ta’ ġewwa tal-addome u jkopri l-biċċa l-kbira tal-organi addominali

    • imblukkar tal-imsaren

    • infjammazzjoni tal-kolon li tikkawża uġigħ addominali jew dijarea (kultant ikkawżat minn ċitomegalovirus), ulċera fil-ħalq u/jew fl-istonku u/jew fid-duwodenu, infjammazzjoni tal-istonku, esofagu u/jew tal-ħalq u x-xufftejn

    • tifwiq

    • telf ta’ xagħar

    • tħossok ma tiflaħx

    • tkabbir eċċessiv tat-tessut tal-ħanek

    • infjammazzjoni tal-frixa, li tikkawża uġigħ qawwi fl-addome u d-dahar


      Mhux komuni(jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100)

    • infezzjonijiet ikkawżati minn protozoa

    • proliferazzjoni tat-tessut linfatiku, li jinkludi tumuri malinni

    • produzzjoni insuffiċjenti ta’ ċelluli ħomor tad-demm

    • mard serju tal-mudullun

    • akkumulazzjoni ta’ fluwidu limfatiku fil-ġisem

    • qtugħ ta’ nifs, sogħla, li tista' tkun minħabba bronkjektasi (kundizzjoni fejn il-passaġġi tal-arja tal- pulmun jkunu dilatati b’mod mhux normali) jew fibrożi pulmonari (ċikatriċi tal-pulmun). Kellem lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa sogħla persistenti jew qtugħ ta’ nifs

    • tnaqqis fl-ammont ta’ antikorpi fid-demm

    • tnaqqis sever fin-numru ta’ ċerti ċelluli bojod tad-demm (sintomi possibbli huma deni, uġigħ fil- griżmejn, infezzjonijiet frekwenti) (agranuloċitosi).


      Mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli)

    • tibdil fil-ħajt ta’ ġewwa tal-musrana ż-żgħira (atrofija tal-villi intestinali)

    • infjammazzjoni serja tal-membrana li tiksi l-moħħ u s-sinsla tad-dahar

    • infjammazzjoni serja tal-qalb u l-valvs tagħha

    • infezzjonijiet ikkawżati minn batterja li ġeneralment iwasslu għal disturb serju fil-pulmun (tuberkulożi, infezzjoni atipika kkawżata minn mikobatterja)

    • marda serja tal-kliewi (nefropatija assoċjata mal-virus BK)

    • marda serja tas-sistema nervuża ċentrali (lewkoenċefalopatija multifokali progressiva assoċjata

      mal-virus JC)

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċerti ċelluli bojod tad-demm (newtropenija)

    • bidla fil-forma ta’ ċerti ċelluli bojod tad-demm


      Tieqafx tieħu l-mediċina tiegħek sakemm ma tkunx iddiskutejt dan mat-tabib tiegħek.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Myfenax


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara EXP. Id-data

    ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar. Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Myfenax


Il-Kontenut tal-kapsula Pregelatinised maize starch Povidone K-30 Croscarmellose sodium Magnesium stearate

Il-qoxra tal-kapsuli

Ras

Indigo carmine (E132) Titanium dioxide (E171) Gelatin

Korp

Red iron oxide (E127) Yellow iron oxide (E110) Titanium dioxide (E171) Gelatin

Il-linka sewda tikkonsisti minn: shellac, black iron oxide (E172), propylene glycol u potassium

hydroxide


Kif jidher Myfenax u l-kontenut tal-pakkett


Kapsuli iebsin:

Il-korp: lewn il-karamelli opak, li fuqu hemm stampat ‘250’ b’mod assjali b’linka sewda Ir-ras: kaħlanija ċara opaka li fuqha hemm stampat “M” b’mod assjali b’linka sewda.


Myfenax 250 mg kapsuli iebsin jiġu f’pakketti tal-folji tal-PVC/PVdC-aluminju f’daqsijiet ta’ 100, 300 jew 100x1 kapsula u f’pakketti multipli li fihom 300 (3 pakketti ta’ 100) kapsula.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V. Swensweg 5 2031GA Haarlem L-Olanda


Manifatturi

Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13.

Debrecen H-4042

L-Ungerija


Teva Operations Poland Sp. Z.o.o. Mogilska 80 Str.

31-546 Krakow Il-Polonja


Pharmachemie B.V. Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tél/Tel: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203

България

Тева Фарма ЕАД Тел: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 38207373


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda

Tel: +353 19127700


Deutschland

TEVA GmbH

Tel: +49 73140208

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590


Ελλάδα

Specifar Α.Β.Ε.Ε. Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


España

Teva Pharma, S.L.U. Tel: +34 913873280

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 214767550


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +353 19127700

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390


Ísland

Alvogen ehf.

Sími: +354 5222900

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l. Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar Α.Β.Ε.Ε. Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100

Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 67323666

United Kingdom Teva UK Limited Tel: +44 1977628500


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


.