Paġna ewlenija Paġna ewlenija

NeoRecormon
epoetin beta

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


NeoRecormon 500 IU

NeoRecormon 2000 IU

NeoRecormon 3000 IU

NeoRecormon 4000 IU

NeoRecormon 5000 IU

NeoRecormon 6000 IU

NeoRecormon 10,000 IU

NeoRecormon 20,000 IU

NeoRecormon 30,000 IU

Soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

epoetin beta


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu NeoRecormon u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NeoRecormon

  3. Kif għandek tuża NeoRecormon

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen NeoRecormon

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu NeoRecormon u għalxiex jintuża


    NeoRecormon huwa soluzzjoni ċara u bla kulur għall-injezzjoni taħt il-ġilda (użu għal taħt il-ġilda) jew ġo vina (użu għal ġol-vini). Fih ormon imsejjaħ epoetin beta, li jistimula l-produzzjoni ta’ ċelluli ħomor tad-demm. Epoetin beta huwa magħmul minn teknoloġija ġenetika speċjalizzata u jaħdem bl- istess mod eżatt bħall-ormon naturali, eritropoetin.


    NeoRecormon huwa indikat għal:


    • Kura ta’ anemija sintomatika kkawżata minn mard kroniku tal-kliewi (anemija renali) f’pazjenti fuq id-dijalisi, jew li għad mhux fuq id-dijalisi.

    • Prevenzjoni ta’ anemija fi trabi prematuri (b’piż bejn 750 u 1500 g u li twieldu qabel l-

      34 ġimgħa).

    • Kura ta’ anemija b’sintomi relatati f’pazjenti adulti bil-kanċer li qed jirċievu

      kimoterapija.

    • Kura ta’ persuni li jagħtu d-demm tagħhom qabel kirurġija. L-injezzjonijiet ta’ epoetin

      beta jżidu l-ammont ta’ demm li jkun jista’ jittieħed mill-ġisem tiegħek qabel il-kirurġija u mogħti lura waqt jew wara l-kirurġija (din hija trasfużjoni awtologa).

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NEORECORMON


    Tużax NeoRecormon:

    • jekk inti allerġiku għal epoetin beta jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6)

    • jekk għandek problemi bil-pressjoni tad-demm li ma jistgħux jiġu kkontrollati;

    • jekk qed tagħti d-demm tiegħek qabel il-kirurġija, u:

      • kellek attakk tal-qalb jew puplesija fix-xahar ta’ qabel il-kura

      • għandek anġina pektoris mhux stabbli – uġigħ fis-sider ġdid jew li qed iżid

      • tinsab f’riskju ta’ formazzjoni ta’ demm magħqud fil-vini (trombożi fil-vini l-fondi) – per

    eżempju, jekk kellek tgħaqqid fid-demm qabel.

    Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, jew tista’ tapplika għalik, għid lit-tabib tiegħek

    immedjatament.


    Twissijiet u prekawzjonijiet

    Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tuża NeoRecormon

    • jekk it-tarbija tiegħek teħtieġ kura b’NeoRecormon, it-tarbija tiegħek se tiġi ssorveljata b’attenzjoni għal kwalunkwe effetti potenzjali fuq l-għajnejn

    • jekk l-anemija li għandek ma titjiebx bil-kura b’epoetin

    • jekk għandek livelli baxxi ta’ ċerti vitamini B (folic acid jew vitamina B12)

    • jekk għandek livelli għoljin ħafna ta’ aluminju fid-demm

    • jekk l-għadd ta’ plejtlits fid-demm tiegħek huwa għoli

    • jekk għandek mard kroniku tal-fwied

    • jekk għandek epilessija

    • jekk żviluppajt antikorpi kontra l-eritropoetin u aplasia pura taċ-ċelluli l-ħomor (produzzjoni taċ-ċelluli l-ħomor tad-demm imnaqqsa jew imwaqqfa ) waqt esposizzjoni preċedenti għal xi sustanza eritropoetika. F’dan il-każ m’għandekx tibda tingħata NeoRecormon.


    Oqgħod attent ħafna bi prodotti oħra li jistimulaw il-produzzjoni ta’ ċelluli ħomor tad-demm: NeoRecormon huwa wieħed minn grupp ta’ prodotti li jistimulaw il-produzzjoni ta’ ċelluli ħomor tad- demm kif jagħmel l-eritropoetin uman magħmul mill-proteina. It-tabib tiegħek dejjem se jieħu nota

    tal-prodott eżatt li qed tuża.


    Kien hemm rapporti ta’ reazzjonijiet serji tal-ġilda fosthom is-sindrome ta’ Stevens-Johnson (SJS) u

    nekroliżi epidermali tossika (TEN) b’rabta ma’ kura b’epoetini.


    Fil-bidu SJS/TEN tista’ tidher bħala tikek ħomor qishom targits jew dbabar tondi ħafna drabi bi nfafet ċentrali fuq it-tronk. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm ulċeri fil-ħalq, fil-griżmejn, fl-imnieħer, fuq

    il-ġenitali u fl-għajnejn (għajnejn ħomor u minfuħin). Ħafna drabi dawn ir-raxxijiet serji tal-ġilda jiġu

    ppreċeduti minn deni u/jew sintomi li jixbhu lil dawk tal-influwenza. Ir-raxxijiet jistgħu jipprogressaw għal tqaxxir mifrux tal-ġilda u kumplikazzjonijiet ta’ periklu għall-ħajja.


