Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Cerenia
maropitant


FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Cerenia pilloli għal klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Zoetis Belgium SA

    Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve IL-BELĠJU


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: FAREVA AMBOISE

    Zone Industrielle,

    29 route des Industries 37530 Pocé-sur-Cisse FRANZA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Cerenia 16 mg pilloli għal klieb Cerenia 24 mg pilloli għal klieb Cerenia 60 mg pilloli għal klieb Cerenia 160 mg pilloli għal klieb


    maropitant


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull pillola fiha 16 mg, 24 mg, 60 mg jew 160 mg maropitant bħala ċitrat monoidrat ta’ maropitant.

    Il-pilloli fihom ukoll Sunset Yellow (E110) bħala kolorant.

    Il-pilloli huma oranġjo ċar u fihom linja għall-qsim biex il-pillola tkun tista’ tinqasam fi tnejn u l-ittri “MPT” u numri li juru l-kwantità ta’ maropitant fuq naħa waħda, in-naħa l-oħra ma fiha xejn.


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    • Għall-prevenzjoni ta’ nawżja kkawżata mill-kimoterapija.

    • Għall-prevenzjoni ta’ remettar ikkawżat minn dardir tal-ivvjaġġar.

    • Għall-prevenzjoni u t-trattament ta’ remettar, flimkien ma’ Cerenia soluzzjoni għall-injezzjoni u

      flimkien ma’ miżuri oħra ta’ għajnuna.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Il-kelb tiegħek jista’ jirremetti jekk Cerenia tiġi amministrata fuq stonku kompletament vojt. Dan l- effett jista’ jiġi evitat jekk tgħati xi ħaġa żgħira tal-ikel lill-kelb tieghek qabel tamministra l-pillola. Nuqqas ta’ ikel fit-tul qabel tingħata l-mediċina għandu jkun evitat.

    Cerenia mhix sedattiv u xi klieb milquta minn dardir tal-ivvjaġġar jistgħu juru sinjali ta’ nawżja bħal tbeżliq u telqa qawwija waqt il-vjaġġ. Dawn is-sinjali jgħaddu u għandhom jitilqu kif jintemm il- vjaġġ.


    Ġiet irrappurtata letarġija f’każijiet rari ħafna, abbażi ta’ esperjenza tas-sigurtà wara t-tqegħid fis-suq.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Għal użu orali


    Għall-prevenzjoni ta’ nawżja ikkawżata mill-kimoterapija u għat-trattament u l-prevenzjoni ta’ remettar (ħlief dardir tal-ivvjaġġar), għal klieb ta’ 8 ġimgħat jew aktar biss


    Għat-trattament u l-prevenzjoni ta’ remettar, il-pilloli Cerenia għandhom jiġu amministrati darba kuljum f’doża ta’ 2 mg maropitant għal kull kg piż tal-ġisem, b’numru ta’ pilloli kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-pilloli jistgħu jinqasmu permezz ta’ linja għall-qsim li hemm fuq il-pillola.


    Għall-prevenzjoni ta’ remettar, il-pilloli għandhom jingħataw aktar minn siegħa qabel. L-effett idum bejn wieħed u ieħor 24 siegħa u għalhekk il-pilloli jistgħu jingħataw il-lejl ta’ qabel ma tingħata xi sustanza li tista’ tikkawża remettar (e.g. kimoterapija).


    Cerenia tista’ tintuża għall-kura jew prevenzjoni ta’ remettar sew bħala pilloli jew bħala soluzzjoni għal injezzjoni darba kuljum. Soluzzjoni għall-injezzjoni Cerenia tista’ tingħata għal sa ħamest ijiem u pilloli Cerenia għal sa erbatax-il ġurnata.


    Prevenzjoni ta’ nawżja kkawżata mill-kimoterapija Kura u prevenzjoni ta’ remettar (ħlief dardir tal-ivvjaġġar)


    Piż tal-Kelb (kg)

    Numru ta’ pilloli

    16 mg

    24 mg

    60 mg

    3.0–4.0 *

    ½

    4.1–8.0

    1

    8.1–12.0

    1

    12.1–24.0

    2

    24.1–30.0

    1

    30.1–60.0

    2

    image

    * Doża korretta għal klieb ta’ anqas minn 3 kg ma tintlaħaqx b’mod preċiż.

    Għall-prevenzjoni ta’ remettar li jkun ġej minn dardir tal-ivvjaġġar, għal klieb ta’ 16-il ġimgħa jew aktar biss

    Għall-prevenzjoni ta’ remettar li jkun ġej minn dardir tal-ivvjaġġar, il-pilloli Cerenia għandhom jiġu amministrati darba kuljum f’doża ta’ 8 mg maropitant għal kull kg piż tal-ġisem, b’numru ta’ pilloli kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-pilloli jistgħu jinqasmu permezz ta’ linja għall-qsim li hemm fuq il- pillola.


