Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Reconcile
fluoxetine


FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:


Reconcile 8 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Reconcile 16 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Reconcile 32 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Reconcile 64 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:


    FORTE Healthcare ltd Cougar Lane

    Naul

    Co. Dublin Ireland


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:


    Tairgi Tread -Lia Baile na Sceilge Teo T/A Ballinskelligs Veterinary Products,

    Ballinskelligs,

    Co. Kerry, V23 XR52,

    Ireland


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Reconcile 8 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Reconcile 16 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Reconcile 32 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Reconcile 64 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb


    fluoxetine


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull pillola fiha:


    Reconcile 8 mg: fluoxetine 8 mg (ekwivalenti għal 9.04 mg fluoxetine hydrochloride) Reconcile 16 mg: fluoxetine 16 mg (ekwivalenti għal 18.08 mg fluoxetine hydrochloride) Reconcile 32 mg: fluoxetine 32 mg (ekwivalenti għal 36.16 mg fluoxetine hydrochloride) Reconcile 64 mg: fluoxetine 64 mg (ekwivalenti għal 72.34 mg fluoxetine hydrochloride)


    Pilloli tondi, li jintmagħdu imtektkin b’lewn samrani għal kannella, intaljati fuq naħa waħda b’numru (kif elenkat hawn isfel):

    Reconcile pilloli ta’ 8 mg: 4203

    Reconcile pilloli ta’ 16 mg: 4205

    Reconcile pilloli ta’ 32 mg: 4207

    Reconcile pilloli ta’ 64 mg: 4209

  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għajnuna fit-trattament ta’ disturbi ta’ meta l-klieb jinfirdu. Riżultat ta’ hekk juru distrazzjoni, vokalizzazzjoni, ippurgar u għamil ta’ awrina fejn mhux xieraq. Dan il-prodott għandu jintuża biss flimkien ma’ programm ta’ modifikazzjoni ta’ mġiba rakkomandat mit-tabib veterinarju.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq klieb li jiżnu inqas minn 4 kg.


    Tużax fuq klieb b’epilessija jew fuq klieb li għandhom storja ta’ attakki tal-qamar.


    Tużax f’każijiet ta’ sensittività eċċessiva għal fluoxetine jew Impedituri Selettivi oħra tal-Assorbiment mill-ġdid ta’ Serotonin (Selective Serotonin Re-uptake Inhibitors - SSRI).


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ reazzjonijiet mhux mixtieqa, id-doża rakkomandata m’għandiex tiġi maqbuża.


    • Tnaqqis fl-aptit (li jinkludi anoreksja); letarġija (komuni ħafna)

    • Disturbi tal-passaġġ tal-awrina (ċistite, inkontinenza awrinarja, żamma tal-awrina, strangurija); sinjali fis-sistema nervuża ċentrali (nuqqas ta’ koordinazzjoni, disorjentazzjoni) (komuni).

    • Telf fil-piż/telf fil-kundizzjoni; midrijasi (mhux komuni)

    • Lehġa, attakki tal-qamar, rimettar (rari)


      Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).

    Jekk tinnota xi effetti sekondarji, anki dawk li mhumiex diġà elenkati f’dan il-fuljett ta’ tagħrif jew jekk taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Reconcile għandu jiġi mogħti mill-ħalq f’doża 1 sa 2 mg/kg piż tal-ġisem darba kuljum ta’ skont it-

    tabella tad-dożaġġi mogħtija hawn isfel:


    Piż tal-ġisem (kg)

    Qawwa tal-pillola (mg)

    Numru ta’ pilloli kuljum

    4-8

    Reconcile pillola ta’ 8 mg

    1

    >8-16

    Reconcile pillola ta’ 16 mg

    1

    >16-32

    Reconcile pillola ta’ 32 mg

    1


    >32-64

    Reconcile pillola ta’ 64 mg

    1


    Titjib kliniku bil-prodott hu mistenni fi żmien ġimgħa jew ġimagħtejn. Jekk l-ebda titjib ma jiġi nnutat fi żmien 4 ġimgħat, ikkonsulta t-tabib veterinarju tiegħek li jkollu bżonn jivvaluta mill-ġdid it- trattament tal-kelb tiegħek.


    Studji kliniċi wrew rispons benefiċċjali meta ngħata trattament bi fluoxetine sa 8 ġimgħat. Jekk ma tteħditx doża, id-doża li jkun imiss għandha tingħata kif preskritta.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Il-pilloli għandhom jingħataw mill-ħalq mal-ikel u jitħawwru b’tali mod li l-biċċa l-kbira tal-klieb jikkunsmaw il-pillola meta din tingħatalhom minn sidhom.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Taħżinx f'temperaturi ogħla minn 30 oC. Aħżen fil-kontenitur oriġinali. Żomm il-flixkun magħluq tajjeb sabiex ikun protett mill-umdità. Tneħħix id-dessikant.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-flixkun. Żmien kemm il-prodott jibqa’ tajjeb wara l-ewwel ftuħ tal-kontenitur: 30 jum.

    Armi kwalunkwe pillola li jifdal 30 jum wara l-ftuħ.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu:


    Is-sigurtà ta’ Reconcile għadha ma ġietx stabbilita fi klieb li huma taħt is-6 xhur jew jiżnu inqas minn

    4 kg.


    Għalkemm rari, l-attakki tal-qamar jistgħu iseħħu fi klieb ittrattati bil-prodott. It-trattament għandu jitwaqqaf jekk ikun hemm puplesija.