    Jekk tiżviluppa raxx serju jew xi sintomu ieħor tal-ġilda minn dawn, ieqaf ħu NeoRecormon u

    kkuntattja lit-tabib tiegħek jew fittex attenzjoni medika minnufih.


    Twissija Speċjali

    Waqt kura b’NeoRecormon


    Jekk inti pazjent b’marda kronika tal-kliewi, u speċjalment jekk ma tirrispondix b’mod xieraq għal NeoRecormon, it-tabib tiegħek se jiċċekkja d-doża tiegħek ta’ NeoRecormon għax jekk ma tkunx qed tirrispondi għall-kura żieda ripetuta tad-doża tiegħek ta’ NeoRecormon tista’ żżid ir-riskju li jkollok problemi tal-qalb jew tal-kanali tad-demm u tista’ żżid ir-riskju ta’ infart mijokardijaku, puplesija u mewt.

    Jekk inti pazjent bil-kanċer, għandek tkun taf li NeoRecormon jista’ jaħdem bħala fattur tat-tkabbir taċ-ċelluli tad-demm u f’xi ċirkustanzi jista’ jkollu effett negattiv fuq il-kanċer tiegħek. Skont is- sitwazzjoni individwali tiegħek, trasfużjoni tad-demm għandu mnejn tkun ippreferuta. Jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.


    Jekk inti pazjent nefrosklerotiku u m’intix qiegħed fuq id-dijalisi, it-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk il- kura hijiex tajba għalik. Dan għaliex wieħed ma jistax iwarrab b’ċertezza assoluta l-possibilità ta’ aċċelerazzjoni tal-progressjoni tal-marda tal-kliewi.


    It-tabib tiegħek jista’ jwettaq testijiet tad-demm regolari sabiex jiċċekkja:

    • il-livelli ta’ potassju tiegħek. Jekk għandek livell ta’ potassju għoli jew li qed jiżdied it-tabib tiegħek jista’ jerġa jikkonsidra l-kura tiegħek

    • l-għadd ta’ plejtlits tiegħek. In-numru ta’ plejtlits jista’ jiżdied bi ftit jew b’ammont moderat

      waqt it-trattament bl-epoetin, u dan jista’ jikkawża bdil fit-tgħaqqid tad-demm.


      Jekk inti pazjent tal-kliewi taħt emodijalisi, it-tabib tiegħek jista’ jbiddel id-doża tiegħek ta’ eparina. Dan għandu jevita l-imblukkar fit-tubi tas-sistema tad-dijalisi.


      Jekk inti pazjent tal-kliewi taħt emodijalisi u qiegħed f’riskju ta’ trombożi tax-shunt, jistgħu jifforma tgħaqqid tad-demm (trombożi) fix-shunt (vina jew arterja użata għal konnessjoni mas-sistema ta’ dijalisi) tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jippreskrivi acetylsalicylic acid jew jimmodifika x-shunt.


      Jekk qed tagħti d-demm tiegħek qabel kirurġija, it-tabib tiegħek ikollu bżonn:

    • jara li inti kapaċi tagħti d-demm, speċjalment jekk tiżen inqas minn 50 kg

    • jara li għandek livell suffiċjenti ta’ ċelluli l-ħomor tad-demm (emoglobina ta’ mill-inqas 11 g/dl)

    • jiżgura li jingħata biss 12% tad-demm tiegħek f’daqqa.


    Tużax NeoRecormon ħażin:

    L-użu ħażin ta’ NeoRecormon minn persuni f’saħħithom jista’ jwassal għal żieda fiċ-ċelluli tad-demm

    u bħala konsegwenza jħaxxen id-demm. Dan jista’ mbgħad iwassal għall-kumplikazzjonijiet tal-qalb jew tal-vini jew arterji li jistgħu jipperikolaw il-ħajja.


    Mediċini oħra u NeoRecormon

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra,

    anki dawk mingħajr riċetta.


    Tqala, treddigħ u fertilità

    M’hemmx wisq esperjenza b’NeoRecormon f’nisa tqal jew f’nisa li jkunu qed ireddgħu. Itlob il-parir

    tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

    NeoRecormon ma wera l-ebda evidenza ta’ indeboliment fil-fertilità fl-annimali. Ir-riskju potenzjali

    għall-bnedmin mhux magħruf.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni

    Ma ġew osservati l-ebda effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.


    NeoRecormon fih phenylalanine u sodium

    Din il-mediċina fiha phenylalanine. Tista’ tagħmel ħsara lill-persuni b’phenylketonuria.

    Jekk għandek phenylketonuria, kellem lit-tabib tiegħek dwar il-kura tiegħek b’NeoRecormon.


    Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.

  3. Kif għandek tuża NeoRecormon


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-

    ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib tiegħek se juża l-inqas doża effettiva biex jikkontrolla s-sintomi tal-anemija tiegħek.


    Jekk ma tirrispondix b’mod adegwat għal NeoRecormon, it-tabib tiegħek se jiċċekkja d-doża tiegħek u jinfurmak jekk għandek bżonn tbiddel id-dożi ta’ NeoRecormon.


    It-trattament b’NeoRecormon għandu jinbeda taħt is-superviżjoni tat-tabib tiegħek.

