Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Nexium Control
esomeprazole

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Nexium Control 20 mg pilloli gastro-reżistenti

esomeprazole


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Dejjem ħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew kif qallek l-ispiżjar tiegħek.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Nexium Control u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Nexium Control

  3. Kif għandek tieħu Nexium Control

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Nexium Control

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

- Informazzjoni utli addizzjonali


  1. X’inhu Nexium Control u għalxiex jintuża


    Nexium Control fih is-sustanza attiva esomeprazole. Huwa jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa ‘inibituri tal-pompa tal-proton’. Huma jaħdmu billi jnaqqsu l-ammont ta’ aċidu li jipproduċi l-istonku tiegħek.


    Din il-mediċina tintuża f’persuni adulti għat-trattament għal żmien qasir tas-sintomi ta’ rifluss (pereżempju, ħruq ta’ stonku u rigurġitazzjoni tal-aċidu).


    Rifluss huwa l-fluss lura tal-aċidu mill-istonku għal ġol-griżmejn (“il-pajp tal-ikel”) li jistgħu jsiru infjammati u juġgħu. Dan jista’ jikkawżalek sintomi bħal sensazzjoni ta’ wġigħ fis-sider li titla’ sal-gerżuma (ħruq ta’ stonku) u togħma morra fil-ħalq (rigurġitazzjoni tal-aċidu).


    Nexium Control mhuwiex maħsub biex iġib serħan immedjat. Jista’ jkollok bżonn tieħu l-pilloli għal 2-3 ijiem wara xulxin qabel ma tħossok aħjar. Għandek tkellem tabib jekk ma tħossokx aħjar jew jekk tmur għall-agħar wara 14-il jum .


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Nexium Control Tiħux Nexium Control

    • Jekk inti allerġiku għal esomeprazole jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

    • Jekk inti allerġiku għal mediċini li fihom inibituri oħra tal-pompa tal-proton (eż. pantoprazole, lansoprazole, rabeprazole jew omeprazole).

    • Jekk qed tieħu mediċina li fiha nelfinavir (użata għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV). image


      Tiħux din il-mediċina jekk tapplika għalik xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq. Jekk għandek xi dubju, kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Nexium Control jekk:

      • Fil-passat kellek ulċera fl-istonku jew kirurġija fl-istonku.

      • Ilek fuq kura kontinwa għal rifluss jew għal ħruq ta’ stonku għal 4 ġimgħat jew aktar.

      • Għandek is-suffejra (sfurija tal-ġilda jew tal-għajnejn) jew problemi severi fil-fwied.

      • Għandek problemi severi fil-kliewi.

      • Għandek iżjed minn 55 sena u għandek sintomi ta’ rifluss ġodda jew li nbidlu dan l-aħħar jew qed ikollok bżonn tieħu rimedju għall-indiġestjoni jew ħruq ta’ stonku mingħajr riċetta ta’ tabib, kuljum.

      • jekk qatt kellek reazzjoni fil-ġilda wara kura b’mediċina simili għal Nexium Control li tnaqqas l-aċtu fl-istonku.

      • Tkun ser tagħmel endoskopija jew test tal-urea fin-nifs.

      • Tkun ser tagħmel test tad-demm speċifiku (Chromogranin A).


        Għid lit-tabib tiegħek qabel jew wara li tieħu din il-mediċina, jekk tinnota xi wieħed minn dawn is- sintomi, li jista’ jkun sinjal ta’ marda oħra, aktar serja.

      • Titlef ħafna piż mingħajr raġuni.

      • Ikollok problemi jew uġigħ meta tibla’.

      • Ikollok uġigħ fl-istonku jew sinjali ta’ indiġestjoni bħal dardir, tħossok mimli, nefħa speċjalment wara li tiekol.

      • Tibda tirremetti l-ikel jew id-demm, li jista’ jkollu d-dehra ta’ kafè mitħun fir-rimettar tiegħek.

      • Tipporga iswed (ippurgar imtebba’ bid-demm).

      • Ikollok dijarea severa jew persistenti: esomeprazole kien assoċjat ma’ żieda żgħira fir-riskju ta’ dijarea infettiva.

      • Jekk ikollok raxx fuq il-ġilda tiegħek, speċjalment f’postijiet li jiġu esposti għax-xemx kellem lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr, peress li jista’ jkollok bżonn twaqqaf il-kura tiegħek b’Nexium Control. Tinsiex issemmi effetti ħżiena oħrajn bħal uġigħ fil-ġogi tiegħek.


