Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Olanzapine Teva
olanzapine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Olanzapine Teva 2.5 mg pilloli miksija b’rita Olanzapine Teva 5 mg pilloli miksija b’rita Olanzapine Teva 7.5 mg pilloli miksija b’rita Olanzapine Teva 10 mg pilloli miksija b’rita Olanzapine Teva 15 mg pilloli miksija b’rita Olanzapine Teva 20 mg pilloli miksija b’rita olanzapine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Olanzapine Teva

demm, għax mediċini bħal dawn ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ ċapep fid-demm


Jekk issoffri minn xi mard elenkat hawn taħt għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibli:


Olanzapine Teva mal-alkoħol

Tixrobx alkoħol jekk qed tieħu Olanzapine Teva għax Olanzapine Teva flimkien mal-alkoħol jistgħu jqabbduk ħedla


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tingħata din il-mediċina meta tkun qed tredda’ peress li ammonti żgħar ta’ Olanzapine Teva jistgħu jgħaddu mal-ħalib tas-sider.


Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid, minn ommijiet li jkunu użaw Olanzapine Teva fl-aħħar trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, ebusija u/jew dgħufija tal-muskoli, ħedla, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Hemm ir-riskju li tħossok imħeddel meta tingħata Olanzapine Teva. Jekk jiġrilek hekk issuqx u m'għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni. Għid lit-tabib tiegħek


Olanzapine Teva fih lactose:

Jekk it-tabib qallek li għandek xi intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali.


  1. Kif għandek tieħu Olanzapine Teva


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew

    mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kemm tieħu pilloli ta’ Olanzapine Teva u kemm għandek iddum teħodhom. Id-doża ta' kuljum ta’ Olanzapine Teva hija bejn 5 mg u 20 mg. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk jerġgħu jiġuk is-sintomi imma tieqafx tieħu Olanzapine Teva sakemm ma jgħidlekx it- tabib tiegħek.


    Għandek tieħu l-pilloli Olanzapine Teva darba kuljum wara li tingħata parir mit-tabib tiegħek.

    Ipprova ħu l-pilloli tiegħek kuljum fl-istess ħin. Ma jimpurtax jekk teħodhom ma' l-ikel jew fuq stonku

    vojt.

    Il-pilloli miksija ta’ Olanzapine Teva huma għall-użu orali. Għandek tibla' l-pilloli Olanzapine Teva

    sħaħ bl-ilma.


    Jekk tieħu Olanzapine Teva aktar milli suppost

    Pazjenti li ħadu iżjed Olanzapine Teva milli suppost kellhom dawn is-sintomi li ġejjin: tħabbit mgħaġġel tal-qalb, aġitazzjoni/aggressività, problemi biex jitkellmu, movimenti mhux tas-soltu (speċjalment tal-ħalq u ta’ l-ilsien) u tnaqqis fil-livell ta’ koxjenza. Sintomi oħra jistgħu jkunu: konfużjoni akuta, aċċessjonijiet (epilessija), koma, taħlita ta’ dawn is-sintomi, deni, nifs aktar mgħaġġel, għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas, tnaqqis fil-frekwenza ta’ nifsijiet,

    aspirazzjoni, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, ritmi mhux normali tal-qalb. Ikkuntatja lit-tabib

    tiegħek jew l-isptar mill-ewwel jekk tesperjenza mis-sintomi t’hawn fuq. Uri l-pakkett tal-pilloli

    tiegħek lit-tabib.


    Jekk tinsa tieħu Olanzapine Teva

    Ħu l-pilloli tiegħek eżatt kif tiftakar. Tieħux żewġ dożi f'ġurnata waħda.


    Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Teva

    Tieqafx tieħu l-pilloli tiegħek sempliċement għaliex tħossok aħjar. Huwa importanti li tibqa' tieħu

    Olanzapine Teva sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

    Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Teva f'daqqa, jista' jkollok sintomi bħal tasgħriq, ma tkunx tista' torqod, rogħda, ansjetà jew tqalligħ u rimettar. It-tabib tiegħek jista' jissuġġerilek li tnaqqas id-doża bil-mod qabel ma twaqqaf il-kura.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk għandek:

    • moviment mhux tas-soltu (effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni) l-aktar tal-wiċċ jew l-ilsien;

    • ċapep tad-demm fil-vini (effett sekondarju mhux komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull

      100 persuna) speċjalment tas-saqajn (is-sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-saqajn) li jistgħu jgħaddu fis-sistema ċirkolatorja u jmorru fil-pulmuni fejn jikkawżaw uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk tinduna b’xi sintomi minn dawn, fittex parir mediku minnufih.

    • Taħlita kollha flimkien ta' deni, nifs mgħaġġel, għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas (il-frekwenza ta’ dan l-effett sekondarju ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli).


