Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Myclausen
mycophenolate mofetil

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Myclausen 500 mg pilloli miksijin b’rita

Mycophenolate mofetil


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:


1. X'inhu Myclausen u għalxiex jintuża

  1. X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Myclausen

  2. Kif għandek tieħu Myclausen

  1. Effetti sekondarji possibbli

  2. Kif taħżen Myclausen

  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X'inhu Myclausen u għalxiex jintuża


    L-isem sħiħ tal-mediċina tiegħek huwa Myclausen 500 mg pilloli miksijin b’rita.

    • F’dan il-fuljett jintuża l-isem imqassar Myclausen.


      Myclausen fih mycophenolate mofetil.

    • Dan jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa “immunosoppressanti”. Myclausen jintuża biex ma jħallix lill-ġisem tiegħek jiċħad organu trapjantat.

    • Kilwa, qalb jew fwied.

      Myclausen għandu jintuża flimkien ma' mediċini oħra:

    • Ciclosporin u Kortikosterojdi.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Myclausen


    TWISSIJA

    Mycophenolate jikkawża difetti tat-twelid u korriment. Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, għandek tipprovdi test tat-tqala negattiv qabel tibda t-trattament u għandek issegwi l-pariri dwar kontraċezzjoni mogħtija lilek mit-tabib tiegħek.


    It-tabib tiegħek se jkellmek u jagħtik informazzjoni bil-miktub, b’mod partikolari dwar l-effetti ta’ mycophenolate fuq trabi mhux imwielda. Aqra l-informazzjoni b’attenzjoni u segwi l-istruzzjonijiet. Jekk ma tifhemx dawn l-istruzzjonijiet b’mod sħiħ, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek biex jerġa’ jispjeghom qabel ma tieħu mycophenolate. Ara wkoll aktar informazzjoni f’din it-taqsima taħt “Twissijiet u prekawzjonijiet” u “Tqala u treddigħ”.


    Tiħux Myclausen

    • jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal mycophenolate mofetil,

      mycophenolic acid, jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6)

    • Jekk inti mara li tista’ tkun tqila u ma pprovdejtx test tat-tqala negattiv qabel l-ewwel preskrizzjoni tiegħek, għax mycophenolate jikkawża difetti tat-twelid u korriment.

    • Jekk inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija jew taħseb li tista’ tkun tqila.

    • Jekk mhux qed tuża kontraċezzjoni effettiva (ara Tqala, kontraċezzjoni u treddigħ).

    • jekk qed tredda’.

      Tiħux din il-mediċina jekk xi waħda minn ta’ fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċert/a, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Myclausen.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek minnufih qabel ma tibda trattament b’Myclausen:

    • Jekk għandek sinjal ta’ infezzjoni bħal deni jew uġigħ fil-griżmejn

    • Jekk għandek tbenġil jew fsada bla spjegazzjoni

    • Jekk qatt kellek problema bis-sistema diġestiva tiegħek bħal ulċera fl-istonku

    • Jekk qed tippjana biex toħroġ tqila jew jekk toħroġ tqila waqt li inti jew is-sieħeb tiegħek tkunu qed tieħdu Myclausen.

      Jekk xi waħda minn ta’ fuq tgħodd għalik (jew jekk m’intix ċert/a), kellem lit-tabib tiegħek minnufih

      qabel ma tibda trattament b’Myclausen.


      L-effett tad-dawl tax-xemx

      Myclausen inaqqas id-difiżi tal-ġisem tiegħek. B’hekk, hemm riskju akbar ta’ kanċer tal-ġilda. Illimita

      l-ammont ta’ xemx u ta’ raġġi UV li tieħu. Għamel hekk billi:

    • tilbes ħwejjeġ protettivi li jgħattu wkoll rasek, għonqok, idejk u saqajk

    • tuża’ sunscreen b’fattur protettiv għoli.


      Mediċini oħra u Myclausen

      Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi

      mediċini oħra. Dan jinkludi mediċini miksuba mingħajr riċetta, inkluż mediċini mill-ħxejjex. Dan

      peress li Myclausen jista’ jaffettwa l-mod kif jaħdmu xi mediċini oħrajn. Barra dan mediċini oħra jistgħu jaffettwaw il-mod kif jaħdem Myclausen.