    Aktar injezzjonijiet jistgħu jingħataw mit-tabib tiegħek jew, wara li tkun ġejt imħarreġ, tista’ tinjetta NeoRecormon inti stess (ara l-istruzzjonijiet fit-tmiem ta’ dan il-fuljett).


    NeoRecormon jista’ jiġi injettat taħt il-ġilda fl-addome, fi driegħ jew koxxa, jew ġo vina. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi liema hu l-aħjar għalik.


    It-tabib tiegħek se jagħmel testijiet tad-demm regolari biex jimmonitorja kif l-anemija tiegħek qed

    tirrispondi għat-trattament billi jkejjel il-livell tal-emoglobina tiegħek.


    Dożaġġ ta’ NeoRecormon

    Id-doża ta’ NeoRecormon tiddependi mill-kondizzjoni tal-marda, tiegħek mill-mod kif tingħata l-

    injezzjoni (taħt il-ġilda jew ġo vina) u mill-piż tal-ġisem tiegħek. It-tabib tiegħek se jikkalkula id-doża t-tajba għalik.


    It-tabib tiegħek se juża l-inqas doża effettiva biex jikkontrolla s-sintomi tal-anemija tiegħek.


    Jekk ma tirrispondix b’mod adegwat għal NeoRecormon, it-tabib tiegħek se jiċċekkja d-doża tiegħek u se jinfurmak jekk teħtieġ tibdel id-dożi ta’ NeoRecormon.

    • Anemija sintomatika kkawżata minn marda kronika tal-kliewi


      L-injezzjonijiet tiegħek jingħataw taħt il-ġilda jew ġo vina. Jekk is-soluzzjoni tingħata ġo vina din għandha tiġi injettata fuq medda ta’ madwar 2 minuti, eż. pazjenti fuq emodijalisi se jingħataw l- injezzjoni mill-fistula arterjovenuża fl-aħħar tad-dijalisi.

      Pazjenti mhux fuq emodijalisi, normalment jingħataw injezzjonijiet taħt il-ġilda.


      It-trattament b’NeoRecormon huwa maqsum f’żewġ stadji:


      1. Korrezzjoni tal-anemija

        Id-doża tal-bidu għall-injezzjoni taħt il-ġilda hija ta’ 20 IU kull injezzjoni għal kull 1 kg tal-piż ta’

        ġismek, mogħtija tliet darbiet fil-ġimgħa.

        Wara 4 ġimgħat, it-tabib iwettaq xi testijiet u, jekk ir-respons għall-kura mhux suffiċjenti, id-doża tista’ tiżdied għal 40 IU/kg f’kull injezzjoni, mogħtija tliet darbiet fil-ġimgħa. Jekk ikun neċessarju t- tabib jista’ jkompli jżid id-doża tiegħek f’intervalli ta’ xahar.

        Id-doża ta’ kull ġimgħa tista’ tinqasam ukoll f’dożi ta’ kuljum.

        Id-doża tal-bidu għall-injezzjonijiet ġol-vini hija ta’ 40 IU kull injezzjoni għal kull 1 kg tal-piż tal- ġisem tiegħek, mogħtija tliet darbiet kull ġimgħa.

        Wara 4 ġimgħat, it-tabib se jagħmel testijiet u, jekk ir-rispons għall-kura mhux suffiċjenti, id-doża tista’ tiżdied għal 80 IU/kg kull injezzjoni, mogħtija tliet darbiet fil-ġimgħa. It-tabib jista’ jkompli jżid id-doża f’intervalli ta’ xahar, jekk ikun hemm bżonn.

        Għaż-żewġ tipi ta’ injezzjoni, id-doża massima m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 720 IU għal kull 1 kg tal-piż ta’ ġismek fil-ġimgħa.

      2. Manutenzjoni tal-livelli suffiċjenti taċ-ċelluli l-ħomor tad-demm

      Id-doża ta’ manutenzjoni: Meta ċ-ċelluli l-ħomor tad-demm jilħqu livell aċċettabbli, id-doża tkun imnaqqsa għal nofs id-doża wżata sabiex tiġi korretta l-anemija. Id-doża ta’ kull ġimgħa tista’ tingħata

      darba fil-ġimgħa, jew titqassam fi tliet jew seba’ dożi kull ġimgħa. Jekk il-livell taċ-ċelluli l-ħomor

      tad-demm tiegħek huwa stabbli fuq skeda ta’ dożaġġ ta’ darba fil-ġimgħa, l-amministrazzjoni tad-doża tiegħek tista’ titbiddel għal darba kull ġimagħtejn. F’dan il-każ tista’ tinħtieġ żjidiet fid-doża.


      Kull ġimgħa jew ġimagħtejn, it-tabib jista’ jaġġusta d-doża tiegħek sabiex isib id-doża ta’ manutenzjoni individwali għalik.

      It-tfal jibdew billi jsegwu l-istess linji gwida. Fi provi, it-tfal ġeneralment kienu jeħtieġu dożi akbar

      ta’ NeoRecormon (aktar kemm it-tfal ikunu żgħar, aktar ikun hemm bżonn ta’ doża kbira).

      Kura b’NeoRecormon normalment hija terapija fuq medda ta’ żmien twil. Madanakollu, jekk ikun

      neċessarju, din tista’ tiġi interrotta f’kwalunkwe ħin.


    • Anemija fi trabi prematuri


      L-injezzjonijiet huma mogħtija taħt il-ġilda.

