Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Foclivia
pandemic influenza vaccine (H5N1) (surface antigen, inactivated, adjuvanted)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Foclivia suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Tilqima kontra l-Influwenza Pandemika (H5N1) (antiġen tal-wiċċ, inattivat, adjuvanted)


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tirċievi din it-tilqima peress li fih informazzjoni importanti

għalik.


Is-sustanzi l-oħra huma: sodium chloride, potassium chloride, potassium dihydrogen phosphate, disodium phosphate dihydrate, magnesium chloride hexahydrate, calcium chloride dihydrate, u ilma għall-injezzjonijiet.


Id-dehra ta’ Foclivia u d-daqs tal-pakkett

Foclivia huwa likwidu abjad lewn il-ħalib.

Huwa fornut f’siringa lesta għall-użu, li fiha doża waħda (0.5 ml) għall-injezzjoni, f’kaxxa ta’ siringa 1 jew 10, bi jew mingħajr labra.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Seqirus S.r.l.

Via del Pozzo 3/A, S. Martino 53035 Monteriggioni (SI)

L-Italja


Manifattur

Seqirus Netherlands B.V. Paasheuvelweg 28 1105BJ Amsterdam

L-Olanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.

Foclivia kien awtorizzat taħt “Ċirkustanzi Eċċezzjonali”.

Dan ifisser li għal raġunijiet xjentifiċi kien impossibbli li tinkiseb informazzjoni kompleta dwar din il-mediċina. L-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (EMA) ser tirrevedi kull tip ta’ informazzjoni ġdida li toħroġ kull sena u dan il-fuljett ser jiġi aġġornat, skont il-bżonn.


.


-----------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa: Istruzzjonijiet għall-għoti tat-tilqima:

Il-vaċċin, fl-ebda ċirkostanza m’għandu jingħata b’mod intravaskulari jew minn ġol-ġilda. M’hemmx

dejta dwar l-għoti ta’ Foclivia minn taħt il-ġilda.


Meta tintuża siringa mimlija għal-lest mingħajr labra fornuta b’sistema ta’ Luer Lock, għandu jitneħħa l-għatu tat-tarf billi jinfetaħ f’direzzjoni lejn ix-xellug. Ladarba jitneħħa l-għatu tat-tarf, għandha titwaħħal labra mas-siringa billi tinvitaha f’direzzjoni lejn il-lemin sakemm tissakkar. Ladarba l-labra tkun imsakkra f’postha, għandu jitneħħa t-tagħmir protettiv tal-labra u tingħata t-tilqima.


Siringa lesta biex tintuża, li fiha doża waħda ta’ 0.5 mL għall-injezzjoni.


Ċaqlaq bil-mod qabel l-użu. Wara li tħawwad, id-dehra normali ta’ Foclivia tkun sospensjoni ta’ kulur

abjad bħall-ħalib.


Kull tilqima li ma tintużax jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l- liġijiet lokali.