        Fittex attenzjoni medika urġenti jekk tesperjenza uġigħ f’sidrek u tħossok mhux f’siktek, ħruġ ta’ għaraq, sturdament jew uġigħ fl-ispallejn bi qtugħ ta’ nifs. Dan jista’ jkun sinjal ta’ kundizzjoni serja f’qalbek.


        Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik (jew jekk m’intix ċert), kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.


        Tfal u adolexxenti


        Din il-mediċina m’għandhiex tintuża minn tfal u adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena.


        Mediċini oħra u Nexium Control


        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Dan minħabba li Nexium Control jista’ jaffettwa l-mod kif jaħdmu xi mediċini u xi mediċini jistgħu jkollhom effett fuq Nexium Control.


        Tiħux din il-mediċina jekk qiegħed tieħu wkoll mediċina li fiha nelfinavir (użata għall-kura ta’ infezzjoni tal- HIV).


        Għandek speċifikament tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu clopidogrel (użat għall- prevenzjoni tal-emboli tad-demm).


        Tiħux din il-mediċina ma’ mediċini oħra li jillimitaw l-ammont ta’ aċidu prodott fl-istonku tiegħek bħal inibituri tal-pompa tal-proton (eż. pantoprazole, lansoprazole, rabeprazole jew omeprazole) jew antagonist ta’ H2 (eż. ranitidine jew famotidine).

        Tista’ tieħu din il-mediċina ma’ sustanzi kontra l-aċidi (eż. magaldrate, aċidu alġiniku, bikarbonat tas-sodju, idrossidu tal-aluminju, karbonat tal-manjeżju jew kombinazzjonijiet ta’ dawn) jekk ikun meħtieġ.

        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini:

      • Ketoconazole u itraconazole (użati għall-kura ta’ infezzjonijiet ikkawżati minn fungu)

      • Voriconazole (użat għall-kura ta’ infezzjonijiet ikkawżati minn fungu) u clarithromycin (użat għall- kura ta’ infezzjonijiet). It-tabib tiegħek jista' jibdillek id-doża jekk għandek problemi severi fil-fwied jew qed tieħu kura għal perjodu twil ta’ żmien.

      • Erlotinib (użat għall-kura tal-kanċer)

      • Methotrexate (użat biex jikkura l-kanċer u disturbi tar-rewmatiżmu)

      • Digoxin (użat għall-problemi fil-qalb)

      • Atazanavir, saquinavir (użati għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV)

      • Citalopram, imipramine jew clomipramine (użati għall-kura tad-depressjoni)

      • Diazepam (użat għall-kura tal-ansjetà, għar-rilassament tal-muskoli jew f’epilessija)

      • Phenytoin (użat għall-kura tal-epilessija)

      • Mediċini li jintużaw biex iraqqu d-demm, bħall-warfarina. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jimmonitorjak meta tibda jew tieqaf tieħu Nexium Control

      • Cilostazol (użat għall-kura ta’ klawdikazzjoni intermittenti – kundizzjoni fejn provvista tad-demm insuffiċjenti lejn il-muskoli tas-saqajn tikkawża uġigħ u diffikultà fil-mixi)

      • Cisapride (użat għall-indiġestjoni u l-ħruq ta’ stonku)

      • Rifampicin (użat għall-kura tat-tuberkulożi)

      • Tacrolimus (f’każijiet ta’ trapjant tal-organi)

      • St. John’s wort (Hypericum perforatum) (użat għall-kura tad-depressjoni)


      Tqala u treddigħ


      Bħala miżura ta’ prekawzjoni, preferibbilment għandek tevita l-użu ta’ Nexium Control matul it-tqala. Ma għandekx tuża din il-mediċina waqt it-treddigħ.

      Jekk inti tqila jew qed tredda', taħseb li tista' tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir qabel tieħu din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Nexium Control għandu probabbiltà baxxa li jaffettwalek il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, effetti sekondarji bħal sturdament u disturbi fil-vista jistgħu jseħħu b’mod mhux komuni (ara sezzjoni 4). Jekk tkun affettwat, m’għandekx issuq jew tuża magni.


      Nexium Control fih is-sucrose u sodium

      Nexium Control fih sferi taz-zokkor, li fihom is-sucrose, tip ta’ zokkor. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


      Nexium Control fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Nexium Control


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu


    • Id-doża rakkomandata hija pillola waħda kuljum.

    • Tiħux aktar minn din id-doża rakkomandata ta’ pillola waħda (20 mg) fil-ġurnata, anke jekk ma tħossx titjib minnufih.