      Id-doża tal-bidu hija 250 IU kull injezzjoni għal kull 1 kg li tiżen it-tarbija, tliet darbiet fil-ġimgħa. Trabi prematuri li ġew mogħtija trasfużjoni qabel il-bidu tal-kura b’NeoRecormon x’aktarx li ma

      jibbenefikawx daqs trabi li ma ġewx mogħtija trasfużjoni.


      It-tul rakkomandat ta’ kura huwa ta’ 6 ġimgħat.


    • Adulti b’anemija sintomatika li qed jingħataw kimoterapija għall-kanċer


      L-injezzjonijiet jingħataw taħt il-ġilda.


      Jekk il-livell tal-emoglobina tiegħek huwa 10 g/dL jew inqas, it-tabib tiegħek jista' jibda kura

      b’NeoRecormon.

      Wara l-bidu tat-terapija, it-tabib tiegħek se j¿omm il-livell tal-emoglobina tiegħek bejn 10 u 12 g/dL.


      Id-doża tal-bidu ta’ kull ġimgħa hija ta’ 30,000 IU. Din tista’ tingħata bħala injezzjoni waħda kull ġimgħa, jew tinqasam f’dożi bħala 3 sa 7 injezzjonijiet kull ġimgħa. It-tabib tiegħek se jieħu kampjuni tad-demm b’mod regolari. Huwa jista’ jżidlek jew inaqqaslek id-doża, jew jinterrompi l- kura skont ir-riżultati tat-testijiet. Il-valuri tal-emoglobina m’għandhomx jaqbżu l-valur ta’ 12 g/dL.


      It-terapija għandha titkompla għal mhux aktar minn 4 ġimgħat wara t-tmiem tal-kimoterapija.


      Id-doża massima m’għandhiex taqbeż 60,000 IU kull ġimgħa.


    • Persuni li jagħtu d-demm tagħhom qabel il-kirurġija


    L-injezzjonijiet jingħataw ġol-vina fuq medda ta’ żewġ minuti, jew taħt il-ġilda.


    Id-doża ta’ NeoRecormon tiddependi mill-kundizzjoni tiegħek, mil-livelli ta’ ċelluli ħomor tad- demm u mill-ammont ta’ demm li se jingħata qabel il-kirurġija.


    Id-doża kkalkulata mit-tabib tingħata darbtejn fil-ġimgħa għal 4 ġimgħat. Meta tagħti d-demm, NeoRecormon jingħatalek fl-aħħar tas-sessjoni ta’ donazzjoni.


    Id-doża massima m’għandhiex taqbeż

    • għall-injezzjonijiet ġol-vini: 1600 IU għal kull 1 kg tal-piż ta’ ġismek kull ġimgħa

    • għall-injezzjonijiet taħt il-ġilda: 1200 IU għal kull 1 kg tal-piż ta’ ġismek kull ġimgħa.

    Jekk tieħu NeoRecormon aktar milli suppost

    Iżżidx id-doża li tak it-tabib tiegħek. Jekk taħseb li injettajt NeoRecormon aktar milli suppost, informa lit-tabib tiegħek. Mhux probabbli li tkun xi ħaġa serja. Anki b’livelli għoljin ħafna fid-demm , ma ġew

    osservati l-ebda sintomi ta’ ivveleniment.


    Jekk tinsa tuża NeoRecormon

    Jekk qbiżt injezzjoni, jew injettajt ftit wisq, kellem lit-tabib tiegħek.


    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Effetti sekondarji li jistgħu jaffetwaw lil kull pazjent

    • Ħafna persuni (komuni ħafna jista’ jaffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10) jkollhom livelli ta’ ħadid fid-demm tagħhom aktar baxx. Kważi l-pazjenti kollha jkollhom jiġu kkurati b’supplimenti ta’ ħadid waqt it-terapija b’NeoRecormon.

    • Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000) dehru allerġiji jew reazzjonijiet tal-ġilda, bħal raxx jew urtikarja, ħakk jew reazzjonijiet madwar is-sit tal- injezzjoni.

    • Rari ħafna (tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 10,000) dehret forma severa ta’ reazzjoni allerġika, speċjalment eżatt wara l-injezzjoni. Din għandha tiġi kkurata mill-ewwel. Kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok tisfir mhux tas-soltu jew diffikultà fin-nifs; ilsienek, wiċċek jew griżmejk minfuħin, jew nefħa madwar is-sit tal-injezzjoni; jekk tħossok ħażin jew sturdut jew jekk tikkollassa.

    • Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000) kien hemm persuni li esperjenzaw sintomi li jixbhu lil dawk tal-influwenza, speċjalment meta jkunu għadhom kemm bdew it-trattament. Dawn jinkludu deni, rogħda, uġigħ ta’ ras, uġigħ fir-riġlejn jew fid-dirgħajn, uġigħ fl-għadam u/jew tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali. Dawn ir-reazzjonijiet ġeneralment kienu ħfief għal moderati u marru wara ftit sigħat jew ġranet.