      B’mod partikolari, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin qabel tibda Myclausen:

    • azathioprine jew mediċini oħra li jrażżnu s-sistema immuni tiegħek (mogħtija wara operazzjoni

      ta’ trapjant)

    • cholestyramine (użat biex jikkura kolesterol għoli)

    • rifampicin (antibijotiku użat għall-prevenzjoni u l-kura ta’ infezzjonijiet bħat-tuberkulożi (TB))

    • antaċidi, jew inibituri tal-pompa tal-protoni (użati għall-problemi ta’ aċidu fl-istonku bħal indiġestjoni)

    • sustanzi li jeħlu mal-fosfat (użati minn persuni b’insuffiċjenza kronika tal-kliewi biex inaqqsu

      l-ammont ta’ fosfat li jiġi assorbit fid-demm tagħhom).

    • antibijotiċi (użati biex jittrattaw infezzjonijiet batteriċi)

    • isavuconazole (użat biex jittratta infezzjonijiet fungali)

    • telmisartan (użat biex jittratta pressjoni għolja)


    Vaċċini

    Jekk għandek bżonn tieħu vaċċin (vaċċin ħaj) waqt li qed tieħu Myclausen, l-ewwel kellem lit-tabib

    jew lill-ispiżjar tiegħek. It-tabib tiegħek ikollu jagħtik parir dwar liema vaċċini tista’ tieħu.


    M’għandekx tagħti demm waqt it-trattament b’Myclausen u għal mill-inqas 6 ġimgħat wara li jitwaqqaf it-trattament. Irġiel m’għandhomx jagħtu semen waqt it-trattament b’Myclausen u għal mill- inqas 90 jum wara li jitwaqqaf it-trattament.


    Myclausen ma’ ikel u xorb

    It-teħid ta’ ikel u xorb ma għandu l-ebda effett fuq il-kura tiegħek b’Myclausen.

    Tqala, kontraċezzjoni u treddigħ Kontraċezzjoni f’nisa li jieħdu Myclausen

    Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila għandek tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni flimkien ma’

    Myclausen. Dan jinkludi:

    • Qabel ma tibda tieħu Myclausen

    • Waqt it-trattament kollha tiegħek b’Myclausen

    • Għal 6 ġimgħat wara li tieqaf tieħu Myclausen.

      Kellem lit-tabib tiegħek dwar l-aktar kontraċezzjoni xierqa għalik. Dan se jiddependi mis-sitwazzjoni

      individwali tiegħek. Żewġ forom ta’ kontraċezzjoni huma preferibbli għax dan inaqqas ir-riskju ta’ tqala mhux intenzjonata. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun, jekk taħseb li l- kontraċezzjoni tiegħek setgħet ma kinitx effettiva jew jekk insejt tieħu l-pillola kontraċettiva tiegħek.


      Inti mara li ma tistax toħroġ tqila jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik:

      • Inti għaddejt mill-menopawsa, i.e. għandek età ta’ mill-inqas 50 sena u l-aħħar mestrwazzjoni tiegħek kienet aktar minn sena ilu (jekk il-mestrwazzjoni tiegħek waqfet għax kellek kura għall- kanċer, xorta għad hemm ċans li tista’ toħroġ tqila)

      • It-tubi fallopjani tiegħek u ż-żewġ ovarji tneħħew permezz ta’ operazzjoni (salpingo- oophorectomy bilaterali)

      • Il-ġuf tiegħek (utru) tneħħa permezz ta’ operazzjoni (isterektomija)

      • L-ovarji tiegħek m’għadhomx jaħdmu (insuffiċjenza prematura tal-ovarji, li kienet ikkonfermata minn ġinekologu speċjalista)

      • Twelidt b’waħda mill-kondizzjonijiet rari li ġejjin li jagħmlu t-tqala impossibbli: il-ġenotip XY,

        is-sindrome ta’ Turner jew aġenesi tal-utru

      • Inti tifla jew żgħażugħa li għad ma bdejtx ikollok il-mestrwazzjoni.