    Il-pilloli m’għandhomx jintużaw fuq klieb b’epilessija jew fuq klieb li għandhom passat ta’ puplessija.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:


    F’każ ta’ amministrazzjoni lilek innifsek b’mod aċċidentali, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta' tagħrif jew it-tikketta lit-tabib. Fil-bniedem, l-aktar sintomi komuni assoċjati ma doża eċċessiva jinkludu attakki tal-qamar, ngħas, dardir, takikardja, u remettar.

    Tqala u treddigħ:


    Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju ma ġietx stabbilita waqt it-tqala u t-treddigħ, għalhekk

    l-użu mhux rakkomandat waqt it-tqala u t-treddigħ.


    Studji fil-laboratorju fil-firien u fniek ma pprovdewx evidenza ta’ ħsara fit-tqala, ħsara fil-fetu jew ħsara lill-omm. L-ebda effett fuq il-kapaċità riproduttiva fil-firien irġiel jew in-nisa ma ġie nnutat.


    Tagħtix lill-annimali fi żmien it-tgħammir.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:


    Jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek jekk il-kelb tiegħek qed jieħu, jew ħa mediċini oħra, anke dawk mhux mogħtija b’riċetta, peress li l-prodott m’għandux jingħata fl-istess ħin ta’ ħafna mediċini oħra.


    Il-prodott m’għandux jingħata fl-istess ħin ma’ prodotti mediċinali veterinarji li jistgħu jnaqqsu l- limitu tal-attakki tal-qamar (eż. phenothiazines bħal acepromazine jew chlorpromazine).


    M’għandekx tuża Reconcile flimkien ma’ mediċini serotonerġiċi oħra (eż. sertraline) u impedituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) [eż. selegiline hydrochloride (L-deprenyl), amitraz] jew amines triċikliċi (TCAs) (eż. amitriptyline u clomipramine).


    Għandu jiġi osservat intervall ta’ 6 ġimgħat wara l-waqfien tat-terapija bil-prodott qabel l-għoti ta’ kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju li jista’ b’xi mod ikollu effetti mhux mixtieqa ma’ fluoxetine jew il-metabolit tiegħu, norfluoxetine.


    Fluoxetine huwa prinċipalment metabolizzat bil-fwied. Għalhekk, fluoxetine għandu jintuża b’kawtela ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):


    F’każ ta’ doża eċċessiva aċċidentali, it-tabib veterinarju għandu jiġi kkonsultat immedjatament u terapija sintomatika għandha tiġi mibdija. Ir-reazzjonijiet avversi kif deskritti hawn fuq, inklużi l- attakki tal-qamar, huma aktar komuni wara doża eċċessiva. Barra minn hekk, ġiet osservata mġiba aggressiva.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Kull prodott li ma ġiex użat jew materjal ħażin ieħor, għandu jintrema skont kif jitolbu r-regolamenti lokali.

    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR

Daqsijiet tal-pakketti:

Flixkun wieħed għal kull pakkett.

Il-pilloli huma ppakkjati fi fliexken tal-HDPE, u kull flixkun fih 30 pillola b’romblu żgħir tat-tajjar u pakkett desikkant.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.


België/Belgique/Belgien

Kela Veterinaria nv

Tel +32 (0)3 780 63 90

Info.vet@kela.health


Danmark

Salfarm Danmark A/S Fabriksvej 30

DK-6000 Kolding Tlf: +45 7552 9413

info@salfarm.com

Nederland

Forte Healthcare Ltd

Unit 9, Block 3, CityNorth Business Campus Stamullen, Co. Meath, K32 D990, Ireland Tel: + 35318417666

enquiries@fortehealthcare.com

Norge

Salfarm Scandinavia AS Fridtjof Nansens Plass 4 NO-0160 Oslo

Tel: +47 902 97 102

norge@salfarm.com


Deutschland

Forte Healthcare Ltd

Unit 9, Block 3, CityNorth Business Campus Stamullen, Co. Meath, K32 D990, Ireland Tel: + 35318417666

enquiries@fortehealthcare.com

Österreich

Florian Schaible GmbH – Animal Power Vet Rosenbach 121

A-9183 Rosenbach

Tel: +43 4253/31095

office@powervet.at


España

VETNOVA SALUD S.L.

c/ Fuente del toro, 40. Nave 3. 28710 El Molar.

España

Tel: + 34 918 440 273

vetnova@vetnova.net

Portugal

VETNOVA SALUD S.L.

c/ Fuente del toro, 40. Nave 3. 28710 El Molar.

Espanha

Tel: +351 938 116 105

vetnova@vetnova.net


France

Axience SAS

Tour Essor – 14, rue Scandicci FR-93500 Pantin

Tél: +33 (0)1 41 83 23 10

contact@axience.fr

Suomi/Finland Vetcare Finland Oy Hiomotie 3 A 5

FI-00380 Helsinki/Helsingfors Puh/Tel: +358 201 443 360

vetcare@vetcare.fi


Ireland

Forte Healthcare Ltd

Unit 9, Block 3, CityNorth Business Campus Stamullen, Co. Meath, K32 D990

Tel: + 35318417666

enquiries@fortehealthcare.com

Sverige

Salfarm Scandinavia AB Florettgatan 29C, 2. Vån. SE-254 67 Helsingborg

Tel: +46 (0) 767 834 810

scan@salfarm.com

Italia

VETNOVA SALUD S.L.

c/ Fuente del toro, 40. Nave 3. 28710 El Molar.

Spagna

Tel: + 39 3664 303226

vetnova@vetnova.net

United Kingdom (Northern Ireland)

Forte Healthcare Ltd

Unit 9, Block 3, CityNorth Business Campus Stamullen, Co. Meath, K32 D990, Ireland Tel: +441292800013

Enquiries@fortehealthcare.com


Luxembourg/Luxemburg

Kela Veterinaria nv

Tel +32 (0)3 780 63 90

Info.vet@kela.health