    • Kien hemm rapporti ta’ raxxijiet serji tal-ġilda fosthom is-sindrome ta’ Stevens-Johnson u

      nekroliżi epidermali tossika b’rabta ma’ kura b’epoetini. Dawn jistgħu jidhru bħala makuli

      ħomor qishom tarġit jew dbabar tondi ħafna drabi bi nfafet ċentrali fuq it-tronk, tqaxxir tal-ġilda, ulċeri fil-ħalq, fil-gerżuma, fl-imnieħer, fuq il-ġenitali u fl-għajnejn u jistgħu jkunu ppreċeduti

      minn deni u sintomi simili għal dawk tal-influwenza. Ieqaf uża NeoRecormon jekk tiżviluppa

      dawn is-sintomi u kkuntattja lit-tabib tiegħek jew fittex attenzjoni medika minnufih. Ara wkoll sezzjoni 2.


      Effetti sekondarji oħra f’persuni b’marda kronika fil-kliewi (anemija renali)

    • L-aktar effetti sekondarji komuni huma żieda fil-pressjoni tad-demm, pressjoni tad-demm għolja li tmur għall-agħar u wġigħ ta’ ras (komuni ħafna jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10). It-tabib tiegħek se jiċċekkja l-pressjoni tad-demm tiegħek regolarment, speċjalment fil-bidu tat-terapija. It-tabib tiegħek jista’ jikkura l-pressjoni tad- demm għolja permezz ta’ mediċinali jew billli jinterrompi temporanjament it-terapija b’NeoRecormon.

    • Kellem tabib immedjatament jekk ikollok uġigħ ta’ ras, speċjalment uġigħ ta’ ras f’daqqa, li ttektek u li tixbaħ lill-emigranja, konfużjoni, disturbi fil-kliem, mixi mhux stabbli, aċċessjoni jew konvulżjoni. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ pressjoni tad-demm elevata b’mod sever (kriżi ipertensiva), anki jekk il-pressjoni tad-demm tiegħek normalment tkun normali jew baxxa. Din għandha tiġi kkurata mill-ewwel.

    • Jekk ikollok pressjoni tad-demm baxxa jew kumplikazzjonijiet tax-shunt, tista’ tkun f’riskju ta’ trombożi tax-shunt (tgħaqqid tad-demm ġol-vina jew arterja użata għall-konnessjoni mas-sistema tad-dijalisi).

    • Rari ħafna (tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 10,000) kien hemm pazjenti li kellhom żieda fil-livelli ta’ potassju jew tal-fosfati fid-demm. Dan jista’ jiġi kkurat mit-tabib tiegħek.

    • Aplasija pura taċ-ċelloli l-ħomor (PRCA) ikkawżata minn antikorpi newtrallizzanti kienet osservata waqt terapija b’eritropoetin, inkluż każijiet iżolati waqt terapijab’NeoRecormon. PRCA jfisser li l-ġisem jieqaf jew inaqqas il-produzzjoni taċ-ċelluli l-ħomor tad-demm. Din tikkawża anemija severa, li s-sintomi tagħha jinkludu għejja mhux tas-soltu u nuqqas ta’ enerġija. Jekk ġismek jipproduċi antikorpi newtralizzanti, it-tabib tiegħek se jwaqqaf it-terapija b’NeoRecormon u jiddetermina l-aħjar azzjoni biex tkun ikkurata l-anemija tiegħek.


      Aktar effetti mhux mixtieqa f’adulti li qed jirċievu kimoterapija għall-kanċer

    • Kultant jistgħu jseħħu żieda fil-pressjoni tad-demm u wġigħ ta’ ras. It-tabib tiegħek jista’ jikkura l-pressjoni għolja tad-demm b’mediċini.

    • Kienet osservata żieda fl-okkorrenza ta’ tgħaqqid tad-demm.


      Effetti sekondarji oħra f’persuni li jagħtu d-demm tagħhom qabel kirurġija

    • Kienet osservata żieda żgħira fl-okkorrenza ta’ tgħaqqid tad-demm.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

    direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’AppendiċiV*. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen NeoRecormon


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax NeoRecormon wara d-data ta’ meta jiskadi li tidher fuq il-pakkett.

    • Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).

    • Is-siringa tista’ titneħħa mill-friġġ u tista’ titħalla f’temperatura tal-kamra għal perjodu wieħed ta’ mhux aktar minn 3 ijiem (iżda mhux f’aktar minn 25°C).

    • Żomm is-siringa mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

    • Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih NeoRecormon

urea, sodium chloride, polysorbate 20, sodium dihydrogen phosphate dihydrate, disodium phospate dodecahydrate, calcium chloride dihydrate, glycine, L-Leucine, L-Isoleucine, L-

Threonine, L-Glutamic acid, u L-Phenylalanine u ilma għall-injezzjonijiet.


Kif jidher NeoRecormon u l-kontenut tal-pakkett


NeoRecomon huwa soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Is-soluzzjoni hija bla kulur, ċara għal kemmxejn tkanġi.

NeoRecormon 500 IU, 2000 IU, 3000 IU, 4000 IU, 5000 IU u 6000 IU: Kull siringa mimlija għal-lest fiha 0.3 ml ta’ soluzzjoni.

NeoRecormon 10,000 IU, 20,000 IU u 30,000 IU: Kull siringa mimlija għal-lest fiha 0.6 ml ta’

soluzzjoni.


NeoRecormon huwa pprovdut fid-daqsijiet ta’ pakketti li ġejjin:


NeoRecormon 500 IU

Siringa mimlija għal-lest waħda b’labra waħda (30G1/2) jew 6 siringi mimlija għal-lest b’6 labriet (30G1/2).


