Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Foscan
temoporfin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Foscan 1 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni

Temoporfin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Kif jidher Foscan u l-kontenut tal-pakkett


Is-soluzzjoni għall-injezzjoni Foscan hija soluzzjoni vjola skura f’kunjett tal-ħġieġ ambra, li jkun fih 1 ml, 3 ml jew 6 ml ta’ soluzzjoni.

Kull pakkett fih kunjett tal-ħġieġ wieħed u filtru.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:


biolitec Pharma Ltd. Otto-Schott-Str. 15

07745 Jena Il-Ġermanja

Telefon: +49 3641 5195330

Fax: +49 3641 5195331


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku


FOSCAN 1 mg/ml Soluzzjoni għall-Injezzjoni Temoporfin


  1. IL-KONTENUT TAL-PAKKETT


    Is-sustanza attiva hi temoporfin. Kull ml ta’ soluzzjoni fiha 1 mg ta’ temoforin. Is-sustanzi mhux attivi huma ethanol mhux idrat u Ppropylene glycol. Jingħata wkoll filtru li jeħel mas-siringa u mal-kannula b’Luer lock.


    Kull pakkett jipprovdi 1 kunjett li jkun fih 1 ml, 3 ml jew 6 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni. Kull kunjett fih doża waħda u kull soluzzjoni mhux użata għandha tintrema.


  2. KALKULAZZJONI TAD-DO ŻA


    Ikkalkula d-doża meħtieġa ta’ Foscan skont il-piż tal-pazjent. Id-doża hi ta’ 0.15 mg/kg piż tal-ġisem.


  3. L-GĦ O TI TA’ FOSCAN ( 96 si eg ħa qabel l-illuminazzjoni bil-laser tas-si t l i qed jiġi ikkurat)


    Foscan għandu jingħata permezz ta’ kannula f’vina qrib tar-riġel/driegħ, preferibbilment fil-fossa antekubitali. Il-kondizzjoni tal-kannula mqegħda għandha tkun eżaminata qabel kull injezzjoni.


    Il-kulur vjola skur tas-soluzzjoni, flimkien mal-kunjett kulur ambra, ma jippermettix kontroll viżwali għal xi frak. Għalhekk, għandu jintuża filtru fis-sistema bħala miżura ta’ prekawzjoni u dan issibu fil- pakkett.


    Iġbed il-kontenut kollu tal-kunjett li fih Foscan f’siringa u neħħi l-arja (stampa 1).


    imageStampa 1

    Waħħal il-filtru mas-siringa (Stampa 2).


    imageStampa 2


    Agħfas il-planġer tas-siringa biex timla l-ispazju vojt kollu fi ħdan il-filtru. Kompli agħfas il-planġer biex tneħħi l-ammont żejjed ta’ Foscan sakemm il-volum meħtieġ jibqa’ fis-siringa, li jippermetti ammont suffiċjenti biex ikopri l-ispazju vojt fil-kannula ta’ ġewwa l-vina (Stampa 3).


    imageStampa 3


    Waħħal is-siringa u l-filtru mal-kannula. Agħti d-doża meħtieġa ta’ Foscan b’injezzjoni bil-mod ġol- vina, fuq medda ta’ mhux anqas minn 6 minuti (Stampa 4).


    imageStampa 4


    Neħħi l-kannula minn ġol-vina immedjatament wara l-injezzjoni. TLAĦLAĦX b’soluzzjonijiet akweji bħal soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9 %) sodium chloride jew ilma għall-injezzjonijiet.


    Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex tevita li joħroġ xi likwidu fis-sit ta’ l-injezzjoni. Jekk dan jiġri, ipproteġi din il-parti mid-dawl għal mill-anqas 3 xhur. M’hemm l-ebda benefiċċju magħruf mill- injezzjoni ta’ xi sustanza oħra fis-sit fejn ħareġ il-likwidu.


    Foscan hu fotosensittiv. Hekk kif jitneħħa mill-kaxxa tiegħu għandu jingħata immedjatament. Meta ma jistax jingħata mill-ewwel, is-soluzzjoni għandha tkun protetta mid-dawl.

  4. ILLUMINAZZJONI BIL-LASER TAS-SIT TAL-KURA


    Jekk jogħġbok irreferi għall-manwal għall-użu tal-laser, u għall-fuljett ta’ tagħrif tal-mikrolens tal-fibra ottika.


    96 siegħa wara l-għoti ta’ Foscan, is-sit tal-kura għandu jkun illuminat bid-dawl ta' 652 nm minn sors ta’ laser approvat. Id-dawl għandu jasal fuq il-wiċċ kollu tat-tumur permezz ta’ mikrolens tal-fibra ottika, approvat. Kull meta jkun possibli, il-parti lluminata għandha taqbeż il-marġini tat-tumur b’distanza ta’ 0.5 ċm.


    Id-dawl għandu jingħata għal mhux anqas minn 90 siegħa u mhux aktar minn 110 sigħat wara li tingħata l-injezzjoni ta’ Foscan.


    Id-doża ta’ dawl mitfugħ hi ta’ 20 J/ċm2, imwassla permezz tal-mikrolens tal-fibra ottika b’moviment ċirkolari fil-wiċċ tat-tumur b’irridazzjoni ta’ 100 mW/ċm2 fil-wiċċ tat-tumur, li jimplika ħin ta’ illuminazzjoni ta’ madwar 200 sekonda.


    Kull parti għandha tiġi lluminata darba biss matul kull trattament. Jistgħu jiġu illuminati aktar minn parti waħda li ma jmissux ma’ xulxin. Għandha tingħata attenzjoni biex ikun assigurat li l-ebda parti ta' tessut ma’ jirċievi aktar mid-doża ta’ dawl speċifikat. It-tessut li ma jridx jintlaqat għandu jitgħatta kompletament sabiex jiġi evitat il-fotoattivazzjoni mit-tifrix jew riflessjoni tad-dawl.


  5. INFORMAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ


Foscan mhux irritanti.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.