Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Activyl Tick Plus
indoxacarb, permethrin


B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT:

Activyl Tick Plus soluzzjoni spot-on għal klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI


    Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ:

    Intervet International BV Wim de Körverstraat 35 5831 AN Boxmeer

    In-Netherlands


    Manifattur responsabbli li jħalli l-konsenja tmur fis-suq: Intervet Productions SA

    Rue de Lyons 27460 Igoville Franza


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Activyl Tick Plus soluzzjoni spot-on għal klieb żgħar ħafna Activyl Tick Plus soluzzjoni spot-on għal-klieb żgħar Activyl Tick Plus soluzzjoni spot-on għal-klieb medji Activyl Tick Plus soluzzjoni spot-on għal-klieb kbar Activyl Tick Plus soluzzjoni spot-on għal-klieb kbar ħafna


    Indoxacarb, permethrin


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Sustanza Attiva:

    ml wieħed fih 150 mg indoxacarb u 480 mg permethrin.

    Pipetta waħda tagħti:


    Volum

    (ml)

    Indoxacarb

    (mg)

    Permethrin

    (mg)

    Activyl Tick Plus soluzzjoni spot-on għal klieb żgħar ħafna

    0.5

    75

    240

    Activyl Tick Plus soluzzjoni spot-on għal-klieb żgħar

    1

    150

    480

    Activyl Tick Plus soluzzjoni spot-on għal-klieb medji

    2

    300

    960

    Activyl Tick Plus soluzzjoni spot-on għal-klieb kbar

    4

    600

    1920

    Activyl Tick Plus soluzzjoni spot-on għal-klieb kbar ħafna

    6

    900

    2880


    Soluzzjoni ċara, mingħajr kulur li jkanġi fl-isfar jew fil-kannella


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Trattament ta’ infestazzjonijiet bil-briegħed (Ctenocephalides felis); il-prodott għandu effett insettiċidali persistenti sa’ 4 ġimgħat kontra Ctenocephalides felis.


    Il-prodott għandu effett akaraċidali sa’ 5 ġimgħat kontra Ixodes ricinus u sa 3 ġimgħat kontra Rhipicephalus sanguineus. Jekk qurdien minn dawn l-ispeċi jkunu preżenti meta l-prodott jiġi applikat, jista’ jkun li l-qurdien kollu ma jinqatilx fl-ewwel 48 siegħa imma jistgħu jinqatlu fi żmien ġimgħa.

    Briegħed fi stadji ta’ żvilupp li jkunu fl-ambjent immedjat tal-kelb imutu hekk kif jiġu f’kuntatt ma’

    klieb ittrattati.


    Trattament wieħed jipprovdi attività repellenti (anti-feeding) kontra sand flies (Phlebotomus perniciosus) sa 3 ġimgħat.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fi klieb li huma magħrufa li għandhom sensittività għas-sustanzi attivi jew ingredjenti oħra.


    image


    PERIKLU -Tużax fuq qtates għax reazzjonijiet mhux mixtieqa u anke mewt jistgħu jseħħu (ara wkoll sezzjoni 4.5 Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Ħakk li jgħaddi eritema (ħmura tal-ġilda), u telf ta’ pil fiż-żona tal-applikazzjoni kienu osservati frekwentament. Normalment dawn l-effetti jgħaddu weħidhom mingħajr il-bżonn ta’ kura.


    Ġew osservati sinjali gastro-intestinali (e.g. remettar, dijareja jew anoressija (nuqqas ta`aptit), sinjali newroloġiċi riversibbli (eż. rogħda jew atassja (movimenti mhux kordinati) jew telqa f`każijiet rari ħafna. Dawn is-sinjali normalment jgħaddu u ġeneralment jitilqu fi żmien 24-48 siegħa.


    Jekk iseħħu effetti mhux mixtieqa, aħsel l-annimal b’sapun delikat u laħlaħ b’ħafna ilma.


    Jista’ jkun hemm dehra żejtnija temporanja u lokalizzata u l-pil isir iwaħħal fiż-żona tal-applikazzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju. Tista’ titfaċċa lega niexfa ta’ trab abjad. Din hija ħaġa normali u titlaq fi ftit tal-ġranet wara li jiġi applikat il-prodott. Dawn il-bidliet u ma jaffettwawx is-sigurtà jew l- effett tal-prodott.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali trattati li juru effetti mhux ) komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal trattat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal trattat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal trattat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimaltrattat , inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti , anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett jew jekk taħseb li l-mediċina ma ħadmitx , jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Użu spot-on. Għall-applikazzjoni fuq il-ġilda tal-klieb biss.