NeoRecormon 2000 IU, 3000 IU, 4000 IU, 5000 IU, 6000 IU, 10,000 IU u 20,000 IU

Siringa mimlija għal-lest waħda b’labra waħda (27G1/2) jew 6 siringi mimlija għal-lest b’6 labriet (27G1/2).


NeoRecormon 30,000 IU

Siringa mimlija għal-lest waħda b’labra waħda (27G1/2) jew 4 siringi mimlija għal-lest b’4 labriet (27G1/2).


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Roche Registration GmbH

Emil-Barell-Strasse 1

79639 Grenzach-Wyhlen Il-Ġermanja


Il-Manifattur

Roche Pharma AG

Emil-Barell-Strasse 1

D-79639 Grenzach-Wyhlen Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

    1. Roche S.A.

      Tél/Tel: +32 (0) 2 525 82 11

      Lietuva

      UAB “Roche Lietuva” Tel: +370 5 2546799


      България

      Рош България ЕООД

      Тел: +359 2 818 44 44

      Luxembourg/Luxemburg

      (Voir/siehe Belgique/Belgien)


      Česká republika

      Roche s. r. o.

      Tel: +420 - 2 20382111

      Magyarország

      Roche (Magyarország) Kft. Tel: +36 - 1 279 4500


      Danmark

      Roche a/s

      Tlf: +45 - 36 39 99 99

      Malta

      (See Ireland)


      Deutschland

      Roche Pharma AG

      Tel: +49 (0) 7624 140

      Nederland

      Roche Nederland B.V.

      Tel: +31 (0) 348 438050

      Eesti

      Roche Eesti OÜ

      Tel: + 372 - 6 177 380

      Norge

      Roche Norge AS

      Tlf: +47 - 22 78 90 00


      Ελλάδα

      Roche (Hellas)A. .E.

      Τηλ: +30 210 61 66 100

      Österreich

      Roche Austria GmbH Tel: +43 (0) 1 27739


      España

      Roche Farma S.A.

      Tel: +34 - 91 324 81 00

      Polska

      Roche Polska Sp.z o.o.

      Tel: +48 - 22 345 18 88


      France

      Roche

      Tél: +33 (0) 1 47 61 40 00

      Portugal

      Roche Farmacêutica Química, Lda Tel: +351 - 21 425 70 00


      Hrvatska

      Roche d.o.o

      Tel: +385 1 4722 333

      România

      Roche România S.R.L.

      Tel: +40 21 206 47 01


      Ireland

      Roche Products (Ireland) Ltd.

      Tel: +353 (0) 1 469 0700

      Slovenija

      Roche farmacevtska družba d.o.o.

      Tel: +386 - 1 360 26 00


      Ísland

      Roche a/s

      c/o Icepharma hf Sími: +354 540 8000

      Slovenská republika Roche Slovensko, s.r.o. Tel: +421 - 2 52638201


      Italia

      Roche S.p.A.

      Tel: +39 - 039 2471

      Suomi/Finland

      Roche Oy

      Puh/Tel: +358 (0) 10 554 500


      Kύπρος

      Γ.Α.Σταμάτης & Σια Λτδ.

      Τηλ: +357 - 22 76 62 76

      Sverige

      Roche AB

      Tel: +46 (0) 8 726 1200


      Latvija

      Roche Latvija SIA

      Tel: +371 - 6 7039831

      United Kingdom (Northern Ireland)

      Roche Products (Ireland) Ltd.

      Tel: +44 (0) 1707 366000


      Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}>


      .

      NeoRecormon siringa mimlija għal-lest Istruzzjonijiet dwar l-Użu


      1. istruzzjonijiet li ġejjin jispjegaw kif tagħti injezzjoni ta’ NeoRecormon. Kun ċert li taqra, tifhem u ssegwi l-Istruzzjonijiet dwar l-Użu kif ukoll il-fuljett ta’ tagħrif qabel tinjetta NeoRecormon. Il- fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek għandu jurik kif għandek tipprepara u tinjetta NeoRecormon sew qabel ma tużah għall-ewwel darba. Tinjettax lilek innifsek b’NeoRecormon jekk ma tkunx irċevejt taħriġ. Ikkonsulta l-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek jekk għandek bżonn aktar istruzzjonijiet. NeoRecormon jista’ jingħata permezz ta’ 2 modi, it-tabib tiegħek se jiddeċiedi liema mod huwa tajjeb għalik:

        • Għoti fil-vini (ġol-vina jew port fil-vina), għandu jsir minn professjonisti tal-kura tas-saħħa biss.

        • Għoti taħt il-ġilda.


Qabel ma tibda

tal-għatu tal-lastku, għatu tal-labra u siringa użata.


Preparazzjoni għall-injezzjoni


    1. Sib wiċċ fejn taħdem imdawwal tajjeb, nadif u ċatt.

      • Neħħi l-kaxxa bis-siringa(i) u l-labra/labar mill-friġġ


    2. Iċċekkja li l-kaxxa m’għandhiex ħsara u ċċekkja li d-data ta’ meta tiskadi fuq il-kaxxa ma tkunx għaddiet.

      • Tużax jekk id-data ta’ meta tiskadi tkun għaddiet, jekk is-siringa titwaqqa’ jew issirilha l-ħsara, jew jekk il-kaxxa tidher imbagħbsa. F’dan il-każ, ipproċedi għal pass 19 u kkuntattja lill-fornitur

        tal-kura tas-saħħa tiegħek.