      Effetti sekondarji komuni ħafna ( jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni) jnkludu żieda fil-piż; ngħas;u żidiet fil-livelli ta' prolactin fid-demm. Fl-istadji bikrija tal-kura, xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew mhux f'sikkithom (il-qalb tħabbat bil-mod), speċjalment waqt li jkunu qegħdin iqumu minn pożizzjoni mimduda jew minn bil-qiegħda. Dan normalment jgħaddi waħdu iżda jekk le għid lit-tabib tiegħek.


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni) jinkludu tibdil fil-livelli ta' xi ċelluli tad-demm, ta’ xaħmijiet fiċ-ċirkolazzjoni u kmieni fil-kura, żidiet temporanji tal-enzimi tal- fwied; żidiet fil-livelli ta' zokkor fid-demm u fl-awrina; żidiet fil-livelli tal-aċidu uriku u tal-creatine phosphokinase fid-demm; tħossok aktar bil-ġuħ; sturdament; irrekwjetezza; rogħda; movimenti mhux tas-soltu (diskajnisjas); stitikezza; ħalq xott; raxx; titlef il-forzi; għeja esaġerata; retenzjoni tal-ilma li twassal għal nefħa fl-idejn, għekiesi jew saqajn; deni; uġigħ fiġ-ġogi u problemi sesswali bħal tnaqqis fil-ħajra sesswali fl-irġiel u n-nisa u impotenza fl-irġiel.


      Effetti sekondarji mhux komuni ( jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna) jinkludu sensittività eċċessiva (eż. nefħa fil-ħalq u l-gerżuma, ħakk, raxx);dijabete jew dijabete li tmur għall-agħar, kultant assoċjata ma' ketoaċidożi (ketoni fid-demm u fl-awrina) jew koma; aċċessjonijiet, normalment assoċjati ma' storja ta' aċċessjonijiet (epilessija); ebusija tal-muskoli jew spażmi (inklużi movimenti fl- għajnejn); sindromu ta’ saqajn irrikwieti; problemi fil-mod kif titkellem; temtim; il-qalb tħabbat bil- mod; sensittività għad-dawl tax-xemx; tinfaraġ; nefħa fl-addome; tlegħib; telf tal-memorja jew tibda tinsa; inkontinenza urinarja; nuqqas ta’ kapaċità li tgħaddi l-urina; jaqa' x-xagħar; nuqqas ta’ jew tnaqqis fil-mestrwazzjoni u tibdil fis-sider fl-irġiel u fin-nisa bħal produzzjoni mhux normali ta’ ħalib mis-sider jew tkabbir mhux normali.


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna) jinkludu titbaxxa t-temperatura normali tal-ġisem; ritmi mhux normali tal-qalb; mewt għall-għarrieda u inspjegabbli; infjammazjoni tal-frixa li tikkawża wġigħ qawwi fl-istonku, deni u taqlib; mard tal-fwied li jidher bħala sfurija tal- ġilda u tal-abjad tal-għajnejn; mard fil-muskoli li jippreżenta ruħu bħala wġigħ li m’għandux spjegazzjoni; u erezzjoni mtawla u/jew bl-uġigħ.


      Effetti sekondarji rari ħafna jinkludu reazzjonijiet allerġiċi serji bħal Reazzjoni għall-Mediċina b’Eosinofilja u Sintomi Sistemiċi (DRESS). Fil-bidu DRESS tidher b’sintomi bħal tal-influwenza b’raxx fuq il-wiċċ imbagħad b’raxx estiż, temperatura għolja, glandoli limfatiċi minfuħin, livelli ogħla tal-enzimi tal-fwied li jidhru fit-testijiet tad-demm u żieda f’tip ta’ ċellula bajda tad-demm (eosinofilja).


      Waqt li qed jieħdu l-olanzapine, il-pazjenti anzjani bid-demenzja jistgħu jsofru minn puplesija,

      il-pnewmonja, l-inkontinenza ta’ l-awrina, waqgħat, għeja kbira, alluċinazzjonijiet viżivi, żjieda

      fit-temperatura tal-ġisem, ħmura fil-ġilda u jistgħu jkollhom problemi fil-mixi. Xi każijiet fatali kienu

      rapportati f’dan il-grupp partikolari ta’ pazjenti.


      F'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson, Olanzapine Teva tista' tagħmel is-sintomi agħar.

      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Olanzapine Teva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskdai li tidher fuq il-kartuna wara “EXP”. Id-data ta’

    meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Olanzapine Teva

- Is-sustanza attiva hi olanzapine.