    Id-doża rakkomandata hija ta’ 15 mg indoxacarb u 48 mg permethrin għal kull kg piż, ekwivalenti

    għal 0.1 ml/kg piż. It-tabella li ġejja turi id-daqs ta’ pipetta li għandha tintuża skont il-piż tal-kelb:


    Piż tal-kelb (kg)

    Daqs tal-pipetta li għandha tintuża

    1.2 - 5

    Activyl Tick Plus għal klieb żgħar ħafna

    5.1 - 10

    Activyl Tick Plus għal-klieb żgħar

    10.1 - 20

    Activyl Tick Plus għal-klieb medji

    20.1 - 40

    Activyl Tick Plus għal-klieb kbar

    40.1 - 60

    Activyl Tick Plus għal-klieb kbar ħafna

    > 60

    Għandha tintuża taħlita xierqa ta’ tubi


    Skeda ta` trattament

    Wara applikazzjoni waħda, il-prodott veterinarju mediċinali jipprevjeni infestazzjonijiet oħra tal- qurdien għal 4 ġimgħat u jipprevjeni ri-infestazzjoni mill-qurdien (minn effett arakiċidali) I. ricinus u R.sanguineus għal 5 u 3 ġimgħat, rispettivament; Effett ripellenti (kontra l-ikel) kontra sand fly għal 3 ġimgħat


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    image

    Għandha tingħata attenzjoni biex il-prodott jiġi applikat biss fuq ġilda mhux maqsuma. Iftaħ strixxa waħda u oħroġ il-pipetta.


    L-ewwel: Żomm il-pipetta wieqfa dritta ’l-bogħod mill-wiċċ u bl-id l-oħra aqsam il-ponta billi tgħawwiġha u titwiha fuqha stess.


    image

    image

    It-tieni: L-annimal għandu jkun bil-wieqfa biex l-applikazzjoni tkun aktar faċli. Ofroq il-pil sakemm tidher il-ġilda u qiegħed il-ponta tal- pipetta tmiss mal-ġilda bejn l-għadam tal-ispalel tal-klieb.


    image

    image


    It-tielet:


    Għal klieb żgħar ħafna u klieb żgħar, agħfas il-pipetta bis-saħħa biex il-kontenut kollu jiġi applikat direttament fuq il-ġilda f’post wieħed bejn l-għadam tal-ispalel tal-klieb.


    Fi klieb akbar, il-kontenut kollu tal-pipetta għandu jiġi applikat f’żewġ (klieb ta’ daqs medju), tlieta (klieb kbar) jew erba’ (klieb kbar ħafna) bnadi ma’ tul id-dar mill-ispalel sal-bażi tad-denb.


    Tapplikax ammont eċċessiv tas-soluzzjoni f`post wieħed sabiex tevita li xxerred. Jekk ikun hemm xi tixrid, m`hemmx għalfejn terġa’ tapplika

  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Pipetti maħżuna għandhom jinħażnu fl-istrixxa li hija reżistenti għat-tfal. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex ikun protett mill-umdità u d-dawl.

    Tużax dan il-prodott veterinarju mediċinali wara d-data tal-iskadenza li hemm imniżżla fuq il-pakkett,

    il-folja u l-pipetta wara "JIS". Id-data tal-iskadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta' dak ix-xahar.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal xiex huwa indikat:

    Il-prodott jipprovdi attività ripellenti (kontra l-ikel) kontra s-sand fly, għalhekk jipprevjeni lill- parassita li ġiet ripellata milli tieħu ikla ta` demm. Madanakollu, trasmissjoni ta` mard infettiv potenzjali mis-sand fly ma jistax jiġi eskluż jekk il-kundizzjonijiet mhumiex favorevoli.

    Wara t-trattament, il-qurdien ġeneralment imutu u jaqgħu minn fuq l-ospitanti fi żmien 48 siegħa wara

    l-infestazzjoni mingħajr ma jerdgħu d-demm iżda ma jistax jiġi eskluż li qurdiena waħda tista’ tibqa’ mwaħħla wara t-trattament. Għal din r-raġuni t-trasmissjoni ta` mard infettiv mill-qurdien ma jistax jiġi eskluż.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali

    Il-prodott m`għandux jintuża fi klieb ta’ età iżgħar minn 8 ġimgħat jew fi klieb li jiżnu anqas minn

    1.2kg.