    • Jista’ jkollok bżonn tieħu l-pilloli għal 2 jew 3 ijiem wara xulxin qabel is-sintomi tar-rifluss tiegħek (pereżempju, ħruq ta’ stonku u rigurġitazzjoni tal-aċidu) imorru għall-aħjar.

    • Il-kura ddum sa 14-il jum.

    • Meta s-sintomi tar-rifluss tiegħek ikunu għaddew kompletament, tiħux iktar din il-mediċina.

    • Jekk is-sintomi tar-rifluss tiegħek imorru għall-agħar jew ma jitjibux wara li tkun ilek tieħu din il- mediċina għal 14-il jum wara xulxin, għandek tikkonsulta tabib.


      Jekk ikollok sintomi persistenti jew li ilhom preżenti, li jerġgħu jseħħu ta’ spiss anki wara l-kura b’din il- mediċina, inti għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek.


      Kif tieħu din il-mediċina


    • Tista’ tieħu l-pillola fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata mal-ikel jew fuq stonku vojt.

    • Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ nofs tazza ilma. M’għandekx tomgħod jew tfarrak il-pillola. Dan minħabba li l-pillola fiha pritkuni miksija li ma jħallux il-mediċina tiġi diżintegrata mill-aċidu fl- istonku tiegħek. Huwa importanti li ma ssirx ħsara lill-pritkuni.


      Metodu alternattiv kif tieħu din il-mediċina


    • Poġġi l-pillola f’tazza ilma minerali (mhux bil-gass). M’għandek tuża l-ebda likwidu ieħor.

    • Ħawwad sakemm il-pillola tinkiser (it-taħlita mhix se tkun ċara) u mbagħad ixrob it-taħlita mill- ewwel jew fi żmien 30 minuta. Dejjem għandek tħawwad it-taħlita eżatt qabel ma tixrobha.

    • Biex tkun ċert li xrobt il-mediċina kollha, laħlaħ sewwa t-tazza b’nofs tazza ilma u ixrobha. Il-biċċiet solidi fihom il-mediċina – m’għandekx tomgħodhom jew tfarrakhom.


    Jekk tieħu Nexium Control aktar milli suppost


    Jekk tieħu Nexium Control aktar milli rakkomandat, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek mill-ewwel. Tista' tesperjenza sintomi bħal dijarea, uġigħ fl-istonku, stitikezza, tħossok jew tkun imdardar/imdardra u dgħufija.


    Jekk tinsa tieħu Nexium Control


    Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar, fl-istess ġurnata. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin, tkomplix tieħu Nexium Control u kkuntattja tabib immedjatament:


    • Tħarħir f’daqqa, nefħa fix-xofftejn, l-ilsien u l-gerżuma, ħass ħażin jew diffikultajiet biex tibla’ (reazzjoni allerġika severa, li dehret b’mod rari)

    • Ħmura fil-ġilda b’infafet jew tqaxxir. Jista’ jkun hemm ukoll infafet severi u fsada fix-xofftejn, l- għajnejn, il-ħalq, l-imnieħer u l-organi ġenitali. Dan jista’ jkun is-‘sindrome ta’ Stevens-Johnson’ jew ‘nekrolisi epidermika tossika’, li dehru b’mod rari ħafna.

    • Ġilda safra, awrina skura u għeja li jistgħu jkunu sintomi ta’ problemi fil-fwied, li dehru b’mod rari.


      Kellem lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk ikollok xi wieħed mis-sinjali ta’ infezzjoni li ġejjin:


      F’każijiet rari ħafna din il-mediċina tista’ taffettwa ċ-ċelloli bojod tad-demm li jwassal għal defiċjenza immuni. Jekk ikollok infezzjoni b’sintomi bħal deni b’kundizzjoni ġenerali severament imnaqqsa jew deni b’sintomi ta’ infezzjoni lokali bħal uġigħ fil-għonq, fil-gerżuma jew fil-ħalq jew diffikultajiet biex tgħaddi

        1. wrina, inti trid tikkonsulta lit-tabib tiegħek mill-aktar fis sabiex in-nuqqas ta’ ċelloli bojod tad-demm

          (agranuloċitosi) ikun jista’ jiġi eskluż permezz ta’ test tad-demm. Importanti li tagħti informazzjoni dwar il- mediċina tiegħek f’dan il-waqt.


          Effetti sekondarji oħra jinkludu:


          Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)


          • Uġigħ ta’ ras.

          • Effetti fuq l-istonku jew l-imsaren: dijarea, uġigħ fl-istonku, stitikezza, gass (gass fl-istonku).

          • Tħossok imdardar (nawsja) jew (tirremetti).