    Il-pilloli għandhom jingħataw mill-anqas siegħa qabel ma jibda’ l-vjaġġ. L-effett anti-emetiku jdum għal tal-anqas 12-il siegħa, u b’hekk għall-konvenjenza, il-kura tista’ tiġi amministrata l-lejl ta’ qabel vjaġġ kmieni filgħodu. Il-kura tista’ tiġi ripetuta għal mhux aktar minn jumejn fuq xulxin.

    F’xi klieb individwali u meta d-doża tkun ripetuta, dożi aktar baxxi minn dawk rakkomandati jistgħu jkunu biżżejjed.



    Prevenzjoni ta’ dardir tal-ivvjaġġar


    Piż tal-Kelb (kg)


    Numru ta’ pilloli

    16 mg

    24 mg

    60 mg

    160 mg

    1.0-1.5

    ½

    1.6–2.0

    1

    2.1–3.0

    1

    3.1–4.0

    2

    4.1–6.0

    2

    6.1–7.5

    1

    7.6–10.0

    ½

    10.1–15.0

    2

    15.1–20.0

    1

    20.1–30.0

    30.1–40.0

    2

    40.1–60.0

    3


    image

  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Biex tneħħi pillola minn ġol-folja, is-sekwenza li ġejja għandha tiġi segwita:

    • L-ewwel itwi jew aqta’ mal-perforazzjoni li hemm bejn il-pilloli kif juri s-simbolu tal-imqass

    • Sib it-tarf li jinġibed lura (jew aqta’) kif juri s-simbolu tal-vleġġa

    • Waqt li żżomm naħa sew, iġbed in-naħa l-oħra lejn iċ-ċentru tal-folja sakemm il-pillola tidher

    • Neħħi l-pillola mill-folja u amministra skont l-istruzzjonijiet


      Nota: M’għandekx tipprova tneħħi l-pillola billi timbuttaha minn ġol-folja għax b’hekk issir ħsara kemm lill-pillola kif ukoll lill-folja.


      Għal dardir tal-ivvjaġġar huwa rikmandat li tingħata xi ħaġa ħafifa tal-ikel qabel tingħata d-doża; nuqqas ta’ ikel fit-tul qabel tingħata l-mediċina għandu jkun evitat. Pilloli Cerenia m’għandhomx jingħataw imgerba jew miksija bl-ikel billi dan iwassal biex il-pillola ddum aktar biex tinħall u b’hekk idum ma jkollha effett.


      Il-klieb għandhom ikunu osservati sew wara l-amministrazzjoni biex ikun żgurat li kull pillola tkun imbelgħat.

  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kondizzjonijiet ta’ ħażna speċjali.


    Nofs pilloli għandhom jinżammu l-aktar sa jumejn wara li jkunu tneħħew mill-folja. Nofs pilloli għandhom jitpoġġew lura fil-folja miftuħa u miżmuma fil-kaxxa ta’ barra tal-kartun.


    Tużax dan il-prodott mediċinaliveterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-folja wara JISKADI.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott:

    Remettar jista’ jkun ġej minn kundizzjonijiet serji u li jiddebbolixxu ħafna u l-kawża għandha tiġi investigata. Prodotti bħal Cerenia għandhom jintużaw flimkien ma’ miżuri oħra ta’ għajnuna bħal kontroll tad-dieta u ‘fluid replacement therapy’ kif rakkomandat mit-tabib veterinarju tiegħek.

    Is-sigurtà ta’ maropitant waqt trattament itwal minn ħamest ijiem ma ġietx esplorata fil-popolazzjoni mmirata (i.e. klieb ta’ età żgħira jsofru minn enterite virali). F’każ li tkun ikkunsidrata neċċessarja kura itwal minn ħamest ijiem għandu jiġi implementat monitoraġġ attent għal effetti mhux mixtieqa li jistgħu iseħħu.


    Maropitant jiġi mmetabolizzat fil-fwied u għalhekk għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’mard fil-fwied. Billi maropitant jakkumula fil-ġisem waqt perjodu ta’ trattament ta’ 14-il ġurnata minħabba f’saturazzjoni metabolika, waqt trattament fit-tul għandu jiġi implimentat monitoraġġ attent tal-funzjoni tal-fwied flimkien ma’ effetti oħra mhux mixtieqa.


    Twissijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Is-sigurtà ta’ Cerenia ma ġietx stabbilita fi klieb ta’ anqas minn 16-il ġimgħa għad-doża ta’ 8 mg/kg (dardir tal-ivvjaġġar ), u fi klieb ta’ anqas minn 8 ġimgħat għad-doża ta’ 2 mg/kg (remettar) kif ukoll fi klieb tqal jew li qed ireddgħu. Il-veterinarju responsabbli għandu jagħmel valutazzjoni tal-benefiċċju

    u r-riskju qabel juża Cerenia fi klieb ta’ anqas minn 8 ġimgħat jew 16-il ġimgħa rispettivament jew fi klieb tqal jew li qed ireddgħu.


    Meta l-prodott ingħata f’dożi ogħla minn 20 mg/kg, ġew osservati sinjali kliniċi li jinkludu remettar

    mal-ewwel amministrazzjoni, salivazzjoni eċċessiva u purgar immerraq.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Nies b'sensittività eċċessiva magħrufa għal maropitant għandhom jamministraw il-prodott mediċinali veterinarju b’kawtela.

    Aħsel idejk wara l-użu. F’każ li tibilgħu b’mod aċċidentali, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi

    l-fuljett ta’ informazzjoni li jkun fih il-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻATI JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediku veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini /


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Pilloli Cerenia jiġu f’folji b’erba’ pilloli f’kull pakkett. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Cerenia 10 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għal klieb u qtates


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Zoetis Belgium SA

    Rue Laid Burniat 1

    1348 Louvain-la-Neuve IL-BELĠJU


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: FAREVA AMBOISE

    Zone Industrielle,

    29 route des Industries 37530 Pocé-sur-Cisse FRANZA


    jew


    Zoetis Manufacturing & Research Spain, S.L. Ctra. de Camprodón, s/n°

    Finca La Riba Vall de Bianya Gerona 17813 SPANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Cerenia 10 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għal klieb u qtates

    maropitant


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Is-soluzzjoni għall-injezzjoni fiha 10 mg maropitant għal kull ml bħala ċitrat monoidrat ta’ maropitant, bħala soluzzjoni ċara, bla kulur sa isfar ċar.

    Fiha wkoll metacresol (bħala preservattiv).


  4. INDIKAZZJONIJIET


    Klieb

    • Għat-trattament u prevenzjoni ta’ nawżja kkawżata mill-kimoterapija.

    • Għall-prevenzjoni ta’ remettar ħlief dak ġej minn dardir tal-ivvjaġġar.

    • Għat-trattament ta’ remettar, flimkien ma’ miżuri oħra ta’ għajnuna.

    • Għall-prevenzjoni ta’ nawżja u remettar waqt l-operazzjoni u titjib fl-irkupru mill-anestesija ġenerali wara l-użu tal-morfina li hija μ-opiate receptor agonist.


      Qtates

    • Għall-prevenzjoni ta’ remettar u tnaqqis ta’ nawżja ħlief dak ġej minn dardir tal-ivvjaġġar.

    • Għat-trattament ta’ remettar, flimkien ma’ miżuri oħra ta’ għajnuna.

  5. KONTRA INDIKAZZJONIJIET


    Xejn


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Jista’ jkun hemm uġigħ fil-post tal-injezzjoni meta jiġi injettat taħt il-ġilda.


    Rispons moderat sa qawwi għall-injezzjoni huwa komuni ħafna fil-qtates (bejn wieħed u ieħor terz tal- qtates).


    Reazzjonijiet tat-tip anafilattiku (edema allerġika, urtikarja, eritema, kollass, dyspnoea, membrani mukożi pallidi) jistgħu jseħħu f’każijiet rari ħafna.


    Ġiet irrappurtata letarġija f’każijiet rari ħafna, abbażi ta’ esperjenza tas-sigurtà wara t-tqegħid fis-suq.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb u qtates


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu għal taħt il-ġilda jew fil-vina fil-klieb u l-qtates.


    Soluzzjoni għall-injezzjoni Cerenia għandha tiġi injettata taħt il-ġilda jew fil-vina, darba kuljum, f’doża ta’ 1 mg/kg piż (1 ml/10 kg piż). Il-kura tista’ tiġi ripetuta sa ħamest ijiem wara xulxin. L- amministrazzjoni fil-vina ta’ Cerenia għandha tingħata f’doża waħda f’daqqa mingħajr ma l-prodott jiġi mħallat ma’ fluwidi oħra.


    Fil-klieb, soluzzjoni għall-injezzjoni Cerenia tista’ tintuża għall-kura jew prevenzjoni ta’ remettar darba kuljum sa ħamestijiem.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Għall-prevenzjoni ta’ remettar, Cerenia soluzzjoni għall-injezzjoni għandha tingħata aktar minn siegħa qabel. L-effett idum bejn wieħed u ieħor 24 siegħa u għalhekk it-trattament jista’ jingħata l-lejl ta’ qabel ma tingħata xi sustanza li tista’ tikkawża remettar e.g. kimoterapija.