    Assigura li d-doża (pipetta) tikkorrispondi mal-piż tal-kelb trattat (ara sezzjoni 4.9)


    Dan il-prodott huwa għall-applikazzjoni fuq il-ġilda biss. Tagħtix mill-ħalq jew b xi mod ieħor. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li l-prodott mediċinali veterinarju ma jiġix f’kuntatt mal- għajnejn tal-kelb.


    Applika l-prodott fuq il-wiċċ tal-ġilda biss u fuq ġilda intatta. Huwa importanti li l-prodott jiġi applikat f`post fejn il-kelb ma jistax jilgħaq, u assigura li annimali oħra ma jilagħqux il-post trattat wara l- applikazzjoni. Żomm l-annimali ttrattati waħedhom sakemm l-applikazzjoni tkun nixfet.


    Il-prodott mediċinali veterinarju jibqa’ attiv meta klieb ittrattati jiġu esposti għad-dawl tax-xemx jew jitgħaddsu fl-ilma (eż. għawm u ħasil). Madankollu, l-annimali m’għandhomx jitħallew jgħumu jew jiġu ttrattati b’xampù sa 48 siegħa wara t-trattament. F’każ ta’ ħasil ta’ spiss b’xampù, it-tul tal-attività jista’ jiġi mnaqqas.


    Kull kelb fid-dar għandu jiġi ttrattat bi prodott adattat kontra l-qurdien. Huwa rakkomandat li jittieħdu miżuri oħra ta` trattamenti kemikali jew fiżiċi adattati tal-ambjent tal-annimali domestiċi.


    Qurdien li jkun diġà mwaħħal fuq il-kelb jistgħu ma jinqatlux fi żmien jumejn mit-trattament u jistgħu jibqgħu mwaħħlin u jidhru. Għalhekk huwa rrakkomandat li l-qurdien jitneħħa waqt it-trattament biex jiġi evitat li jeħlu u jerdgħu d-demm.


    Il-prodott mediċinali veterinarju huwa valenuż ħafna għal qtates u jista’ jwassal għal konvulżjonijiet potenzjalment fatali fil-qtates billi din l-ispeċi għandha fisjoloġija unika fejn ċerti sustanzi inkluż il-

    permethrin, ma jistgħux jiġu mmetabolizzati. Sinjali ta` avvenelament huma rodgħa qawwija, bugħawwieg fil-muskoli u nuqqas ta` kordinament fil-movimenti tal-muskoli. F’każ aċċidentali l- qattus jiġi espost mill-ġilda, aħsel il-qattus b’xampù jew sapun u fittex parir ta’ veterinarju malajr. Biex tevita li qtates jiġu esposti aċċidentalment, żomm il-klieb ittrattati ’l-bogħod mill-qtates sakemm il-post tal-applikazzjoni jinxef. Huwa importanti li l-qtates ma’ jilagħqux il-post tal-applikazzjoni fuq kelb li ġie ttrattat b’dan il-prodott. F’każ ta’ espożizzjoni ta' dan it-tip fittex parir ta’ veterinarju fil- pront.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:


    Żomm il-pipetti fil-pakett oriġinali sakem tuża.


    Tikolx, tixrobx u tpejjipx waqt li qed tuża l-prodott mediċinali veterinarju.


    1. istrixxa hija reżistenti għat-tfal. Biex tevita li t-tfal ikollhom aċċess dirett għall-prodott ħallih fl- istrixxa sakemm tkun se tużah. Żomm il-pipetta użata fejn ma tintlaħaqx u ma tidhirx mit-tfal. Pipetti użati għandhom jintremew fil-pront.


      Persuni li jafu li huma ippersensittivi għall-indoxacarb u/jew għall-permethrin għandhom jevitaw il- kuntatt ma’ dan il-prodott.


      Reazzjonijiet lokali u/jew sistemiċi ġew osservati f'xi persuni wara espożizzjoni għall-prodott bħal: irritazzjonijiet lokali fil-ġilda; irritazzjonijiet fl-imnieħer u griżmejn/ħalq; sinjali newroloġiċi; sinjali respiratorji; sinjali gastrointestinali u sinjali sistemiċi oħra.