Kull pillola miksija b’rita ta’ Olanzapine Teva fiha 2.5 mg tas-sustanza attiva. Kull pillola miksija b’rita ta’ Olanzapine Teva fiha 5 mg tas-sustanza attiva. Kull pillola miksija b’rita ta’ Olanzapine Teva fiha 7.5 mg tas-sustanza attiva. Kull pillola miksija b’rita ta’ Olanzapine Teva fiha 10 mg tas-sustanza attiva. Kull pillola miksija b’rita ta’ Olanzapine Teva fiha 15 mg tas-sustanza attiva. Kull pillola miksija b’rita ta’ Olanzapine Teva fiha 20 mg tas-sustanza attiva

- Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: lactose monohydrate, hydroxypropylcellulose, crospovidone (tip A), silica,

colloidal anhydrous, microcrystalline cellulose, magnesium stearate.

Kisi tal-pillola: hypromellose, polydextrose, glycerol triacetate, macrogol 8000, titanium dioxide (E171). Barra minhekk il-qawwa ta’ 15 mg fiha wkoll indigo carmine (E132) u l-qawwa ta’ 20 mg fiha iron oxide red (E172)


Kif jidher Olanzapine Teva u l-kontenut tal-pakketti

Olanzapine Teva 2.5 mg pillola miksija b’rita hija pillola miksija b’rita bajda, mżaqqa u tonda, li

fuqha hemm imnaqqax “OL 2.5” fuq naħa waħda u xejn fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Teva 5 mg pillola miksija b’rita hija pillola miksija b’rita bajda, mżaqqa u tonda, li fuqha

hemm imnaqqax “OL 5” fuq naħa waħda u xejn fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Teva 7.5 mg pillola miksija b’rita hija pillola miksija b’rita bajda, mżaqqa u tonda, li

fuqha hemm imnaqqax “OL 7.5” fuq naħa waħda u xejn fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Teva 10 mg pillola miksija b’rita hija pillola miksija b’rita bajda, mżaqqa u tonda, li fuqha hemm imnaqqax “OL 10” fuq naħa waħda u xejn fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Teva 15 mg pillola miksija b’rita hija pillola miksija b’rita ċelesti ċara, ovali u mżaqqa u

ovali, li fuqha hemm imnaqqax “OL 15” fuq naħa waħda u xejn fuq in-naħa l-oħra.

Olanzapine Teva 20 mg pillola miksija b’rita hija pillola miksija b’rita roża, ovali u mżaqqa, li fuqha hemm imnaqqax “OL 20” fuq naħa waħdau xejn fuq in-naħa l-oħra.


Olanzapine Teva 2.5 mg Pilloli miksija b’rita jiġu f’kartun ta’ 28, 30, 35, 56, 70 jew 98 pillola miksija b’rita.

Olanzapine Teva 5 mg Pilloli miksija b’rita jiġu f’kartun ta’ 28, 28 x 1, 30, 30 x 1, 35, 35 x 1, 50,

50 x 1, 56, 56 x 1, 70, 70 x 1, 98 jew 98 x 1 pillola miksija b’rita.

Olanzapine Teva 7.5 mg Pilloli miksija b’rita jiġu f’kartun ta’ 28, 28 x 1, 30, 30 x 1, 35, 35 x 1, 56,

56 x 1, 60, 70, 70 x 1, 98 jew 98 x 1 pillola miksija b’rita.

Olanzapine Teva 10 mg Pilloli miksija b’rita jiġu f’kartun ta’ 7, 7 x 1, 28, 28 x 1, 30, 30 x 1, 35,

35 x 1, 50, 50 x 1, 56, 56 x 1, 60, 70, 70 x 1, 98 jew 98 x 1 pillola miksija b’rita.

Olanzapine Teva 15 mg Pilloli miksija b’rita jiġu f’kartun ta’ 28, 30, 35, 50, 56, 70 jew 98 pillola miksija b’rita.

Olanzapine Teva 20 mg Pilloli miksija b’rita jiġu f’kartun ta’ 28, 30, 35, 56, 70 jew 98 pillola miksija b’rita.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Teva B.V. Swensweg 5 2031GA Haarlem


Manifattur


Teva Pharmaceutical Works Co. Ltd

Pallagi út 13

4042 Debrecen

Hungary


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tél/Tel: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203


България

Тева Фарма ЕАД Тел: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 38207373


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Danmark SanoSwiss UAB Litauen

Tlf: +370 70001320

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland

L-Irlanda

Tel: +44 2075407117


Deutschland

TEVA GmbH

Tel: +49 73140208

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590

Ελλάδα

Specifar A.B.E.E. Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


España

Teva Pharma, S.L.U.

Tel: +34 913873280

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tel: +48 223459300


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tel: +351 214767550


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o.

Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L.

Tel: +40 212306524


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +386 15890390


Ísland

Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l.

Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar A.B.E.E. Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland Ireland

Tel: +44 2075407117


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}><{xahar SSSS}>.


image

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: .