Paġna ewlenija Paġna ewlenija

BindRen
colestilan

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


BindRen 1 g pilloli miksija b’rita

colestilan


image

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Tfal u adolexxenti

M’hemmx dejta disponibbli fuq is-sigurtà u l-effikaċja ta’ BindRen fit-tfal u adolexxenti (taħt it-18- il sena). BindRen m’għandux jintuża fit-tfal u fl-adolexxenti.


Mediċini oħra u BindRen

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina

oħra. Dan jinkludi mediċini għal ritmu irregolari ta’ taħbit tal-qalb (bħal digoxin), għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja (bħal enalapril maleate), mediċini kontra l-aċċessjonijiet (bħal valproic acid, phenytoin, carbamazepine, lamotrigine, oxcarbazepine, topiramate, gabapentin, vigabatrin, zonisamide u levetiracetam), levothyroxine (jintuża għall-kura ta’ defiċjenza tal-ormoni tat-tirojde), mediċini kontraċettivi orali (oestrogen, progestogen jew pilloli kombinati), mediċini li jrażżnu lis- sistema immunitarja (bħal cyclosporine, mycophenolate mofetil, tacrolimus). Dan hu għax it-tabib tiegħek jista’ jkun irid jimmonitorja lill-saħħtek, jibdel id-doża ta’ BindRen jew il-mediċina l-oħra li tkun qed tieħu jew jgħidlek biex ma tiħux BindRen u l-mediċina l-oħra fl-istess ħin.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Jekk toħroġ tqila jew jekk qed tredda’, u t-tabib tiegħek

jiddeċiedi li għandek tkompli l-kura tiegħek b’BindRen, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok biex tieħu wkoll supplimenti tal-vitamini.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

BindRen m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

  1. Kif gћandek tieћu BindRen


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata tal-bidu hija 6-9 g kuljum li tittieħed bħala 2 g jew 3 g tliet darbiet kuljum mal- ikel. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jżid din id-doża sa doża totali ta’ 15 g kuljum skont il-livell ta’ fosfru fid-demm tiegħek. Jekk ma tikolx tliet ikliet kuljum b’mod regolari, allura jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.


    Ħu BindRen mill-ħalq.

    Huwa rrakkomandat li tieħu l-pilloli sħaħ mal-ikel u ma’ ammont żgħir ta’ ilma.

    It-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex tieħu supplimenti tal-kalċju, tal-vitamina D u vitamini oħrajn jew mediċini oħrajn flimkien ma’ BindRen.


    Jekk ikollok tieħu mediċini oħrajn, it-tabib tiegħek se jgħidlek jekk tistax tieħu l-mediċini oħrajn fl- istess ħin ma’ BindRen, jew jekk ikollokx bżonn li tieħu l-mediċini oħrajn siegħa qabel jew 3 sigħat wara li tieħu BindRen. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jkejjel il-livelli fid-demm tal-mediċini oħrajn li tkun qed tieħu.


    Jekk tieħu BindRen aktar milli suppost

    Jekk tieħu iżżejjed minn BindRen, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


    Jekk tinsa tieħu BindRen

    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Kull ma għandek tagħmel

    hu li tkompli tieħu d-doża li jmiss fil-ħin normali.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Jekk tieqaf tieħu BindRen

    Kura ta’ livelli għoljin ta’ fosfru fid-demm hija normalment meħtieġa għal perjodu ta’ żmien twil. Hu

    importanti li tkompli tieħu BindRen għal kemm żmien ikun hemm miktub fuq ir-riċetta tat-tabib tiegħek għal din il-mediċina u biex timxi mad-dieta tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    L-iktar effetti sekondarji serji huma ħruġ ta’ demm mill-istonku jew mill-parti t’isfel tal-imsaren (mhux komuni). Dan jista’ jidher jew bħala demm frisk jew demm mibdul fir-rimettar, jew meta joħroġ min-naħa t’isfel tal-imsaren, bħala ppurgar iswed jew demm imħallat mal-ippurgar.


