Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ingelvac CircoFLEX
inactivated porcine circovirus vaccine


FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL

Ingelvac CircoFLEX suspensjoni għall-injezzjoni għal qżieqeż


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH

    55216 Ingelheim/Rhein IL-ĠERMANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Ingelvac CircoFLEX suspensjoni għall-injezzjoni għal qżieqeż


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA ATTIVA U INGREDJENT OĦRA


    Doża waħda (1 ml) fiha:

    circovirus tal-qżieqeż ta’ tip 2 proteina ORF2: PR* 1.0–3.75

    * Potenza Relattiva (test ELISA) permezz ta’ paragun ma’ tilqima ta’ referenza Sustanza mhux attiva: Carbomer

    Suspensjoni għall-injezzjoni ċara sa ftit opalexxenti, bla kulur sa safranija.


  4. INDIKAZZJONIJIET


    Għal tilqima attiva ta’ qżieqeż mill-età ta’ ġimagħtejn kontra circovirus tal-qżieqeż ta’ Tip 2 (PCV2) biex titnaqqas il-mortalità, sinjali kliniċi - li jinkludu telf ta’ piż – u leżjonijiet f’tessuti limfojdi assoċjati ma’ marda marbuta ma’ PCV2 (PCVD).


    Flimkien ma’ dan, intwera li t-tilqima tnaqqas twaqqigħ nażali PCV2, it-tagħbija virali fid-demm u fit- tessuti limfodji, u t-tul ta’ żmien kemm iddum il-viremia.


    Il-bidu tal-immunità: ġimagħtejn wara t-tilqima Kemm iddum l-immunità: mill-inqas 17-il ġimgħa.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Ipertermija ħafifa u temporanja sseħħ b’mod komuni ħafna fil-jum tat-tilqima.

    F’okkażjonijiet rari ħafna jistgħu jseħħu reazzjonijiet anafilattiċi u dawn għandhom jiġu kkurati b’mod sintomatiku.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali kkurati li juru effett(i) mhux mixtieq(a))

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ikkurati)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ikkurati)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ikkurati)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ikkurati, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek. Inkella, tista’ tirraporta permezz tas- sistema nazzjonali tiegħek ta’ rappurtar{ https://www.servizz.gov.mt/en/Pages/Environment_- Energy_-Agriculture-and-Fisheries/Animal-Welfare/Veterinary-Services/WEB2452/default.aspx}.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Qżieqeż


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MODI U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu ġol-muskoli

    Injezzjoni waħda ġol-muskoli (IM) ta’ doża waħda (1 ml) lill-qżieqeż, irrispettivament mill-piż tal- ġisem.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


Ħawwad tajjeb qabel l-użu.

Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu. Evita titqib multiplu tal-kunjett.

It-tagħmir li jagħti t-tilqima għandu jintuża b’konformità mal-istruzzjonijiet dwar it-tagħmir ipprovduti mill-manifattur. Wara immaniġġjar korrett skont l-istruzzjonijiet dwar it-taħlit, m’għandu jkun hemm l-ebda tnixxija. F’każ ta’ xi tnixxija jew immaniġġjar żbaljat tal-prodott il-flixkun għandu jintrema.


Meta mħallat ma’ Ingelvac MycoFLEX:


Biex tassigura taħlita korretta segwi l-passi kif deskritti hawn taħt:

  1. Qabbad tarf wieħed tal-labra tat-trasferiment mal-flixkun tal-vaċċin Ingelvac CircoFLEX.

  2. Qabbad it-tarf tan-naħa opposta tal-labra tat-trasferiment mal-flixkun tal-vaċċin Ingelvac PRRSFLEX EU.

  3. Ittrasferixxi l-vaċċin Ingelvac CircoFLEX għal ġol flixkun tal-vaċċin Ingelvac PRRSFLEX EU. Jekk hemm bżonn, agħfas bil-mod il-flixkun tal-vaċċin Ingelvac CircoFLEX biex tiffaċilita t- trasferiment.

    Wara t-trasferiment tal-kontenut kollu ta’ Ingelvac CircoFLEX, skonnettja u armi l-labra tat- trasferiment u battal il-flixkun tal-vaċċin Ingelvac CircoFLEX.

  4. Biex tassigura taħlita sewwa tal-vaċċini, ħawwad bil-mod il-flixkun tal-vaċċin tal-PRRSFLEX sakemm il-kejk huwa kompletament maħlul.

  5. Amministra doża waħda ta’ injezzjoni (1 ml) tat-taħlit ġol-muskolu għal kull qażquż,

irrispettivament mill-piż tal-ġisem. Għall-ghoti, apparat għall-vaċċini għandu jintuża skont l- istruzzjonijiet ipprovduta mat-tagħmir mill-manifattur.


Uża t-taħlita kollha tal-vaċċin fi żmien 4 sigħat wara t-taħlit. Kwalunkwe taħlita mhux użata jew materjal għall-iskart għandhom jintremew skont ir-rekwiżiti lokali.


image


  1. PERJODU(I) TA’ TIŻMIM


    Xejn.


  2. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen u ttrasporta fil-friġġ (2 ºC-8 ºC). Tagħmlux fil-friża.

    Ipproteġi mid-dawl.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna u l-flixkun wara EXP.

    Żmien kemm idum tajjeb wara li jkun infetaħ il-flixkun: uża immedjatament.


  3. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott Laqqam biss annimali b’saħħithom.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    F’każ li tinjetta lilek innifsek bi żball, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ informazzjoni li jkun ġewwa l-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.


    Tqala u treddigħ

    Jista’ jintuża waqt it-tqala u t-treddigħ.

    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni

    Hemm informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja li turi li dan il-vaċċin jista’ jiħallat jew ma’ Ingelvac MycoFLEX ta’ Boehringer Ingelheim jew Ingelvac PRRSFLEX EU u tingħata f’sit wieħed tal-injezzjoni. It-tagħrif dwar il-prodotti Ingelvac MycoFLEX u Ingelvac PRRS FLEX EU għandu jiġi ikkonsultat qabel l-għoti.


    Wara l-għoti tal-Ingelvac CircoFLEX imħallat ma’ Ingelvac PRRS FLEX EU jista’ jkun hemm effetti mhux mixtieqa li ġejjin. Fi qżieqeż individwali, ż-żieda fit-temperatura wara użu assoċjat rarament taqbeż 1.5°C imma tibqa’ taħt żieda ta’ 2°C. It-temperatura tirritorna għan-normal fi żmien ġurnata wara li l-għola temperatura tiġi osservata. B’mod rari, jista’ jkun hemm reazzjonijiet tranżitori fis-sit tal-injezzjoni, li huma limitati għal ħmura ħafifa, direttament wara l-vaċċinazzjoni. Ir-reazzjonijiet jgħaddu fi żmien ġurnata. Reazzjonijiet ħfief immedjati bħal sensittività eċċessiva ġew osservati b’mod komuni wara l-vaċċinazzjoni, b’sinjali kliniċi tranżitorji bħal remettar u nifs mgħaġġel, li għaddew fi ftit sigħat mingħajr kura. Tibdil fil-kulur vjola fil-ġilda tranżitorju ġie osservat b’mod mhux komuni u għadda mingħajr bżonn ta’ kura. Prekawzjonijiet xierqa biex jimminimizzaw l-istress tal-immaniġġjar waqt l-għoti tal-prodott jistgħu jbaxxu l-frekwenza tar-reazzjonijiet bħal sensittività eċċessiva.


    M’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ din it-tilqima meta tintuża flimkien ma kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ħlief il-prodott i msemmi hawn fuq. Id-deċiżjoni sabiex tintuża din it-tilqima qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed skont il-każ.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti)

    Wara l-għoti ta’ doża eċċessiva 4 darbiet ogħla tat-tilqima, l-ebda reazzjonijiet avversi ħlief dawk deskritti taħt sezzjoni “Effetti mhux mixtieqa” ma ġew osservati.


    Inkompatibilitajiet

    Tħallatx ma’ xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, ħlief ma’ Ingelvac MycoFLEX ta’ Boehringer Ingelheim jew Ingelvac PRRSFLEX EU (iż-żewġ taħlitiet mhumiex għall-użu fi qżieqeż tqal jew li jkunu qed ireddgħu).


  4. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew ma’ l-iskart. Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  5. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott veterinarju mediċinali tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini https://www.ema.europa.eu/.


  6. TAGĦRIF IEĦOR


Din it-tilqima hi maħsuba biex tistimula l-iżvilupp ta’ rispons ta’ immunità attiva għal circovirus tal- qżieqeż ta’ tip 2.


Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1 jew 12-il flixkun ta’ densità għolja tal-polyethylene jew flixkun TwistPak ta’ 10 ml (10 dożi), 50 ml (50 doża), 100 ml (100 doża), jew 250 ml (250 doża).

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.


Ingelvac MycoFLEX jista’ ma jkunx awtorizzat għall-użu f’ċerti Stati Membri.

Ingelvac PRRSFLEX EU jista’ ma jkunx awtorizzat għall-użu f’ċerti Stati Membri.