    Kontraċezzjoni f’irġiel li jieħdu Myclausen

    L-evidenza disponibbli ma tindikax riskju akbar ta’ malformazzjonijiet jew ta’ korriment jekk il- missier jieħu mycophenolate. Madankollu, riskju ma jistax jiġi eskluż għalkollox. Bħala prekawzjoni inti jew is-sieħba tiegħek rakkomandati tużaw kontraċezzjoni affidabbli waqt it-trattament u għal

    90 jum wara li tieqaf tieħu Myclausen.


    Jekk qed tippjana li jkollok it-tfal, kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji potenzjali u terapiji

    alternattivi.


    Tqala u Treddigħ

    Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir

    tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. It-tabib tiegħek se jkellmek dwar ir-riskji fil-każ ta’ tqala u l-alternattivi li tista’ tieħu biex tipprevjeni rifjut tal-organu trapjantat tiegħek jekk:

    • Qed tippjana biex toħroġ tqila.

    • Qbist jew taħseb li qbist pirjid mestrwali, jew jekk ikollok fsada mestrwali mhux tas-soltu, jew tissuspetta li inti tqila.

    • Jekk tagħmel sess mingħajr l-użu ta’ metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni.

      Jekk toħroġ tqila waqt it-trattament b’mycophenolate, għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek immedjatament. Madankollu, kompli ħu Myclausen sakemm tarah jew taraha.


      Tqala

      Mycophenolate jikkawża frekwenza għolja ħafna ta’ korriment (50%) u ta’ difetti severi tat-twelid (23-27%) fit-tarbija mhux imwielda. Difetti tat-twelid li kienu rrappurtati jinkludu anomaliji tal-

      widnejn, tal-għajnejn, tal-wiċċ (xoffa/palat mixquq), tal-iżvilupp tas-swaba, tal-qalb, tal-esofagu (tubu li jgħaqqad il-gerżuma mal-istonku), tal-kliewi u tas-sistema nervuża (per eżempju spina bifida (fejn l- għadam tas-sinsla tad-dahar ma jkunux żviluppati sew). It-tarbija tiegħek tista’ tiġi affettwata minn

      wieħed jew aktar minn dawn.


      Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, għandek tipprovdi test tat-tqala negattiv qabel tibda t-trattament u għandek issegwi l-pariri dwar kontraċezzjoni mogħtija lilek mit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jitlob aktar minn test wieħed biex ikun ċert li m’intix tqila qabel jibda t-trattament.


      Treddigħ

      Tiħux Myclausen jekk qed tredda’. Dan peress li ammonti żgħar tal-mediċina jistgħu jgħaddu fil-ħalib

      tal-omm.

      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Myclausen għandu effett moderat fuq il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem għodda jew magni. Jekk tħossok sturdut, tħoss ġismek imtarrax jew tħossok konfuż, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek u

      ssuqx u tħaddimx għodda jew magni qabel ma tħossok aħjar.


      Myclausen fih is-sodju

      Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol sodju (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment

      ‘ħieles mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Myclausen


    Dejjem għandek tieħu Myclausen skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubji.


    Kemm għandek tieħu

    L-ammont li tieħu jiddependi mit-tip ta’ trapjant li kellek. Id-dożi tas-soltu huma murija taħt. Il-kura

    se tkompli sakemm ikollok bżonn biex tipprevjeni li tiċħad l-organu trapjantat tiegħek.


    Trapjant Renali

    Adulti

    • L-ewwel doża tingħata fi żmien 3 ijiem mill-operazzjoni tat-trapjant.

    • Id-doża ta’ kuljum hija ta’ 4 pilloli (2 g ta’ mediċina) li tittieħed bħala 2 dożi separati.

    • Ħu 2 pilloli filgħodu u wara 2 pilloli filgħaxija.


      Tfal b’età minn 2 sa 18-il sena

    • Id-doża mogħtija tvarja skont id-daqs tat-tifel/tifla.

