Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Busulfan Fresenius Kabi
busulfan

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Busulfan Fresenius Kabi 6 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

busulfan


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.




Istruzzjonijiet għall-użu

Qabel u wara kull infużjoni, ifflaxxja il-linja tal-kateter li suppost jinżamm fil-pazjent għal żmien twil b’madwar 5 ml ta’ soluzzjoni ta’ klorid tas-sodju ta’ 9 mg/ml (0.9%) għall- injezzjoni jew soluzzjoni tal-glukows (5%) għall-injezzjoni.


Il-mediċina li tibqa’ fit-tubi tal-amministrazzjoni m’għandiex tiġi fflaxxjata fit-tubi ta’ amministrazzjoni peress li infużjoni rapida ta’ busulfan ma ġietx ittestjata u mhux irrakkomandat.


Id-doża kollha preskritta tal-busulfan għandha tingħata fuq firxa ta’ sagħtejn jew tliet sigħat skont il-kors kondizzjonarju.


Volumi żgħar għandhom mnejn jingħataw fuq firxa ta’ 2 sigħat permezz tal-użu ta’ sirinġi tal- elettriku. F'dan il-każ infużjoni issettjata bi spazju minimali pprajmjat għandha tintuża (i.e.0.3-

    1. ml), ippramjat b'soluzzjoni tal-prodott mediċinali qabel il-bidu tal-infużjoni attwali ta’ busulfan u mbagħad tkun ifflaxxjata b’soluzzjoni tal-klorid tas-sodju ta’ 9 mg/ml (0.9%) għall- injezzjoni jew soluzzjoni

tal-glukows (5%) għall-injezzjoni.


Busulfan m’għandux jiġi infużat konkomitament ma’ taħlit likwidi ieħor minn ġol- vini. Is- Minħabba l-inkompatibbiltà, tuża l-ebda komponent ta’ infużjoni li fih il-polycarbonate flimkien ma’ busulfan.


Użahom darba waħda biss. Soluzzjoni ċara biss għandha tintuża mingħajr fdal.


Kondizzjonijiet għal ħażna Kunjetti mhux miftuħa: Aħżen fi friġġ (2C – 8C).


Soluzzjoni dilwita:

Stabbilità kimika u fiżika wara d-dilwizzjoni f’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ glukosju 5% jew klorid tas-sodju 9 mg/ml (0.9%) ġiet murija għal 8 sigħat (inkluż il-ħin tal-infużjoni)

wara d-dilwizzjoni meta maħżuna f’temperaturi ta’ 25 °C 2 °C jew 12-il siegħa wara d- dilwizzjoni meta maħżuna f’temperaturi bejn 2 °C - 8 °C segwiti bi ħżin ta’ 3 sigħat

f’temperaturi ta’ bejn 25 °C 2 °C (inkluż il-ħin tal-infużjoni).

Mil-lat mikrobijoloġiku, għajr meta, il-prodott għandu jintuża minnufih wara d-dilwazzjoni.


Jekk ma jintużax minnufih, il-ħinijiet ta’ ħażna waqt l-użu u l-kondizzjonijiet qabel l-użu huma r-responsabilità tal-utent u ġeneralment m’għandhomx ikunu itwal mill-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq meta d-dilwazzjoni tkun saret f’kondizzjonijiet ikkontrollati u asettiċi vvalidati


M’għandekx tiffriża s-soluzzjoni dilwita


  1. PROĊEDURI GĦAR-RIMI KIF SUPPOST


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa' wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali dwar prodotti mediċinali ċitotossiċi.