Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Optruma
raloxifene

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Optruma 60 mg pilloli miksija b’rita

raloxifene hydrochloride


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).


Mhux probabbli li Optruma tikkawża l-ħruġ tad-demm mill-vaġina. Għalhekk, jekk hemm xi demm ġej mill-vaġina waqt li qed tieħu Optruma dan mhux mistenni. Għandek tkun investigata mit-tabib tiegħek.


Optruma ma tneħħilekx is-sintomi li jitfaċċaw wara l-menopawsa, bħall-fwawar.


Optruma tbaxxilek il-livell totali tal-kolesterol u tal- kolesterol LDL (dak li hu ‘ħażin’). Bħala regola ġenerali m’għandhiex effett fuq it-trigliċeridi jew il- kolesterol HDL (dak li hu ‘tajjeb’). Madankollu, jekk kont tieħu l-estroġenu fil-passat u kellek livelli għoljin ħafna ta’ trigliċeridi, għandek tkellem lit- tabib tiegħek qabel tieħu Optruma.


Optruma fiha l-lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek xi intollerenza għall-lattosju, tip ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.


Mediċini oħra u Optruma

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu, xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


Jekk qiegħda tieħu xi mediċini għall-qalb li fihom id-diġitalis jew qiegħda tieħu xi antikoagulanti bħal warfarin biex traqaq id-demm, hemm il-possibilità li t-tabib tiegħek ikollu bżonn jagħmel xi tibdil żgħir fid-doża ta’ dawn il-mediċini.


Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħda tieħu cholestyramine, mediċina li tintuża l-iżjed biex tbaxxi l- livelli tax-xaħam fid-demm għax Optruma tista’ ma taħdimx sew.


Tqala u Treddigħ

Optruma hija biss għall-użu minn nisa wara l-menopawsa u m’għandhiex tittieħed minn nisa li għad

jista’ jkollhom tarbija. Optruma tista’ tagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek li għad trid titwieled. Tieħux Optruma jekk inti qed tredda’ għax tista’ toħroġ fil-ħalib tas-sider.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Optruma m’għandha ebda effett jew għandha effett negliġibbli fuq is-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.


  1. Kif gћandek tieћu Optruma


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża hija pillola waħda kuljum. Ma tagħmilx differenza f’liema ħin tal-ġurnata tieħu l-pillola tiegħek, iżda jekk tieħu l-pillola fl-istess ħin kuljum, dan jgħin biex tiftakar teħodha.Tista’ teħodha mal-ikel jew fuq stonku vojt.


    Il-pilloli huma għall-użu orali.

    Ibla’ l-pillola sħiħa. Jekk trid, tista’ tniżżilha b’tazza ilma. M’għandekx tkisser jew tfarrak il-pillola qabel ma teħodha. Pillola miksura jew mfarrka tista’ tintiegħem hażin u hemm il-possibbiltà li ma tirċivix doża korretta.


    It-tabib tiegħek sejjer jgħidlek għal kemm żmien għandek tieħu Optruma. It-tabib għandu mnejn jagħtik parir biex tieħu supplimenti tal-calcium u tal-vitamina D.


    Jekk tieħu Optruma aktar milli suppost

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Jekk tieħu aktar Optruma milli suppost, jista’ jkollok

    bugħawwiġijiet f’riġlejk u sturdament.


    Jekk tinsa tieħu Optruma

    Ħu l-pillola hekk kif tiftakar, imbagħad kompli bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti

    għad-doża li tkun insejt tieħu.>


    Jekk tieqaf tieħu Optruma

    Għandek tkellem l-ewwel lit-tabib tiegħek. Hu importanti ħafna li tibqa’ tieħu Optruma sakemm ikun ordnalek it-tabib. Optruma tista’ biss tikkuralek jew tipprevenilek l-osteoporożi jekk tkompli tieħu l- pilloli.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. Il-maġġoranza ta’ l-effetti sekondarji li dehru b’Optruma kienu ħfief.


