Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Inductos
dibotermin alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall pazjent


InductOs 1.5 mg/ml trab, solvent u matriċi għall-matriċi ta’ impjant

dibotermin alfa


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu InductOs u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tirċievi InductOs

  3. Kif jingħata InductOs

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen InductOsKontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu InductOs u gћalxiex jintuża


    InductOs fih is-sustanza attiva, dibotermin alfa. Huwa kopja ta’ proteina msejħa Proteina-2 Morfoġenika tal-Għadam (BMP 2), li hija magħmula b’mod naturali mill-ġisem u tgħin fil- formazzjoni ta’ tessut ġdid tal-għadam.


    InductOs jista’ jintuża jew f’operazzjoni tal-fużjoni fil-parti t’isfel tas-sinsla tad-dahar, jew biex ifejjaq ksur fil-qasba tas-sieq.


    Operazzjoni tal-fużjoni fil-parti t’isfel tas-sinsla tad-dahar

    Jekk għandek ħafna wġigħ minħabba ħsara f’disk fin-naħa t’isfel ta’ dahrek, u l-ebda kuri oħrajn ma kienu effettivi, inti tista tkun ikkunsidrat/a għal operazzjoni tal-fużjoni fil-parti t’isfel tas-sinsla tad-

    dahar. InductOs jintuża minflok ma jittieħed trapjant ta’ l-għadam minn ġenbejk; dan jevita problemi u wġigħ li jistgħu jiġu kkawżati minn operazzjoni biex jinkiseb it-trapjant ta’ l-għadam.


    Meta jintuża f’operazzjoni tal-fużjoni fil-parti t’isfel tas-sinsla tad-dahar, InductOs jintuża flimkien ma’ tagħmir mediku li tikkoreġi l-pożizzjoni tas-sinsla ta’ dahrek. Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar dan it-tagħmir mediku, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek.


    Ksur fil-qasba tas-sieq

    Jekk għandek ksur fil-qasba tas-sieq, InductOs jintuża biex jgħin lill-ksur ifieq u biex inaqqas il-ħtieġa għal operazzjonijiet addizzjonali . Huwa jintuża flimkien mal-kura standard u l-kura ta’ ksur fil-qasba

    tas-sieq.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu InductOs M’għandek tirċievi InductOs

    • jekk inti allerġiku għal dibotermin alfa jew kollaġen tal-baqar jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

    • jekk għadek qed tikber (ma mmaturajtx b’mod skeletriku)

    • jekk għandek infezzjoni attiva fis-sit tal-operazzjoni.

    • jekk it-tabib li qiegħed jikkurak jiddeċiedi li għandek provvista tad-demm inadegwata fis-sit

      fejn għandek il-ksur.

    • biex tikkura ksur li hu relatat mal-marda (eż. ksur minħabba l-marda ta’ Paget marda jew

      kanċer).

    • jekk kont dijanjostikat/a b’kanċer, jew qed tieħu kura għal kanċer.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

    • Għandek tinforma it-tabib tiegħek jekk għandek xi marda awtoimmuni bħal artrite rewmatojde, lupus erythematosus sistemiku, skleroderma, is-sindrome ta’ Sjögren jew dermatomijosite/polymijosite.

    • Għandek tinforma lit-tabib tiegħek jekk għandek xi marda ta’ l-għadam.

    • Għandek tinforma lit-tabib tiegħek jekk għandek kwalunkwe storja medika ta’ kanċer.

    • Il-prodott m’għandux jitpoġġa f’kuntatt dirett ma’ ċerti tipi ta’ għadam. Il-kirurgu tiegħek ser

      ikun jaf liema tipi ta’ għadam għandu jevita.

    • L-użu ta’ InductOs jista’ jikkawża l-formazzjoni ta’ għadam (ossifikazzjoni eterotopika) fit- tessut tal-madwar, li jista’ jirriżulta f’kumplikazzjonijiet.

    • Xi pazjenti jistgħu jiżviluppaw uġigħ fin-nervaturi minħabba l-akkumulazzjoni ta’ fluwidu

      lokalizzat li jkun jeħtieġ li jitneħħa, jew proċedura kirurġika biex jitneħħa l-fluwidu.

    • Xi pazjenti jistgħu jiżviluppaw antikorpi (magħmulin minn ġismek biex jiġġieldu proteina barranija) għal InductOs. Filwaqt li ma kienu osservati l-ebda effetti li jagħmlu ħsara, l-effetti fit-tul mhumiex magħrufa.

    • Għandek tinforma it-tabib tiegħek jekk għandek mard tal-kliewi jew tal-fwied.

    • Nefħa lokalizzata, li f’xi każijiet li tirriżulta f’diffikultà biex tieħu n-nifs, kienet irrappurtata f’pazjenti meta InductOs intuża f’operazzjoni fin-naħa ta’ fuq tas-sinsla tad-dahar (fl-għonq). Is- sigurtà u l-effettività ta’ InductOs f’operazzjonijiet tas-sinsla tad-dahar fl-għonq ma kinitx stabbilita, u InductOs m’għandux jintuża f’din is-sitwazzjoni.


