Ristaben
sitagliptin
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Ristaben u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ristaben
Kif għandek tieħu Ristaben
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Ristaben
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Ristaben fih is-sustanza attiva sitagliptin li hija membru tal-klassi ta’ mediċini msejħa inibituri DPP-4 (inibituri dipeptidyl peptidase-4) li tbaxxi l-livell taz-zokkor fid-demm f’pazjenti adulti li għandhom id-dijabete mellitus tat-tip 2.
Din il-mediċina tgħin biex iżżid il-livell ta’ insulina li jipproduċi l-ġisem tiegħek wara ikla u tnaqqas l-ammont ta’ zokkor magħmul mill-ġisem.
It-tabib tiegħek ordnalek din il-mediċina biex jgħinek tnaqqas il-livell taz-zokkor fid-demm, li hu għoli wisq minħabba id-dijabete ta’ tip 2 li għandek. Din il-mediċina tista’ tintuża waħidha jew f’kombinazzjoni ma’ ċerti mediċini oħrajn (insulina, metformin, sulphonylureas, jew glitazones) li jnaqqsu l-livell taz-zokkor fid-demm, li tista’ tkun diġà qed tieħu minħabba d-dijabete flimkien ma’ pjan ta’ ikel u ta’ eżerċizzju fiżiku.
X’inhi d-dijabete tat-tip 2?
Meta għandek id-dijabete tat-tip 2 ġismek ma jipproduċix biżżejjed insulina, u l-insulina li jipproduċi ġismek ma taħdimx kif suppost. Ġismek jista’ wkoll jipproduċi wisq zokkor. Meta jiġri dan, iz-
żokkor (glucose) jibda jinġema’ fid-demm. Dan jista’ jwassal għal problemi mediċi serji bħal mard
tal-qalb, mard tal-kliewi, għama u amputazzjoni.
jekk inti allerġiku għal sitagliptin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).
Każijiet ta’ infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite) ġew irrapportati f’pazjenti li kienu qegħdin jirċievu Ristaben (ara sezzjoni 4).
Jekk ikollok infafet fil-ġilda dan jista’ jkun sinjal ta’ kondizzjoni msejħa pemfigojd bulluż. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek twaqqaf Ristaben.
Lit-tabib tiegħek għidlu jekk għandek jew kellek:
marda tal-frixa (bħal pankreatite)
ħaġar fil-fwied, dipendenza fuq l-alkoħol jew livelli għoljin ħafna ta’ trigliċeridi (forma ta’ xaħam) fid-demm tiegħek. Dawn il-kondizzjonijiet mediċi jistgħu jżidu ċ-ċans tiegħek li
jkollok pankreatite (ara sezzjoni 4).
id-dijabete ta’ tip 1
ketoaċidosi dijabetika (komplikazzjoni tad-dijabete b'livell għoli ta’ zokkor fid-demm, tnaqqis f’daqqa fil-piż, nawżja jew remettar )
kwalunkwe problemi fil-kliewi fil-passat jew fil-preżent
reazzjoni allerġika għal Ristaben (ara sezzjoni 4)
X’aktarx li din il-mediċina ma tikkawżax livell baxx ta’ zokkor fid-demm billi ma taħdimx meta l- livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx. Madanakollu, meta din il-mediċina tintuża flimkien ma’ mediċina sulphonylurea jew mal-insulina, jista’ jkun hemm livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija). It-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża tal-mediċina ta’ sulphonylurea jew tal-insulina tiegħek.
Tfal u adoloxxenti li għandhom anqas minn 18-il sena m’għandhomx jużaw din il-mediċina. Mhijiex effettiva fi tfal u adolexxenti bejn l-etajiet ta’ 10 snin u 17-il sena. Mhuwiex magħruf jekk din il-
mediċina hijiex sikura u effettiva meta tintuża fi tfal li għandhom anqas minn 10 snin.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.
B’mod partikolari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu digoxin (mediċina li tintuża biex tikkura taħbit irregolari tal-qalb u problemi oħra tal-qalb). Il-livell ta’ digoxin fid-demm tiegħek jista’ jkollu bżonn jiġi ċċekkjat jekk tkun qed tieħdu ma’ Ristaben.
Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.
Inti m’għandekx tieħu din il-mediċina waqt it-tqala.