          • Tkabbir beninn (polipi) fl-istonku.


            Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna)


          • Nefħa fis-saqajn u l-għekiesi.

          • Disturb fl-irqad (insomnja), sensazzjoni ta’ ngħas.

          • Sturdament, sensazzjonijiet ta’ tingiż bħal “tnemnim”.

          • Sensazzjoni ta’ tidwir (vertigo).

          • Ħalq xott.

          • Żieda fl-enzimi tal-fwied li tidher fit-testijiet tad-demm li jiċċekkjaw kif ikun qiegħed jaħdem il- fwied.

          • Raxx fil-ġilda, raxx imqabbeż (ħorriqija) u ġilda tieklok.


            Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna)


          • Problemi fid-demm bħal tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli tad-demm bojod jew plejtlits. Dan jista’ jikkawża dgħufija, tbenġil jew iżid iċ-ċans tal-infezzjonijiet.

          • Livelli baxxi ta’ sodju fid-demm. Dan jista’ jikkawża dgħufija, tkun imdardar (rimettar) u bugħawwieġ.

          • Tħossok aġitat/a, konfuż/a jew depress/a.

          • Bidliet fit-togħma.

          • Problemi fil-vista bħal vista mċajpra.

          • Tħarħir jew qtugħ ta’ nifs għal għarrieda (bronkospażmu).

          • Infjammazzjoni fin-naħa ta’ ġewwa tal-ħalq.

          • Infezzjoni msejħa “traxx” li tista’ taffettwa l-imsaren u hija kkawżata minn fungu.

          • Twaqqigħ tax-xagħar (alopeċja).

          • Raxx tal-ġilda ma’ espożizzjoni għad-dawl tax-xemx.

          • Uġigħ fil-ġogi (artralġja) jew uġigħ fil-muskoli (majalġja).

          • Sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx u nuqqas ta’ enerġija.

          • Żieda fl-għaraq.


            Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna)


          • Għadd baxx ta’ ċelloli tad-demm ħomor, ċelloli tad-demm bojod, u plejtlits (kundizzjoni msejħa panċitopenija)

          • Aggressività

          • Tara, tħoss jew tisma’ affarijiet li ma jkunux hemmhekk (alluċinazzjonijiet)

          • Problemi severi fil-fwied li jwasslu għal insuffiċjenza tal-fwied u infjammazzjoni tal-moħħ.

          • Dgħufija fil-muskoli

          • Problemi severi fil-kliewi

          • Tkabbir tas-sider fl-irġiel

            Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)


          • Livelli baxxi ta’ manjeżju fid-demm. Dan jista’ jikkawża dgħufija, tkun imdardar (rimettar), bugħawwieġ, tregħid u bidliet fir-ritmu tal-qalb (arritmiji). Jekk ikollok livelli baxxi ħafna ta’ manjeżju, jista’ jkollok ukoll livelli baxxi ta’ kalċju u/jew potassju fid-demm tiegħek.

          • Infjammazzjoni tal-imsaren (li twassal għal dijarea).

          • raxx, possibbilment b’uġigħ fil-ġogi


      Rappurtar tal-effetti sekondarji


      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistemata’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Nexium Control


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-istrixxa wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.


    Żomm din il-mediċina fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Nexium Control

    • Is-sustanza attiva hi esomeprazole. Kull pillola gastro-reżistenti fiha 20 mg esomeprazole (bħala magnesium trihydrate).

    • Is-sustanzi l-oħra huma glycerol monostearate 40-55, hydroxypropylcellulose, hypromellose, iron oxide aħmar fil-kannella (E172), iron oxide isfar (E172), magnesium stearate, methacrylic acid ethylacrylate copolymer (1:1) dispersion 30 fil-mija, cellulose microcrystalline, synthetic paraffin,

macrogol 6000, polysorbate 80, crospovidone (Tip A), sodium stearyl fumarate, sugar spheres (sucrose u lamtu tal-qamħirrun), talc, titanium dioxide (E171) u triethyl citrate (ara sezzjoni 2,

“Nexium Control fih is-sukrożju u sodium”).


Kif jidher Nexium Control u l-kontenut tal-pakkett


Nexium Control 20 mg pilloli gastro-reżistenti huma roża ċari, tawwalin, bikonvessi, ta’ 14 mm x 7 mm, miksija b’rita, imnaqqxin b’‘20 mG’ fuq naħa waħda u A/EH fuq in-naħa l-oħra.