      Mediċini oħra u InductOs

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra inkluż mediċini li ksibt mingħajr riċetta.


      Tqala u treddigħ

      L-effetti ta’ InductOs fuq it-tqala mhumiex magħrufa. L-użu tal-prodott f’nisa tqal mhuwiex

      rakkomandat.


      Mhux magħruf jekk InductOs jitneħħiex fil-ħalib tas-sider.


      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, staqsi

      lit-tabib tiegħek għal parir qabel ma tirċievi din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      InductOs mhux ser jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem il-magni.


      InductOs fih kollaġen tal-baqar, proteina miksuba mill-baqar

      Xi pazjenti jistgħu jiżviluppaw antikorpi (magħmulin minn ġismek biex jiġġieldu proteina barranija) kontra l-kollaġen fil-mediċina. Fi studji kliniċi, il-preżenza ta’ antikorpi għal kollaġen ma kinitx assoċjata ma’ effetti sekondarji, bħal allerġiji, u lanqas ma ntwera li dan inaqqas l-effettività ta’ InductOs. Jekk taħseb li għandek reazzjoni allerġika għal collagen, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.


      InductOs fih sodium

      Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol (23 mg) sodium f’kull doża massima (2 pakketti ta’ 12 mg),

      jiġifieri huwa essenzjalment ‘mingħajr sodium’.

  3. Kif gћandek tieћu InductOs


    It-tabib li jkun qed jikkurak se jimpjantalek InductOs matul l-operazzjoni. L-istaff mediku ser jipprepara InductOs fis-sala operatorja. It-trab, irid jinħall fl-ilma sterilizzat biex jifforma soluzzjoni, li jintuża biex ixxarrab l-isponża. L-isponża mxarrba mbagħad tkun impjantata fejn it-tkabbir tal-għadam ikun meħtieġ. Maż=żmien l-isponża tisparixxi gradwalment hekk kif jifforma l-għadam.


    Jekk tkun qed tirċievi InductOs għal fużjoni fil-parti t’isfel tas-sinsla tad-dahar, il-kirurgu tiegħek ser ineħħi d-disk li tkun bil-ħsara li tkun qed tikkawża l-uġigħ u jibdilha b’tagħmir mediku mimli b’InductOs. It-tagħmir mediku jikkoreġi l-pożizzjoni tas-sinsla tad-dahar tiegħek, u InductOs jinkoraġġixxi l-għadam biex jikber bejn iż-żewġ vertebri, biex twaħħalhom b’mod permanenti fil- pożizzjoni korretta.


    Jekk qed tirċievi InductOs għal ksur fil-qasba tas-sieq, it-tabib tiegħek imbagħad ser ipoġġi InductOs madwar l-għadma miksura tiegħek meta jikkura l-ksur. It-tabib ser jiddeċiedi kemm volum ta’ InductOs inti ser tirċievi, skond id-daqs u n-numru ta’ ksur. Ġeneralment, jintuża pakkett wieħed ta’ 12 mg: madankollu, jistgħu jintużaw sa massimu ta’ żewġ pakketti ta’ 12 mg.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, InductOs jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Effetti sekondarji serji


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih, jew mur minnufih id-dipartiment tal-emerġenza tal-eqreb sptar tiegħek jekk ikollok nefħa lokalizzata, li tista’ tirriżulta f’diffikultajiet fit-teħid tan-nifs, wara li InductOs ikun intuża f’operazzjoni tal-parti ta’ fuq (għonq) tal-ispina. Il-frekwenza ta’ dan l-effett sekondarju mhux magħrufa u ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli.


    Effetti sekondarji oħra


    Operazzjoni tal-fużjoni tal-parti t’isfel tas-sinsla tad-dahar

    • Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek xi wieħed minn dawn li ġejjin:

    • Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

      Tkabbir addizzjonali tal-għadam u moviment tat-tagħmir mediku impjantat, akkumulazzjoni ta’

      fluwidu lokalizzat u uġigħ mid-dahar għal saqajk (xatka)

    • Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli):

      Żjieda fit-tkissir tal-għadam


      Ksur tal-għadma tal-qasba tas-sieq

      Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek xi wieħed minn dawn li ġejjin:

    • Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

      Infezzjoni lokalizzata

    • Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

      Akkumulazzjoni ta’ fluwidu lokalizzat

    • Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli):

      Żjieda fit-tkissir tal-għadam


      Rappurtar ta’ effetti sekondarji oħra

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex

      elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’AppendiċiV. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

  5. Kif taħżen InductOs


    Mhux ser ikollok bżonn taħżen dan il-prodott.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih InductOs


Kif jidher InductOs u l-kontenut tal-pakkett

InductOs hu fornut lit-tabib tiegħek bħala kitt għall-impjant matul l-operazzjoni.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Medtronic BioPharma B.V.

Earl Bakkenstraat 10

6422 PJ Heerlen L-Olanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi