Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Viraferon
interferon alfa-2b

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNHA


Viraferon 1 miljun IU/ml trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Interferon alfa-2b


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina.


Biex tirrikostitwixxi Viraferon trab għall-injezzjoni

Neħħi l-kappa protettiva mill-kunjett ta’ Viraferon. Naddaf il-parti ta’ fuq tal-gomma tal-kunjett b’tajjara għat-tindif. Tista’ terfa’ t-tajjara biex tnaddaf il-ġilda fejn se tinjetta d-doża. Neħħi s-siringa mill-karta. Tmissx it-tarf tas-siringa. Aqbad il-labra t-twila u waħħalha tajjeb mat-tarf tas-siringa. Neħħi l-protezzjoni tal-labra mingħajr ma tmiss il-labra u żomm is-siringa bil-labra magħha f’idek. Tektek bil-mod il-parti ta’ fuq ta’ l-ampulla tas-solvent biex tagħmel fiċ-ċert li l-likwidu kollu jinsab fil-qiegħ ta’ l-ampulla. Aqsam il-parti ta’ fuq ta’ l-ampulla tas-solvent. Daħħal il-labra fl-ampulla tas- solvent u iġbed l-ammont sħiħ ta’ solvent.


Biex tipprepara s-soluzzjoni ta’ Viraferon deffes il-labra mill-parti ta’ fuq tal-gomma tal-kunjett ta’ Viraferon u miss il-ponta tal-labra bil-galbu mal-ħajt tal-ħġieġ tal-kunjett mingħajr ma tmiss il-parti l- imnaddfa ta’ fuq tal-kunjett b’idejk.

Injetta d-dilwent bil-mod, u mmira n-nixxiegħa tal-likwidu lejn il-ħajt tal-ħġieġ tal-kunjett sabiex tevita milli jiffurmaw bżieżaq ta’ l-arja. Timmirax in-nixxiegħa lejn it-trab l-abjad fil-qiegħ tal-kunjett. Biex iddewweb il-kontenut l-abjad, dawwar bil-galbu l-kunjett ta’ Viraferon b’moviment forma ta’ ċirku filwaqt li tħalli l-labra tas-siringa fil-kunjett, sakemm il-kontenut ikun dab għal kollox. Tħawwadx bis-saħħa. Jekk xorta waħda jiffurmaw il-bżieżaq ta’ l-arja, stenna sakemm is-soluzzjoni tkun qagħdet u l-bżieżaq kollha jkunu telgħu fil-wiċċ tas-soluzzjoni u jkunu sparixxew qabel ma tiġbed id-doża tiegħek mill-kunjett. Is-soluzzjoni għandha tintuża mill-ewwel wara r-rikostituzzjoni. Jekk ma tintużax mill-ewwel, għandha tinħażen f’temperatura ta’ 2ºC – 8ºC fi friġġ u tintuża fi żmien24 siegħa.


Biex tkejjel il-doża ta’ Viraferon mit-trab rikostitwit għall-injezzjoni

Dawwar il-kunjett u s-siringa rashom ’l isfel f’id waħda. Kun ċert li l-ponta tal-labra tinsab fis- soluzzjoni rikostitwita ta’ Viraferon. Idek l-oħra trid tkun ħielsa biex tmexxi l-planġer. Iġbed il- planġer lura bil-mod biex ittella’ d-doża l-korretta li qallek it-tabib għal ġos-siringa.

Żomm is-siringa bil-labra fil-kunjett jippontaw ’il fuq, u neħħi s-siringa minn mal-labra t-twila filwaqt

li tħalli l-labra fil-kunjett, u mingħajr ma tmiss it-tarf tas-siringa. Aqbad il-labra l-qasira u waħħalha tajjeb mat-tarf tas-siringa. Neħħi l-protezzjoni tal-labra minn mal-labra tas-siringa u ċċekkja għal xi bżieżaq ta’ l-arja fis-siringa. Jekk tara xi bżieżaq, iġbed il-planġer ftit lura; tektek is-siringa bil-galbu, bil-labra tipponta ’l fuq, sakemm il-bżieżaq jisparixxu. Imbotta l-planġer bil-mod ’il fuq lura lejn id- doża l-korretta. Erġa’ waħħal il-protezzjoni tal-labra u poġġi s-siringa bil-labra fuq wiċċ ċatt.


Kun ċert li s-soluzzjoni għandha t-temperatura tal-kamra ta’ mhux aktar minn 25°C. Jekk is-soluzzjoni hija kiesħa, saħħan is-siringa bejn il-pali ta’ jdejk. Ifli s-soluzzjoni rikostitwata qabel tagħtiha: għandha tkun ċara u mingħajr kulur. Tużahiex jekk tinnota bidla fil-kulur jew xi materjal ta’ partiċelli żgħar. Issa tinsab lest biex tinjetta d-doża.


Biex tinjetta s-soluzzjoni

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Agħżel il-post fejn se tinjetta. L-aħjar postijiet għall-injezzjoni huma t-tessuti b’saff ta’ xaħam bejn il- ġilda u l-muskolu: il-koxxa, in-naħa ta’ barra fil-parti ta’ fuq tad-driegħ (jista’ jkollok bżonn l- għajnuna ta’ persuna oħra biex tuża dan il-post), iż-żaqq (’l isfel mill-qadd). Jekk int irqiq/a ħafna, uża biss il-koxxa jew in-naħa ta’ barra tad-driegħ għall-injezzjoni.

Ibdel il-post ta’ l-injezzjoni kull darba.


Naddaf u ddiżinfetta l-ġilda fejn se tagħti l-injezzjoni. Stenniha tinxef. Neħħi l-protezzjoni tal-labra. B’id waħda oqros biċċa ġilda ’l barra. Bl-id l-oħra żomm is-siringa qisek qed iżżomm lapes. Daħħal il- labra f’angolu ta’ bejn 45° u 90° fil-ġilda maqrusa ’l barra. Injetta s-soluzzjoni billi timbotta l-planġer bil-mod s’isfel.

Iġbed il-labra dritt ’l barra mill-ġilda. Agħfas il-post ta’ l-injezzjoni b’faxxa żgħira jew b’garża sterili jekk hemm bżonn għal diversi sekondi. Timmassaġġjax il-post ta’ l-injezzjoni. Jekk ikun ħiereġ id- demm, għatti b’faxxa li teħel.

Il-kunjett, l-ampulla u l-materjali għall-injezzjoni maħsubin għal użu ta’ darba għandhom jintremew. Armi s-siringa u l-labar ġo kontenitur magħluq mingħajr ma toħloq periklu.