    Minħabba l-frekwenza ta’ spiss ta’ uġigħ li jgħaddi waqt l-injezzjoni taħt il-ġilda, għandhom jiġu applikati metodi xierqa ta’ trażżin tal-annimal. L-injettar tal-prodott f’temperatura raffriġirata jista’ jnaqqas l-uġigħ fil-post tal-injezzjoni.

  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kondizzjonijiet ta’ ħażna speċjali. Żmien kemm idum tajjeb wara li jkun infetaħ il-kunjett: 60 ġurnata.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta tal-kunjett wara JISKADI.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott:

    Remettar jista’ jkun ġej minn kundizzjonijiet serji u li jiddebbolixxu ħafna u l-kawża għandha tiġi investigata. Prodotti bħal Cerenia għandhom jintużaw flimkien ma’ miżuri oħra ta’ għajnuna bħal kontroll tad-dieta u fluid replacement therapy kif rakkomandat mit-tabib veterinarju tiegħek.


    Maropitant jiġi mmetabolizzat fil-fwied u għalhekk għandu jintuża b’kawtela fi klieb u qtates b’mard fil- fwied. Cerenia għandha tintuża b’kawtela f’annimali li jbatu jew li għandhom tendenza b’mard tal-qalb.


    L-użu ta’ Cerenia soluzzjoni għall-injezzjoni mhuwiex rakkomandat għal-remettar ġej minn dardir tal- ivvjaġġar.


    L-effikaċja ta’ Cerenia biex tnaqqas in-nawżja fil-qtates ġie muri fi studji permezz ta’ mudell (dardir ikkawżat mill-xylazine)


    Twissijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Is-sigurtà ta’ Cerenia ma ġietx stabbilita fi klieb ta’ anqas minn 8 ġimgħat, jew fi qtates ta’ anqas minn

    16-il ġimgħa,u fi klieb u qtates tqal jew li qed ireddgħu. Il-veterinarju responsabbli għandu jagħmel valutazzjoni tal-benefiċċju u r-riskju qabel juża Cerenia fi klieb ta’ anqas minn 8 ġimgħat, fi qtates ta’ 16-il ġimgħa jew fi klieb u qtates tqal jew li qed ireddgħu.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Nies b'sensittività eċċessiva magħrufa għal maropitant għandhom jamministraw il-prodott mediċinali veterinarju b’kawtela.

    Aħsel idejk wara l-użu. F’każ li tinjetta lilek innifsek b’mod aċċidentali, fittex parir mediku mal- ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ informazzjoni li jkun fih il-pakkett jew it-tikketta lit-tabib. Ġie muri li maropitant jista’ jkun irritanti għall-għajnejn u f’każ li b’mod aċċidentali jintlaqtu l-għajnejn, laħlaħ l- għajnejn b’ħafna ilma u fittex attenzjoni medika.


    Tqala u treddigħ:

    Uża biss skont il-valutazzjoni tal-benefiċċju u r-riskju mill-veterinarju responsabbli billi ma sarux studji konklużivi dwar it-tossiċità fir-riproduzzjoni fl-ebda speċi tal-annimal.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    Cerenia m’għandhiex tintuża flimkien ma’ Ca-channel antagonists billi maropitant għandu affinità għal Ca-channels.


    Maropitant jabbina b’mod qawwi ma’ proteini fil-plażma u jista’ jikkompeti ma’ mediċini oħra li

    jabbinaw b’mod qawwi wkoll.

    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Apparti reazzjonijiet li jgħaddu fil-post tal-injezzjoni wara amministrazzjoni taħt il-ġilda, soluzzjoni għall-injezzjoni Cerenia kienet ittollerata sew fi klieb u qtates żgħar injettati kuljum b’sa 5 mg/kg (ħames darbiet aktar mid-doża rikmandata) għal 15-il ġurnata wara xulxin (3 darbiet aktar miż-żmien rakkomandat ta’ amministrazzjoni). L-ebda tagħrif ma ngħata dwar dożi eċċessivi fi qtates adulti.


    Inkompatibilitajiet:

    Cerenia m’għandhiex titħallat ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra fl-istess siringa billi l- kompatibilità tagħha ma’ prodotti oħra ma ġietx ittestjata.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediku veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini /


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Cerenia 10 mg għal kull ml soluzzjoni għall-injezzjoni fil-klieb u l-qtates tiġi f’kunjetti tal-ħġieġ kannella ta’ 20 ml. Kull kaxxa tal-kartun fiha kunjett wieħed.