    1. aktar effetti sekondarji komuni (jaffettwaw aktar minn pazjent 1 minn kull 10) huma:

      • Fwawar (vażodilatazzjoni)

      • Sindromu tal-influwenza

      • Sintomi gastro-intestinali bħal tqalligħ, rimettar, uġigħ addominali u stonku mqalleb

      • Żieda fil-pressjoni tad-demm


        Effetti sekondarji komuni (jaffettwaw minn 1 sa 10 pazjenti minn kull 100) huma:

      • Uġigħ ta’ ras inkluża l-emikranja

      • Bugħawwiġijiet fir-riġlejn

      • Nefħa ta’ l-idejn, tas-saqajn u tar-riġlejn (edima periferali)

      • Ġebel fil-marrara

      • Raxx

      • Sintomi ħfief fis-sider bħal uġigħ, żieda fid-daqs u fis-sensittività

        Effetti sekondarji mhux komuni ( jaffettwaw minn 1 sa 10 pazjenti minn kull 1000) huma:

      • Riskju ogħla ta’ koaguli tad-demm fir-riġlejn ( trombożi tal-vini fil-fond)

      • Riskju ogħla ta’ koaguli tad-demm fil-pulmuni ( emboliżmu pulmonari)

      • Riskju ogħla ta’ koaguli tad-demm fl-għajnejn (trombożi fil-vina tar-retina)

      • Il-ġilda madwar vina tkun ħamra u tuġa’ (tromboflebite tal-vini superfiċjali)

      • Formazzjoni ta’ embolu f’xi arterja ( per eżempju puplesija, inkluż żieda fir-riskju li tmut minn puplesija)

      • Tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits fid-demm


    F’każijiet rari ħafna, waqt kura b’Optruma jistgħu jiżdiedu l-livelli ta’ l-enzimi tal-fwied fid-demm.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Optruma


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużahx wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-pakkett wara ‘JIS’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall- aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali. Tiffriżahx.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fiha Optruma


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

България

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

тел. + 359 2 491 41 40

Česká republika

ELI LILLY ČR, s.r.o. Tel: + 420 234 664 111

Danmark

Eli Lilly Danmark A/S

Tlf: +45 45 26 60 00

Deutschland

Daiichi Sankyo Deutschland GmbH

Tel. +49-(0) 89 78080

Eesti

Eli Lilly Nederland B.V. Tel: +372 6 817 280

Ελλάδα

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε. Τηλ: +30 210 629 4600

España

Lilly S.A.

Tel: +34-91-663 50 00

France

Pierre Fabre Médicament Tél: + 33-(0) 1 49 10 80 00

Hrvatska

Eli Lilly Hrvatska d.o.o. Tel: +385 1 2350 999

Ireland

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Ísland

Icepharma hf.

Sími + 354 540 8000

Italia

A. Menarini

Industrie Farmaceutiche Riunite s.r.l. Tel: +39-055 56801

Κύπρος

Phadisco Ltd

Τηλ: +357 22 715000

Latvija

Eli Lilly (Suisse) S.A Pārstāvniecība Latvijā

Tel: +371 67364000

Lietuva

Eli Lilly Lietuva

Tel. +370 (5) 2649600

Luxembourg/Luxemburg Eli Lilly Benelux S.A./N.V. Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Magyarország

Lilly Hungária Kft. Tel: + 36 1 328 5100

Malta

Charles de Giorgio Ltd. Tel: + 356 25600 500

Nederland

Eli Lilly Nederland B.V. Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Norge

Eli Lilly Norge A.S. Tlf: + 47 22 88 18 00

Österreich

Eli Lilly Ges.m.b.H. Tel: + 43-(0) 1 711 780

Polska

Eli Lilly Polska Sp. z o.o. Tel: +48 22 440 33 00

Portugal

Laboratórios Vitória S.A. Tel: + 351- 21 4758300

România

Eli Lilly România S.R.L. Tel: + 40 21 4023000

Slovenija

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o. Tel: +386 (0)1 580 00 10

Slovenská republika

Eli Lilly Slovakia, s.r.o. Tel: + 421 220 663 111

Suomi/Finland

Oy Eli Lilly Finland Ab Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250


Sverige

Eli Lilly Sweden AB

Tel: + 46-(0) 8 7378800

United Kingdom (Northern Ireland) Eli Lilly and Company (Ireland) Limited Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’: xahar SSSS


/