Mhux magħruf jekk din il-mediċina tgħaddix mal-ħalib tas-sider. M’għandekx tieħu din il-mediċina jekk qed tredda’ jew beħsiebek tredda’.
Din il-mediċina m’għandha l-ebda effett jew ftit li xejn għandha effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, ġew irrappuratati sturdament u ngħas, li jistgħu jaffettwaw il-ħila
tiegħek li ssuq u tħaddem magni.
It-teħid ta’ din il-mediċina flimkien ma’ mediċini msejħin sulphonylureas jew mal-insulina jista’ jikkaġuna ipogliċemija, li tista’ taffettwa l-ħila tiegħek li ssuq u li tuża magni jew li taħdem f’post mingħajr bażi sikura fejn titpoġġa s-sieq.
Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Id-doża rrakkomandata s-soltu hija:
pillola waħda miksija b’rita tal-100 mg
darba kuljum
mill-ħalq
Jekk għandek problemi fil-kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jordnalek dożi aktar baxxi (bħal 25 mg jew 50 mg).
Inti tista’ tieħu din il-mediċina mal-ikel u x-xorb jew mingħajrhom.
It-tabib tiegħek jista’ jordnalek din il-mediċina waħidha jew flimkien ma’ ċerti mediċini oħra li jbaxxu l-livell taz-zokkor fid-demm.
Id-dieta u l-eżerċizzju fiżiku jistgħu jgħinu biex ġismek juża z-zokkor fid-demm aħjar. Waqt li qed tieħu Ristaben importanti li tibqa’ fuq il-programm ta’ dieta u eżerċizzju fiżiku li jirrikmandalek it- tabib.
Jekk tieħu doża akbar ta’ din il-mediċina minn dik li ordnalek it-tabib, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.
Jekk taqbeż doża, ħudha malli tiftakar. Jekk ma tiftakarx sakemm isir il-ħin għad-doża li jmiss, aqbeż id-doża li nsejt tieħu u erġa’ ibda b’mod normali. M’għandekx tieħu doża doppja ta’ din il- mediċina.
Kompli ħu din il-mediċina sakemm idum jordnahielek it-tabib tiegħek biex inti tkompli tgħin il- kontroll taz-zokkor fid-demm tiegħek. Inti m’għandekx tieqaf tieħu din il-mediċina qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
WAQQAF Ristaben u kkuntattja tabib immedjatament jekk tinnota xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji li ġejjin:
Uġigħ qawwi u persistenti fl-addome (fiż-żona tal-istonku) li jista’ jibqa’ sejjer sa dahrek bin- nawsja u r-rimettar jew mingħajrhom, minħabba li dawn jistgħu jkunu sinjal ta’ frixa infjammata (pankreatite).
Jekk inti għandek reazzjoni allerġika serja (frekwenza mhux magħrufa), inkluż raxx, ħorriqija, infafet fil-ġilda/ġilda titqaxxar u nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien, u fil-griżmejn li jistgħu jikkawżaw tbatija biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, waqqaf din il-mediċina u ċempel lit-tabib tiegħek minnufih. It-tabib tiegħek jista’ jordnalek mediċina biex tikkura r-reazzjoni allerġika tiegħek u mediċina differenti għad-dijabete tiegħek.
Xi pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji wara li żiedu sitagliptin ma’ metformin:
Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 persuni): livell baxx ta’ zokkor fid- demm, dardir, gass, rimettar.
Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100): uġigħ fl-istonku, dijarea, stitikezza, ħedla.
Xi pazjenti esperjenzaw tipi differenti ta’ skumdità fl-istonku meta bdew jieħdu l-kombinazzjoni ta’ sitagliptin u metformin flimkien (il-frekwenza hija komuni).