    • It-tabib tiegħek se jiddeċiedi l-aktar doża xierqa skont it-tul u l-piż tat-tifel/tifla tiegħek (l-erja tas-superfiċje tal-ġisem imkejla bħala metri kwadri jew “m2”). Id-doża rrakkomandata hija 600 mg għal kull m2 li tittieħed darbtejn kuljum.


      Trapjant tal-Qalb

      Adulti

    • L-ewwel doża tingħata fi żmien ħamest ijiem mill-operazzjoni tat-trapjant.

    • Id-doża ta’ kuljum hija 6 pilloli (3 g ta’ mediċina) li jittieħdu bħala żewġ dożi separati.

    • Ħu 3 pilloli filgħodu u wara 3 pilloli filgħaxija.


      Tfal

    • M’hemm l-ebda tagħrif dwar l-użu ta’ Myclausen fi tfal bi trapjant tal-qalb.


      Trapjant tal-Fwied

      Adulti

    • L-ewwel doża ta' Myclausen orali tingħatalek mill-inqas erbat ijiem wara li tkun saret l- operazzjoni tat-trapjant, u meta tkun tista’ tibla’ mediċini li jittieħdu mill-ħalq.

    • Id-doża ta’ kuljum hija ta’ 6 pilloli kuljum (3 g ta’ mediċina) li tittieħed bħala żewġ dożi

      separati.

    • Ħu 3 pilloli filgħodu u wara 3 pilloli filgħaxija.


      Tfal

    • Ma hemm l-ebda tagħrif dwar l-użu ta’ Myclausen fi tfal bi trapjant tal-fwied.


      Kif għandek tieħu Myclausen

    • Ibla’ l-pilloli tiegħek sħaħ ma’ tazza ilma.

    • Tkissirhomx u tfarrakomx.


      Jekk tieħu aktar Myclausen milli suppost

      Jekk tieħu aktar Myclausen milli suppost, kellem tabib jew mur ġo sptar minnufih. Għamel hekk ukoll

      jekk xi ħadd ieħor jieħu l-mediċina tiegħek bi żball. Ħu l-pakkett tal-mediċina miegħek.


      Jekk tinsa tieħu Myclausen

      Jekk f'xi ħin tinsa tieħu l-mediċina tiegħek, ħudha hekk kif tiftakar. Wara kompli ħudha fil-ħinijiet tas- soltu. Tieħux doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Myclausen

      Tieqafx tieħu Myclausen sakemm ma jgħidlekx tagħmel hekk it-tabib tiegħek. Jekk twaqqaf il-kura

      tiegħek tista’ żżid ir-riskju ta’ tiċħid tal-organu trapjantat tiegħek.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħall-kull mediċina oħra, din il-mediċina tista' tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    Kellem lil tabib minnufih jekk tinnota xi waħda mill-effetti sekondarji serji li ġejjin – għandu mnejn ikollok bżonn kura medika urġenti:

    • ikollok sinjal ta’ infezzjoni bħal deni jew uġigħ fil-griżmejn

    • għandek xi tbenġil jew fsada mhux mistennija

    • għandek raxx, nefħa fil-wiċċ, xofftejn, ilsien jew griżmejn, b’diffikultà biex tieħu nifs - jista’

      jkun qed ikollok reazzjoni allerġika serja għall-mediċina (bħal anafilassi, anġjoedima).


      Problemi tas-soltu

      Uħud mill-aktar problemi komuni huma dijarea, tnaqqis fiċ-ċelluli bojod jew ċelluli ħomor tad-demm

      tiegħek, infezzjoni u rimettar. It-tabib tiegħek se jagħmel testijiet regolari tad-demm, biex jiċċekkja għal xi tibdil f’:

    • in-numru ta’ ċelluli tad-demm tiegħek jew sinjali ta’ infezzjonijiet.


      It-tfal jistgħu jkunu f'riskju akbar mill-adulti li jkollhom xi effetti sekondarji. Dawn jinkludu dijarea, infezzjonijiet, inqas ċelluli bojod u inqas ċelluli ħomor fid-demm.