      Sabiex tevita reazzjonijiet mhux mixtieqa:


      • ilbes ingwanti protettivi meta timmaniġġja u tapplika l-prodott

      • amministra l-prodott f'żona ventilata sew

      • timmaniġġjax annimali ttrattati sakemm l-applikazzjoni tkun nixfet

      • fil-ġurnata tat-trattament, it-tfal ma għandhomx jimmaniġġjaw annimali ttrattati u l-annimali m'għandhomx jitħallew jorqdu mas-sidien tagħhom, speċjalment it-tfal

      • aħsel idejk immedjatament wara li tuża u aħsel immedjatament kwalunkwe prodott li ġie fil- kuntat mal-ġilda bis-sapun u ilma

      • Peress li dan il-prodott veterinarju mediċinali jista’ jikkawża irritazzjoni ħafifa fl-għajnejn, evita kuntatt mal-għajnejn. Jekk dan iseħħ, laħlaħ bil-mod bl-ilma.


    Jekk is-sintomi jseħħu, fittex parir mediku u uri l-fuljett tal-informazzjoni lit-tabib.


    Dan il-prodott jieħu n-nar malajr. Żomm il-bogħod mis-sħana, xrar tan-nar, fjammi jew affarijiet oħra li jistgħu jqabbdu n-nar.


    Tqala:

    Tużax fi klieb tqal.

    Studji fil-laboratorju fuq firien, ġrieden u fniek b’indoxacarb u permethrin ma taw l-ebda evidenza teratoġenika, jew effetti tossiċi fuq il-fetu jew fuq l-omm. Madanakollu, studju dwar it-tossiċità fuq ir- riproduzzjoni fuq il-klieb b’doża tliet darbiet aktar minn dik rakkomandata, wera tnaqqis sinifikanti

    fir-ratio ta’ ġriewi ħajjin; is-sinifikat kliniku ta’ dan l-aħħar studju mhux magħruf billi ma sar l-ebda studju fuq il-klieb bid-doża ta’ kura rakkomandata.


    Treddigħ:

    Tużax fi klieb fi żmien it-treddigħ..


    Fertilità:

    Tużax fil-klieb waqt it-tgħammir.

    Doża eċċessiva

    Ma dehrux effetti mhux mixtieqa fi klieb ta’ età ta’ 8 ġimgħat jew aktar li ġew amministrati doża ħames darbiet ogħla minn dik rakkomandata għal 8 darbiet f’intervalli ta’ 4 ġimgħat jew 6 darbiet f’intervalli ta’ ġimagħtejn.


    F`każ ta`espożizzjoni aċċidentali fil-qtates:

    Jekk tara sintomi kliniċi, fittex parir mediku immedjatament u uri dan il-fuljett ta` informazzjoni lil veterinarju.


    Parir lil veterinarju: Infużjoni fil-vina ta` elektroliti għandha tingħata sabiex tistabbilizza l- funzjonijiet vitali jekk isseħħu s-sinjali kliniċi ta` avvenelament (e.g. ipersalivazzjni, rodgħa, bugħawwieġ fil-muskoli). Sinjali relatati mas-sistema nervuża jistgħu jiġu ttrattati b`eż. atropina (salivazzjoni) u diazepam (rodgħa tal-muskoli/fasciculation/bugħawwieġ). Pentobarbital,

    phenobarbital jew propofol jistgħu jkunu indikati jekk iseħħu episodji ta` bugħawwieġ/rodgħa repetuti. Rkupru normalment iseħħ fi żmien 24-36 siegħa wara t-trattament.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew materjal ieħor għar-rimi li huwa derivat minn din il-mediċina veterinarja għandhom jintremew skont kif titlob il-liġi tal-pajjiż.


    Activyl Tick Plus m’għandux jitħalla jmur man-nixxigħat tal-ilma minħabba li jista’ jkun ta' periklu għal ħlejqiet akwatici.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott veterinarju mediċinali tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Kaxxa tal-kartun b’pipetta waħda ta’ 0.5 ml, 1 ml, 2 ml, 4 ml or 6 ml

Kaxxa tal-kartun b’erba’ pipetti ta’ 0.5 ml, 1 ml, 2 ml, 4 ml or 6 ml

Kaxxa tal-kartun b’sitt pipetti ta’ 0.5 ml, 1 ml, 2 ml, 4 ml or 6 ml


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.