Xi pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji meta kienu qed jieħdu sitagliptin flimkien ma’ sulphonylurea u metformin:
Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10 persuni): livell baxx ta’ zokkor fid-demm
Komuni: stitikezza
Xi pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji meta kienu qed jieħdu sitagliptin u pioglitazone: Komuni: gass, nefħa fl-idejn jew fir-riġlejn
Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qegħdin jieħdu sitagliptin flimkien ma’ pioglitazone u metformin:
Komuni: nefħa fl-idejn jew fir-riġlejn
Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qegħdin jieħdu sitagliptin flimkien mal-insulina (bi jew mingħajr metformin):
Komuni: influwenza
Mhux komuni: ħalq xott
Xi pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji li ġejjin meta kienu qed jieħdu sitagliptin waħdu fi studji kliniċi, jew waqt li kien qed jintuża waħdu u/jew flimkien ma’ mediċini oħra tad-dijabete wara li ġie approvat:
Komuni: livell baxx ta’ zokkor fid-demm, uġigħ ta’ ras, infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-apparat tan- nifs, imnieħer imblukkat jew inixxi u ġriżmejn misluħin, osteoartrite, uġigħ fid-dirgħajn jew fir-
riġlejn
Mhux komuni: sturdament, stitikezza, ħakk Rari: numru mnaqqas ta’ plejtlets
Frekwenza mhux magħrufa: problemi fil-kliewi (xi drabi jeħtieġu d-dijalisi), rimettar, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dahar, mard tal-interstizju tal-pulmun, pemfigojd bulluż (tip ta’ nuffata
fil-ġilda)
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar, jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Din il-mediċina ma għandhiex bżonn ta’ kundizzjonijiet speċjali għall-ħażna.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hija sitagliptin:
Kull pillola miksija b’rita (pillola) ta’ Ristaben 25 mg fiha sitagliptin phosphate monohydrate, ekwivalenti għal 25 mg ta’ sitagliptin.
Kull pillola miksija b’rita (pillola) ta’ Ristaben 50 mg fiha sitagliptin phosphate monohydrate, ekwivalenti għal 50 mg ta’ sitagliptin.
Kull pillola miksija b’rita (pillola) ta’ Ristaben 100 mg fiha sitagliptin phosphate monohydrate, ekwivalenti għal 100 mg ta’ sitagliptin.
Is-sustanzi l-oħra huma:
Il-qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose (E460), calcium hydrogen phosphate, anhydrous (E341), croscarmellose sodium (E468), magnesium stearate (E470b), u sodium stearyl fumarate.
Il-kisja b’rita: poly(vinyl alcohol), macrogol 3350, talc (E553b), titanium dioxide (E171), red iron oxide (E172), u yellow iron oxide (E172).
Ristaben 25 mg pilloli miksija b’rita huma pilloli tondi, roża miksija b’rita b’“221” fuq naħa waħda.
Ristaben 50 mg pilloli miksija b’rita huma pilloli tondi, beige ċar miksija b’rita b’“112” fuq naħa waħda.
Ristaben 100 mg pilloli miksija b’rita huma pilloli tondi, beige miksija b’rita b’“277” fuq naħa waħda.
Folji opaki (PVC/PE/PVDC u aluminju). Pakketti ta’ 14, 28, 30, 56, 84, 90 jew 98 pillola miksija b’rita u 50 x 1 pillola miksija b’rita f’folji perforati ta’ dożi uniċi.
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.
Merck Sharp & Dohme B.V. Waarderweg 39
2031 BN Haarlem L-Olanda
Merck Sharp & Dohme B.V. Waarderweg 39
2031 BN Haarlem
L-Olanda
BIOTON S.A. | ||
Macierzysz, ul. Poznańska 12 | ||
05-850 Ożarów Mazowiecki | ||
Il-Polonja |
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.
MSD Belgium
Tél/Tel: +32 (0)27766211
UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47
Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737
MSD Belgium
Tél: +32 (0)27766211
Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111
MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +36 1 888 5300
MSD Danmark ApS Tlf: +45 4482 4000
Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558)
MSD Sharp & Dohme GmbH
Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 2612)
Merck Sharp & Dohme B.V.
Tel.: 0800 9999000 (+31 23 5153153)
Merck Sharp & Dohme OÜ Tel: +372 6144 200
MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00
MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.
Τηλ: + 30 210 98 97 300
Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.
Tel: +43 (0) 1 26 044
Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00
MSD France
Tél: + 33 (0) 1 80 46 40 40
MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00
Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700
Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 66 11 333
Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: +4021 529 29 00
Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited
Tel: +353 (0)1 2998700
Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.
Tel: + 386 1 5204 201
Vistor hf.
Sími: +354 535 7000
Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010
MSD Italia S.r.l.
Tel: +39 06 361911
medicalinformation.it@merck.com
MSD Finland Oy
Puh/Tel: +358 (0) 9 804 650
Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 80000 673 (+357 22866700)
Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488
SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364224
Tel: +353 (0)1 2998700