    Stitikezza hi komuni u jekk tbati minn stitikezza persistenti jew li tmur għall-agħar, jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, għax dan jista’ jkun l-ewwel sinjal ta’ imblokk ta’ msarnek.


    L-effetti sekondarji li ġejjin ġew osservati wkoll f’pazjenti li kienu qed jieħdu BindRen:


    Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni): dardir (nawsja), rimettar, tħoss qisu ħruq fl-istonku, dijarea, nefħa, uġigħ fl-istonku u wġigħ fl-imsaren, gass, tnaqqis fl-aptit u livell baxx ta’ calcium fid-demm.


    Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna): pressjoni tad-demm baxxa, dgħufija, għatx, uġigħ ta’ ras, sturdament, rogħda, ħalq xott, diffikultajiet biex tibla’, tibdil fis- sens tat-togħma, qrusa fl-istonku, l-ippurgar isir iebes, infjammazzjoni jew uġigħ fl-istonku jew fl- imsaren, tibdil fil-mod kif tipporga, ma tkunx tista’ torqod, ħakk, ġilda xotta, raxx, ħorriqija, tikek

    ħomor bil-ħakk, akkumulazzjoni ta’ demm (ematoma), pereżempju taħt il-ġilda, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fid-dahar, uġigħ fir-riġlejn/dirgħajn. uġigħ jew spażmi fil-muskoli, żieda fil-livelli tal-ormon paratirojde (proteina), ċerti xaħmijiet fid-demm u enzimi tal-fwied u livell baxx ta’ folate (vitamina).


    Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna): ostruzzjoni fl-imsaren, livell baxx ta’ vitamina K, ostruzzjoni tal-vini/arterji tad-demm li jipprovdu provvista tad-demm lill- muskolu tal-qalb u nefħa fl-għekiesi jew fl-estremitajiet.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

    direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  3. Kif taħżen BindRen


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa, it-tikketta tal-flixkun jew il- folja wara l-abbrevjazzjoni “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Folji

    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Fliexken

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna. Żomm il-flixkun magħluq sewwa sabiex tilqa’ mill-umdità.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent u biex jipprevjenu aċċess aċċidentali mit-tfal.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih BindRen

Is-sustanza attiva hi colestilan.


Kull pillola miksija b’rita fiha 1 g ta’ colestilan.


Is-sustanzi l-oħra huma ilma ppurifikat, hydroxypropylcellulose, colloidal anhydrous silica, hydrogenated castor oil, hypromellose, acetic acid esters ta’ mono u diglycerides ta’ fatty acids, polysorbate 80, shellac, indigo carmine aluminium lake (E132) u carnauba wax.


Kif jidher BindRen u l-kontenut tal-pakkett


Il-pilloli BindRen huma bojod, b’forma ovali, miksija b’rita, stampati bi “BINDREN” b’linka blu fuq naħa waħda. Jiġu f’folji jew fliexken f’kartun ta’ 45, 99, 198, 270 jew 297 pillola.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Mitsubishi Tanabe Pharma Europe Ltd. Dashwood House

69, Old Broad Street London

EC2M 1QS

Ir-Renju Unit


Manifattur

allphamed PHARBIL Arzneimittel GmbH

Hildebrandstr. 12

37081 Göttingen Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


Deutschland, Österreich Mitsubishi Tanabe Pharma GmbH Willstätterstr. 30

40549 Düsseldorf

Il-Ġermanja

Tel.: +49 211 - 520 544 33

Fax: +49 211 - 520 544 99


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

UK, BE, BG, CY, CZ, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IS, IT, LI, LT, LU, LV, MT, NL, NO, PL, PT, RO, SE, SI, SK

Mitsubishi Tanabe Pharma Europe Ltd.

Dashwood House 69, Old Broad Street London

EC2M 1QS

Ir-Renju Unit

Tel./Tel./Teл./Tlf/Tél/Sími/Τηλ: +44 (0) 20 7382 9000

medinfo@mt-pharma-eu.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

/