Nexium Control huwa disponibbli f’daqsijiet ta’ pakketti ta’ 7, 14 u 28-il pillola gastro-reżistenti f’folji. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

GlaxoSmithKline Dungarvan Limited, Knockbrack, Dungarvan, Co. Waterford, L-Irlanda

Manifattur

Pfizer Consumer Manufacturing ItalyS.r.l., Via Nettunense, 90, 04011, Aprilia (LT), L-Italja.


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien,Luxembourg/ Luxemburg

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare s.a./n.v. Tél/Tel: + 32 10858600

Latvija

GlaxoSmithKline Latvia SIA Tel: + 371 67312687

lv-epasts@gsk.com


България

ГлаксоСмитКлайн Консюмър Хелткеър Teл.: + 359 2 953 10 34

Lietuva

GlaxoSmithKline Lietuva UAB Tel: + 370 5 264 90 00

info.lt@gsk.com


Česká republika

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Czech Republic s.r.o.

Tel.: + 420 222 001 111

image

cz.info@gsk.com

Magyarország GlaxoSmithKline-Consumer Kft. Tel.: + 36 1 225 5800


Danmark

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare ApS

Tel.: + 45 80 25 16 27

scanda.consumer-relations @gsk.com

Nederland,

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare BV Tel: 800 4090005

Info.nlch@gsk.com


Deutschland

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare GmbH

& Co.KG.

Tel.: + 49 (0) 800 6645626

Österreich ,

GSK-Gebro Consumer Healthcare GmbH Tel: +43 (0) 5354 563350


Eesti

GlaxoSmithKline Eesti OÜ Tel: + 372 6676 900

estonia@gsk.com

Norge

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Tlf: + 47 80 05 86 30

scanda.consumer-relations @gsk.com


Ελλάδα

GSK CH Ελλάς Μονοπρόσωπη Α.Ε. Λεωφ. Κηφισίας 274, 152 32, Χαλάνδρι

Τηλ.: 210 6882100

Polska

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Sp.z.o.o. Tel: + 48 (0)22 576 96 00


España

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare, S.A. Tel: + 34 900 816 705

Portugal

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare – Produtos para a Saúde e Higiene, Lda. Tel: 800 784 695

apoio.consumidor@gsk.com

France

GlaxoSmithKline Santé Grand Public Tél. : + 33 (0)1 39 17 60 07

România

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare S.R.L Tel: + 40 21 302 8 208


Hrvatsk GlaxoSmithKline d.o.o. Tel:+385 1 6051 999

Slovenija

GSK d.o.o., Ljubljana Tel: + 386 (0)1 280 25 00


Ireland, Malta

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare (Ireland) Limited

Tel.: 800 441 442

Slovenská republika

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Slovakia s.r.o.

Tel: + 421 248 261 111

cz.info@gsk.com


Ísland

Vistor hf. GlaxoSmithKline ehf. Sími: + 354 535 700

Suomi/Finland GlaxoSmithKline Oy Consumer Healthcare Puh/Tel: 080 077 40 80

scanda.consumer-relations @gsk.com


Italia

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare S.r.l. Tel.: + 39 02 38062020

Sverige

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Tel: 020-100579

scanda.consumer-relations @gsk.com


Κύπρος

C. A. Papaellinas Ltd,

Τ.Θ. 24018, 1700 Λευκωσία

Tηλ. +357 22 741 741

United Kingdom (Northern Ireland) GlaxoSmithKline Consumer Healthcare (UK) Trading Limited

Tel.: 0800 783 8881


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’



--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------- INFORMAZZJONI UTLI ADDIZZJONALI

X’inhuma s-sintomi ta’ ħruq ta’ stonku?


Is-sintomi normali ta’ rifluss huma sensazzjoni ta’ wġigħ fis-sider li jitla’ sal-gerżuma (ħruq ta’ stonku) u togħma morra fil-ħalq (rigurġitazzjoni tal-aċidu).


Għaliex ikollok dawn is-sintomi?


Il-ħruq ta’ stonku jista’ jirriżulta meta tiekol iż-żejjed, tiekol ikel b’ħafna xaħam, tiekol malajr wisq u tixrob ħafna alkoħol. Tista’ tinnota wkoll li meta timtedd, il-ħruq fl-istonku jmur għall-agħar. Jekk għandek piż żejjed jew tpejjep, iżżid il-probabbiltà li ssofri minn ħruq ta’ stonku.

X’nista’ nagħmel biex ngħin ħalli ntaffi s-sintomi tiegħi?


Jekk qed tbati minn kwalunkwe effett sekondarju minn fost dawk deskritti f’Sezzjoni 4 li jeħtieġu attenzjoni medika