    3. Ħu siringa waħda mill-kaxxa u labra waħda mill-kaxxa li fiha l-labar. Oqgħod attent meta toħroġ

      is-siringa. Kun ċert li dejjem iżżomm is-siringa kif muri fl-istampa.

      • Taqlibx il-kaxxa ta’ taħt fuq biex tneħħi s-siringa.

      • Taqbadx is-siringa billi żżomm il-planġer jew l-għatu tal-labra.

        Nota: Jekk għandek pakkett multiplu, poġġi l-kaxxa bis-siringa(i) u l-labra/labar li jifdal lura fil-friġġ

        image

    4. Spezzjona s-siringa u l-labra sew

      • Iċċekkja s-siringa u l-labra għal kwalunkwe ħsara. Tużax is-siringa jekk waqqajt is-siringa jew jekk xi parti tas-siringa tidher li għandha l-ħsara.

        • Iċċekkja d-data ta’ meta tiskadi fuq is-siringa u l-labra. Tużax is-siringa jew il-labra jekk id-data ta’ meta tiskadi tkun għaddiet.

        • Iċċekkja l-likwidu fis-siringa. Il-likwidu għandu jkun ċar u bla kulur. Tużax is-siringa jekk il- likwidu jkun imdardar, bidel il-kulur, jew ikun fih xi frak.


    5. Poġġi s-siringa fuq wiċċ nadif u ċatt.

      • Ħalli s-siringa għal 30 minuta biex tkun tista’ tisħon waħedha u tilħaq it-temperatura tal-kamra. Tneħħix l-għatu tal-labra waqt li tkun qed tisħon.

      • M’għandekx tħaffef dan il-proċess bl-ebda mod, u tpoġġix is-siringa fil-microwave jew f’ilma

        sħun.

        Nota: Jekk is-siringa ma tilħaqx it-temperatura tal-kamra, dan jista’ jikkawża li l-injezzjoni tinħass skomda u jkun diffiċli biex timbotta l-planġer.

        image


    6. Waħħal il-labra mas-siringa.

      • Neħħi l-labra mill-folja tagħha.

      • Neħħi l-għatu tal-lastku mit-tarf tas-siringa (A).

      • Armi l-għatu tal-lasktu f’kontenitur għar-rimi li ma jittaqqabx jew għar-rimi ta’ oġġetti li jaqtgħu

        u bil-ponta minnufih.

      • Tmissx il-ponta tas-siringa.

      • Timbuttax u tiġbidx il-planġer.

      • Żomm is-siringa mill-parti tal-bittija u waħħal il-labra mas-siringa billi timbotta (B).

      • Dawwar bil-mod sakemm tkun imwaħħla kompletament (C)


        image

        image

        A)


        B)


        C)


    7. Poġġi s-siringa fuq wiċċ nadif u ċatt sakemm tkun lesta biex tintuża.


    8. Aħsel idejk bis-sapun u l-ilma.


    9. Agħżel Sit għall-Injezzjon:

      • Is-siti tal-injezzjoni rakkomandati huma l-parti ta’ fuq tal-koxxa jew il-parti t’isfel tal-addome tiegħek taħt iż-żokra. Tinjettax fiż-żona ta’ 5 ċm (2 pulzieri) direttament madwar iż-żokra

        tiegħek.

      • Agħżel sit għall-injezzjoni differenti għal kull injezzjoni ġdida.

      • Tinjettax f’għazez, ċikatriċi, tbenġil, jew żoni fejn il-ġilda tuġgħa, tkun ħamra, iebsa jew ma tkunx intatta.

      • Tinjettax fil-vina jew ġo muskolu


        image

    10. Imsaħ is-sit tal-injezzjoni b’imselħa bl-alkoħol u ħalliha tinxef fl-arja għal 10 sekondi.

      • Trewwaħx u tonfoħx fuq iż-żona mnaddfa.

      • Terġax tmiss is-sit tal-injezzjoni qabel ma tagħti l-injezzjoni.

image


Għoti tal-injezzjoni taħt il-ġilda


11Mexxi l-protezzjoni tas-sigurtà ’l bogħod mil-labra lejn tal-parti tas-siringa fejn hemm il-mediċina.

image


  1. Żomm is-siringa u l-labra sewwa mill-parti ċentrali u b’attenzjoni neħħi l-għatu tal-labra tal- injezzjoni billi tiġbdu ’l bogħod mis-siringa. Uża s-siringa fi żmien 5 minuti wara li tneħħi l- għatu; inkella, il-labra tista’ tinstadd.

    • Iżżommx il-planġer waqt li tneħħi l-għatu tal-labra.

    • Tmissx il-labra wara li tneħħi l-għatu tal-labra.

    • Terġax tpoġġi l-għatu fuq il-labra.

      Armi l-għatu tal-labra fil-kontenitur għar-rimi ta’ oġgetti li jaqtgħu jew bil-ponta immedjatament.

      image

  2. Żomm is-siringa bil-labra tipponta ’l fuq. Neħħi l-bżieżaq tal-arja l-kbar billi ttektek il-parti tas- siringa li fiha l-mediċina bil-mod b’subgħajk sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilgħu fil-wiċċ tas- siringa. Imbagħad, bil-mod imbotta l-planġer ’il fuq biex tneħħi l-bżieżaq tal-arja mis-siringa.

    image


  3. Aġġusta d-doża preskritta tiegħek billi timbotta l-planġer bil-mod.


    image


  4. Oqros is-sit tal-injezzjoni magħżul u daħħal il-labra kollha b’angolu ta’ 45° sa 90° b’azzjoni mgħaġġla u soda.

    • Tmissx il-planġer waqt li ddaħħal il-labra fil-ġilda

    • Iddaħħalx il-labra minn ġol-ħwejjeġ.

