Puregon
follitropin beta
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’
tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4
X’inhu Puregon u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tuża Puregon
Kif għandek tuża Puregon
4. Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Puregon
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Puregon, soluzzjoni għall-injezzjoni fih follitropin beta, ormon magħruf bħala ormon li jistimula l- follikulu (FSH).
FSH jappartjeni fil-kategoija ta’ gonadotrofini, li għadhom rwol importanti fil-fertilità u fir- riproduzzjoni tal-bniedem. Fin-nisa, FSH huwa meħtieġ għat-tkabbir u l-iżvilupp ta’ follikuli fl-ovarji. Il-follikuli huma boroż żgħar tondi li jkun fihom iċ-ċelluli tal-bajd. Fl-irġiel, FSH huwa meħtieġ għal produzzjoni tal-isperma.
Puregon jintuża biex jitratta l-infertilità f’xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
Fin-nisa li mhux qed jovulixxu u ma rrispondewx għall-kura bi clomifene citrate, Puregon jista’ jintuża sabiex ikun hemm ovulazzjoni..
F’nisa li qed jieħdu sehem fi programm li jinvolvi t-teknika ta’ riproduzzjoni assistita, inkluż il-
fertilizzazzjoni in vitro (IVF) u metodi oħra, Puregon jista’ jintuża sabiex jikkawża l-iżvilupp ta’ follikuli multipli.
Fl-irġiel li huma infertili minħabba livelli baxxi ta’ ormoni, Puregon jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-isperma.
allerġiku għal follitropin beta jew għal xi sustanza oħra ta’ Puregon (imniżżla fis-sezzjoni 6)
għandek tumur tal-ovarju, tas-sider, tal-utru, tat-testikoli jew tal-moħħ (tal-glandola pitwitarja jew tal-ipotalamu)
għandek fsada vaġinali qawwija jew fejn il-kawża mhix magħrufa
għandek ovarji li ma jaħdmux minħabba kundizzjoni msejjħa indeboliment primarju tal-ovarji.
għandek ċisti fl-ovarji jew ovarji mkabbra li m’humiex ikkawżati minn sindrome poliċistiku ta’
l-ovarji (PCOS)
għandek malformazzjonijiet tal-organi sesswali li jagħmel tqala normali impossibbli
għandek tumuri fibrużi fl-utru li jagħmel tqala normali impossibli
raġel u infertili minhabba kundizzjoni msejjħa indeboliment primarju tat-testikoli.
Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Puregon jekk inti:
kellek reazzjoni allerġika għal ċerti antibijotiċi (neomycin u/jew streptomycin)
għandek problemi mhux ikkontrollati tal-glandola pitwitarja jew tal-ipotalamu
għandek glandola tat-tirojde li mhux attiva biżżejjed (ipotirojdiżmu)
għandek glandoli adrenali li mhux qed jaħdmu tajjeb (insuffiċjenza adrenokortikali)
għandek livelli għoljin ta’ prolactin fid-demm (iperprolaktinemija)
għandek xi kondizzjonijiet mediċi oħra (per eżempju, dijabete, mard tal-qalb, jew xi marda oħra
li tieħu fit-tul).
Jekk inti mara:
Sindrome tal-iperstimulazzjoni tal-ovarji (OHSS - ovarian hyperstimulation syndrome)
It-tabib tiegħek jiċċekja l-effetti tat-trattament regolarment biex ikun jista’ jagħżel l-aħjar dożaġġ ta’ Puregon minn jum għal jum. Inti tista tagħmel skans ultrasoniċi tal-ovarji b’mod regolari. It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja wkoll il-livelli ta’ ormoni fid-demm tiegħek. Dan hu importanti ħafna billi doża għolja ħafna ta’ FSH tista’ twassal għal komplikazzjonijiet rari imma serji li fihom l-ovarji jiġu stimulati żżejjed u l-follikuli li jkunu qed jikbru jsiru akbar min-normal. Din il-kondizzjoni medika serja hija msejħa sindrome tal-iperstimulazzjoni tal-ovarji (OHSS). F’każijiet rari, OHSS qawwija tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja.
OHSS iġġiegħel fluwidu jinġemgħa f’daqqa waħda fl-istonku u fil-partijiet ta’ sidrek u tista’ tikkawża l-formazzjoni ta’ tagħqid tad-demm. Ċempel lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota nefħa severa fl- addome, uġigħ fil-parti tal-istonku (addome), tħossok imdardra (nawsja), rimettar, żieda f’daqqa fil- piż minħabba li jinġemgħa l-fluwidu, dijarea, tnaqqis fl-għamil tal-awrina jew tbatija biex tieħu n-nifs (ara wkoll sezzjoni 4 dwar Effetti Sekondarji Possibbli).
Monitoraġġ regolari tar-rispons għall-kura b’FSH jgħin biex jilqa’ kontra stimulazzjoni żejda tal- ovarji. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk tħoss uġigħ fl-istonku anke jekk dan jiġri wara ftit jiem li tkun ingħatat l-aħħar injezzjoni.
Tqala multipla jew difetti tat-twelid
Wara kura bi preparazzjonijiet ta’ gonadotrophin, hemm żieda fiċ-ċans li jkollok tqala multipla anke meta embriju wieħed biss jiġi ttrasferit ġol-utru. Tqaliet multipli jġibu magħhom żieda fir-riskju kemm għas-saħħa tal-omm kif ukoll għat-trabi tagħha meta jasal iż-żmien biex l-omm twelled. Flimkien ma’ dan, tqaliet multipli u l-karatteristiċi tal-pazjenti li jkunu qed jirċievu kura għal problemi ta’ fertilità (eż. l-età tal-mara, karatteristiċi tal-isperma, sfond ġenetiku taż-żewġ ġenituri), jistgħu jkunu assoċjati ma’ żieda fir-riskju ta’ difetti tat-twelid.
