Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Docetaxel Accord
docetaxel

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall pazjent

Docetaxel Accord 20 mg/1 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Docetaxel Accord 80 mg/4 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Docetaxel Accord 160 mg/8 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni docetaxel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


Kif jidher Docetaxel Accord u l-kontenut tal-pakkett

Il-konċentrat għal soluzzjoni għall-infuzjoni, Docetaxel Accord, huwa soluzzjoni ċara ta’ kulur isfar

mitfi għal dak isfar jagħti fil-kanella.


Docetaxel Accord 20 mg/1 ml huwa fornut minn kunjett ta' 5 ml magħmul minn ħġieġ ċar , b'tapp tal- gomma fluorotec plus u siġill tal-aluminju u kappa li tista’ tgħolliha biex tiftaħha kulur aħmar. Docetaxel Accord 80 mg/4 ml huwa fornut minn kunjett ta' 5 ml magħmul minn ħġieġ ċar , b'tapp tal- gomma fluorotec plus u siġill tal-aluminju u kappa li tista’ tgħolliha biex tiftaħha kulur oranġjo dan. Docetaxel Accord 160 mg/8 ml huwa fornut minn kunjett ta' 10 ml magħmul minn ħġieġ ċar , b'tapp tal-gomma fluorotec plus u siġill tal-aluminju u kappa li tista’ tgħolliha biex tiftaħha kulur aħmar.


Daqs tal-pakkett:

Kull kaxxa fiha kunjett wieħed ta' 1 ml ta’ konċentrat. Kull kaxxa fiha kunjett wieħed ta' 4 ml ta’ konċentrat. Kull kaxxa fiha kunjett wieħed ta' 8 ml ta’ konċentrat.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni ghat-Tqegħid fis-Suq u Manifattur Detentur tal-Awtorizzazzjoni ghat-Tqegħid fis-Suq

Accord Healthcare S.L.U.

World Trade Center, Moll de Barcelona, s/n, Edifici Est 6ª planta,

08039 Barcelona,

Spanja


Manifattur

Accord Healthcare Polska Sp.z o.o.,

ul. Lutomierska 50,95-200 Pabianice, Il-Polonja


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

/

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku


GWIDA TA’ PREPARAZZJONI GĦALL-UŻU MA’ DOCETAXEL ACCORD

KONĊENTRAT GĦAL SOLUZZJONI GĦALL-INFUŻJONI


image


Huwa importanti li taqra l-kontenut kollu ta’ din gwida qabel ma ssir il-preparazzjoni tas-soluzzjoni ta’ infużjoni Docetaxel Accord


Rakkomandazzjonijietgħall-immaniġġarblaperiklu

Docetaxel huwa sustanza antineoplastika u bħal kull sustanza oħra li tista’ tkun tossika, wieħed għandu joqgħod attent meta jiġi f’kuntatt miegħu u waqt il-preparazzjoni tas-soluzzjonijiet tiegħu. Huwa rakkomandat l-użu tal-ingwanti.


Jekk b’xi mod is-soluzzjoni ta’ infużjoni jew il-konċentrat Docetaxel Accord jiġi f’kuntatt mal-ġilda, aħsel sew u immedjatament bis-sapun u l-ilma. Jekk b’xi mod jiġi f’kuntatt mal-membrani mukużi aħsel sew u immedjatament bl-ilma.


Preparazzjonigħall-għotiminnġol-vini


Preparazzjoni tas-soluzzjoni ta’ l-infużjoni

TUŻAX mediċini oħra ta’ docetaxel li fihom zewġ kunjetti (konċentrat u solvent) ma' din il-mediċina (Docetaxel Accord 20 mg/1 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni, li jkun fih biss kunjett

wieħed).

TUŻAX mediċini oħra ta’ docetaxel li fihom zewġ kunjetti (konċentrat u solvent) ma' din il-mediċina (Docetaxel Accord 80 mg/4 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni, li jkun fih biss kunjett

wieħed).

TUŻAX mediċini oħra ta’ docetaxel li fihom zewġ kunjetti (konċentrat u solvent) ma' din il-mediċina (Docetaxel Accord 160 mg/8 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni, li jkun fih biss kunjett

wieħed).


Docetaxel Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni m’għandux bżonn li l-ewwel jiġi dilwit b’xi solvent u huwa lest biex jiżdied mas-soluzzjoni ta’ infużjoni.


solida għandhom jintremew.


Rimi

Kull ħaġa li ntużat għad-dilwizzjoni u għall-għoti għandha tintrema skont il-proċeduri standard. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ . Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li

m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.