      Ladarba tkun daħħalt il-labra, erħi l-qarsa u żomm is-siringa sewwa fil-post.

      image

  5. Injetta bil-mod id-doża preskritta tiegħek billi timbotta l-planġer bil-mod s’isfel nett

    • Neħħi l-labra u s-siringa mis-sit tal-injezzjoni bl-istess angolu kif daħħalthom.

      image


      Wara l-injezzjoni


  6. Jista’ jkun hemm ftit fsada fis-sit tal-injezzjoni. Tista’ tagħfas garża sterili u xotta fuq is-sit tal- injezzjoni. Togħrokx is-sit tal-injezzjoni.

    • Jekk meħtieġ, tista’ tgħatti s-sit tal-injezzjoni b’faxxa żgħira.

    • F’każ ta’ kuntatt tal-mediċina mal-ġilda, aħsel iż-żona li messet mal-mediċina bl-ilma.


  7. Mexxi l-protezzjoni tas-sigurtà 90° ’il quddiem, ’il bogħod mill-bittija tas-siringa (A).

    Waqt li żżomm is-siringa b’id waħda, agħfas il-protezzjoni tas-sigurtà ma’ wiċċ ċatt b’moviment sod u mgħaġġel sakemm tisma’ “klikk” (B).

    • Jekk ma tismax klikk, ħares biex tara li l-labra hija mgħottija kollha mill-protezzjoni tas-sigurtà.

      image

    • Żomm subgħajk wara l-protezzjoni tas-sigurtà u ’l bogħod mil-labra l-ħin kollu.


      A)


      B)

  8. Poġġi s-siringa użata tiegħek f’kontenitur għar-rimi ta’ oġgetti li jaqtgħu jew bil-ponta immedjatament wara l-użu.

    • Tippruvax tneħħi l-labra tal-injezzjoni użata mis-siringa użata.

    • Terġax tpoġġi l-għatu fuq il-labra tal-injezzjoni.

    • Tarmix is-siringa mal-iskart domestiku tiegħek.

Importanti: Dejjem żomm il-kontenitur għar-rimi ta’ oġgetti li jaqtgħu jew bil-ponta fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

<--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

--->


Istruzzjonijiet dwar l-Użu għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss


L-Istruzzjonijiet dwar l-Użu li ġejjin jispjegaw kif tagħti injezzjoni ġol-vini ta’ NeoRecormon. Kun ċert li taqra, tifhem u ssegwi l-Istruzzjonijiet dwar l-Użu kif ukoll il-fuljett ta’ tagħrif qabel tinjetta NeoRecormon.


Għoti tal-injezzjoni ġol-vina (minn professjonist tal-kura tas-saħħa)

Preparazzjoni għall-injezzjoni: segwi passi 1 sa 8


  1. Agħżel vina. Ibdel il-vina ma’ kull injezzjoni biex tevita uġigħ f’post wieħed.

    • Tinjettax f’żona ħamra jew minfuħa.

    • Tinjettax ġo muskolu.

      Naddaf il-ġilda fuq il-vina b’imselħa bl-alkoħol u ħalliha tinxef.

    • Trewwaħx u tonfoħx fuq iż-żona mnaddfa.

    • Terġax tmiss is-sit tal-injezzjoni qabel ma tagħti l-injezzjoni.


  2. Ipprepara s-siringa u l-labra: segwi passi 11 sa 14. 15 Daħħal il-labra ġol-vina.

    • Iżżommx u timbuttax il-planġer waqt li ddaħħal il-labra fil-ġilda.

16 Injetta d-doża preskritta tiegħek bil-mod billi timbotta l-planġer bil-mod s’isfel nett. Neħħi l-labra u s-siringa mis-sit tal-injezzjoni bl-istess angolu kif daħħalthom.


Wara l-injezzjoni segwi passi 17 sa 19.


Għoti tal-injezzjoni ġol-vina permezz ta’ port tal-injezzjoni

Preparazzjoni għall-injezzjoni: segwi passi 1 sa 8.


  1. Naddaf il-ġilda fuq il-port tal-injezzjoni b’imselħa bl-alkoħol u ħalliha tinxef. Naddaf il-port tal-injezzjoni kif qallek il-fornitur.

    • Trewwaħx u tonfoħx fuq iż-żona mnaddfa.

    • Terġax tmiss is-sit tal-injezzjoni qabel ma tagħti l-injezzjoni.


  2. Ipprepara s-siringa u l-labra: segwi passi 11 sa 14.


  1. Daħħal il-labra ġol-port tal-injezzjoni (segwi l-istruzzjoni tal-fornitur tal-port tal-injezzjoni)

    • Iżżommx u timbuttax il-planġer waqt li ddaħħal il-labra.

  2. Injetta d-doża preskritta tiegħek bil-mod billi timbotta l-planġer bil-mod s’isfel nett. Neħħi l-labra u s-siringa mill-port tal-injezzjoni bl-istess angolu kif daħħalthom.


Wara l-injezzjoni segwi passi 17 sa 19.