      Il-ġlieda kontra l-infezzjonijiet

      Myclausen inaqqas id-difizi tal-ġisem tiegħek. Dan biex iwaqqfek milli tiċħad it-trapjant tiegħek. B’hekk, ġismek ma jkunx tajjeb daqs s-soltu biex jiġġieled l-infezzjonijiet. Dan ifisser li tista’ tieħu

      aktar infezzjonijiet mis-soltu. Dan jinkludi infezzjonijiet fil-moħħ, fil-ġilda, fil-ħalq , fl-istonku u fl-imsaren, fil-pulmuni u fis-sistema tal-awrina.


      Kanċer tal-limfa u tal-ġilda

      Bħal ma jista’ jiġri f’pazjenti li qed jieħdu din it-tip ta’ mediċina (immunosoppressanti), numru żgħir

      ħafna ta’ pazjenti b’Myclausen żviluppaw kanċer tal-ġilda u tat-tessuti limfatiċi.


      Effetti mhux mixtieqa ġenerali

      Jista’ jkollok effetti sekondarji ġenerali li jaffettwaw lill-ġismek kollu. Dawn jinkludu reazzjonijiet allerġiċi serji (bħal anafilassi, anġjoedima) deni, tħossok għajjien ħafna, diffikultà biex torqod,

      weġgħat (bħal uġigħ fl-istonku, fis-sider, fil-ġogi jew muskoli), uġigħ ta' ras, sintomi ta' influwenza, u

      nefħa.


      Effetti oħra mhux mixtieqa jistgħu jinkludu:


      Problemi fil-ġilda bħal:

    • akne, ponot tad-deni, ħruq ta' Sant' Antnin, tkabbir tal-ġilda, telf ta’ xagħar, raxx, u ħakk.


      Problemi fis-sistema urinarja bħal:

    • demm fl-awrina.

      Problemi fis-sistema diġestiva u fil-ħalq bħal:

    • nefħa fil-ħanek u ulċeri fil-ħalq,

    • infjammazzjoni tal-frixa, kolon jew stonku,

    • disturbi gastrointestinali inkluż fsada,

    • problemi tal-fwied,

    • dijarea, stitikezza, tħossok ma tiflaħx (tqalligħ), indiġestjoni nuqqas ta’ aptit, gass.


      Problemi fis-sistema nervuża bħal:

    • tħossok sturdut, imħeddel jew imtarrax,

    • tregħid, spażmi tal-muskoli, konvulżjonijiet,

    • tħossok ansjuż jew depress, bidliet fil-burdata jew ħsibijiet tiegħek.


      Problemi fil-qalb u fil-kanali tad-demm bħal:

    • bidla fil-pressjoni tad-demm, taħbit tal-qalb mgħaġġel, twessiegħ tal-kanali tad-demm .


      Problemi fil-pulmun bħal:

    • pnewmonja, bronkite,

    • qtugħ ta' nifs, sogħla, li jistgħu jkunu kkawżati minn bronkjektasi (kundizzjoni fejn il-passaġġi tal-pulmun jintefħu iktar minn normal) jew fibrożi pulmonari (brix tal-pulmun). Kellem lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa sogħla persistenti jew qtugħ ta’ nifs,

    • ilma fil-pulmun jew ġos-sider,

    • problemi tas-sinus.


      Problemi oħra bħal:

    • telf ta’ piż, gotta, zokkor għoli fid-demm, fsada, tbenġil.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett

    image

    sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

    permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tkun qed tirraporta dawn l- effetti sekondarji tista’ tgħin li tipprovdi aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Myclausen


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    M’għandekx tuża din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-folja jew fuq il-kartuna wara

    JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina ma għandha bżonn ta’ ebda kundizzjoni speċjali ta’ ħżin.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar kif għandek tarmi mediċini li int m’għadekx tuża’. Dawn il-miżuri jgħinu jipprotezzjoni l-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Myclausen

Is-sustanza attiva hi mycophenolate mofetil. Kull pillola fiha 500 mg mycophenolate mofetil Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pilloli:

Microcrystalline cellulose, povidone (K-30), croscarmellose sodium, magnesium stearate

Kisja tal-pilloli:

Polyvinyl alcohol (partially hydrolysed), titanium dioxide (E 171), macrogol 3000, talc


Kif jidher Myclausen u l-kontenuti tal-pakkett:


Pilloli miksijin b’rita tondi u bojod.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ Myclausen 500 mg jiġu f’folji tal-PVC-aluminju b’10 pilloli. Kull kartuna fiha jew 50 jew 150 pillola.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Passauer Pharma GmbH

Eiderstedter Weg 3

14129 Berlin

Il-Ġermanja


Manifattur

Passauer Pharma GmbH

Eiderstedter Weg 3

14129 Berlin

Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Passauer Pharma GmbH,

Duitsland/Allemagne/Deutschland

Tél/Tel: +49(0)3074460-12

Lietuva

Passauer Pharma GmbH,

Vokietija

Tel: +49(0)3074460-12


България

Passauer Pharma GmbH,

Германия

Тел: +49(0)3074460-12

Luxembourg/Luxemburg Passauer Pharma GmbH, Allemagne/Deutschland Tél/Tel: +49(0)3074460-12


Česká republika Pharmagen CZ, s.r.o. Česká republika

Tel: +420 721 137 749


Danmark

Passauer Pharma GmbH,

Tyskland

Tlf: +49(0)3074460-12


Deutschland

Passauer Pharma GmbH, Deutschland

Tel: +49(0)3074460-12

Magyarország

Passauer Pharma GmbH,

Németország

Tel: +49(0)3074460-12


Malta

Passauer Pharma GmbH,

Il-Ġermanja

Tel: +49(0)3074460-12


Nederland

Passauer Pharma GmbH, Duitsland

Tel: +49(0)3074460-12

Eesti

Passauer Pharma GmbH, Saksamaa

Tel: +49(0)3074460-12

Norge

Passauer Pharma GmbH,

Tyskland

Tlf: +49(0)3074460-12


Ελλάδα

YAS Pharma L.P.

Λεωφ. Κηφισίας 120 & Φλοίας 10

151 25 Μαρούσι, Αθήνα - Ελλάδα

Τηλ: + 30 210-6194190

Österreich

Passauer Pharma GmbH, Deutschland

Tel: +49(0)3074460-12


España

Passauer Pharma GmbH,

Alemania

Tel: +49(0)3074460-12

Polska

Passauer Pharma GmbH,

Niemcy

Tel: +49(0)3074460-12


France

Passauer Pharma GmbH,

Allemagne

Tél: +49(0)3074460-12


Hrvatska

Passauer Pharma GmbH,

Njemačka

Tel: +49(0)3074460-12


Ireland

Passauer Pharma GmbH,

Germany

Tel: +49(0)3074460-12


Ísland

Passauer Pharma GmbH,

Þýskaland

Sími: +49(0)3074460-12


Italia

Passauer Pharma GmbH,

Germania

Tel: +49(0)3074460-12

Portugal

Passauer Pharma GmbH,

Alemanha

Tel: +49(0)3074460-12


România

Passauer Pharma GmbH, Germania

Tel: +49(0)3074460-12


Slovenija

Passauer Pharma GmbH,

Nemčija

Tel: +49(0)3074460-12


Slovenská republika Passauer Pharma GmbH, Nemecko

Tel: +49(0)3074460-12


Suomi/Finland

Passauer Pharma GmbH,

Saksa

Puh/Tel: +49(0)3074460-12


Κύπρος

ISANGEN PHARMA CYPRUS LTD

Guricon House, Ηνωμένων Εθνών 48, 2ος & 3ος όροφος

6042, Λάρνακα, Κύπρος

Τηλ.: +357-24-638833

Sverige

Passauer Pharma GmbH,

Tyskland

Tel: +49(0)3074460-12


Latvija

Passauer Pharma GmbH,

Vācija

Tel: +49(0)3074460-12

United Kingdom (Northern Ireland)

Passauer Pharma GmbH,

Germany

Tel: +49(0)3074460-12


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}


Mediċini .