Komplikazzjonijiet tat-tqala
Hemm riskju kemmxejn akbar ta’ tqala barra mill-utru (tqala ektopika). Għalhekk, it-tabib tiegħek għandu jagħmillek eżami ultrasoniku minn kmieni biex jeskludi l-possibbiltà ta’ tqala barra mill-utru.
F’nisa li jkunu qed jirċievu kura minħabba problemi ta’ fertilità, jista’ jkun hemm ċans ftit ogħla ta’
korriment.
Tagħqid tad-demm (Trombożi)
Il-kura b’Puregon, bħat-tqala nnifisha, tista’ żżid ir-riskju li jkollok tagħqid tad-demm (trombożi).
Trombożi hija l-formazzjoni ta’ embolu tad-demm f’vina jew arterja.
Tagħqid tad-demm jista’ jikkawża kondizzjonijiet mediċi serji, bħal:
imblokk fil-pulmuni (embolu fil-pulmun)
puplesija
attakk tal-qalb
problemi fl-arterji jew fil-vini (tromboflebite)
nuqqas ta’ provvista tad-demm (trombożi fil-vini tal-fond) li jista’ jwassal għal telf ta’ driegħ jew riġel.
Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek qabel ma’ tibda l-kura, speċjalment:
jekk diġà taf li għandek iktar ċans li jkollok trombożi
jekk int, jew xi ħadd tal-familja qrib tiegħek, xi darba kellhom trombożi
jekk għandek ħafna piż żejjed.
Torsjoni tal-ovarji
Torsjoni tal-ovarji seħħet wara kura b’gonadotropins inkluż Puregon. Torsjoni tal-ovarji hija liwja ta’ ovarju. Liwja ta’ ovarju tista’ tikkawża qtugħ fil-provvista tad-demm lejn l-ovarju.
Qabel tibda tuża din il-mediċina, għid lit-tabib tiegħek jekk inti:
qatt kellek sindrome ta’ stimulazzjoni żejda tal-ovarji (OHSS)
tqila jew taħseb li tista’ tkun tqila
qatt kellek operazzjoni fl-istonku (fl-addome)
qatt kellek liwja ta’ ovarju
fil-passat kellek jew bħalissa għandek ċesti f’ovarju jew fl-ovarji.
Tumuri fl-ovarji u tumuri oħra fis-sistema riproduttiva
Kien hemm rapporti ta’ tumuri fl-ovarji u tumuri oħra fis-sistema ripoduttiva f’nisa li ħadu kura għall- infertilità. Mhuwiex magħruf jekk kura b’mediċini tal-fertilità żżidx ir-riskju ta’ dawn it-tumuri f’nisa mhux fertili.
Kondizzjonijiet mediċi oħra
Barra dan, qabel tibda tuża din il-mediċina, għid lit-tabib tiegħek jekk:
tabib qallek li t-tqala tista’ tkun ta’ periklu għalik.
Jekk inti raġel:
Irġiel b’wisq FSH fid-demm tagħhom
Livelli ta’ FSH għolja fid-demm huma sinjali ta’ ħsara fit-testikoli. Ġeneralment, Puregon m’huwiex effettiv f’dawn il-każi. Sabiex jiġu iċċekjati l-effetti tal-kura, it-tabib jista’ jitolbok kampjun tas-
sement biex jiġi analiżat, erba’ sa sitt xhur wara l-bidu tal-kura.
M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Puregon fi tfal u adolexxenti.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Jekk Puregon jintuża flimkien ma’ clomifene citrate, l-effett ta’ Puregon jista’ jiżdied. Jekk jingħata
agonista ta’ GnRH (mediċina li tintuża biex tippreveni ovulazzjoni bikrija), jista’ ikun hemm bżonn dożi aktar għolja ta’ Puregon.
Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir qabel tieħu xi mediċina. Inti m’għandekx tuża
Puregon jekk inti diġà tqila, jew taħseb li tista’ tkun tqila.
Puregon jista’ jaffettwa l-produzzjoni tal-ħalib. X’aktarx li Puregon ma jgħaddix ġol-ħalib tas-sider. Jekk qed tredda', għid lit-tabib tiegħek qabel ma tuża Puregon.
X’aktarx li Puregon ma jaffetwalekx il-ħila li ssuq jew tħaddem magni.
Dan il-prodott mediċinali fih 10 mg benzyl alcohol f’kull mL. Benzyl alcohol jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.
Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir jekk għandek mard tal-fwied jew tal-kliewi. Dan
huwa minħabba li ammonti kbar ta’ benzyl alcohol jistgħu jakkumulaw fil-ġisem tiegħek u jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji (imsejħa "aċidożi metabolika –metabolic acidosis ").
Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir jekk inti tqila jew qed tredda’. Dan huwa minħabba li ammonti kbar ta’ benzyl alcohol jistgħu jakkumulaw fil-ġisem tiegħek u jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji (imsejħa "aċidożi metabolika –metabolic acidosis ").
Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull injezzjoni, jiġifieri essenzjalment
‘ħieles mis-sodium’.
Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi fuq id-doża inizjali. Din id-doża għandha mnejn tiġi aġġustata matul il- perijodu tal-kura. Aktar dettalji tal-iskeda tal-kura huma mogħtija hawn isfel.
Hemm differenzi kbar bejn mara u oħra fir-rispons tal-ovarji għal FSH li jagħmilha impossibbli li jkun hemm skeda ta’ dożaġġ adattata għall-pazjenti kollha. Sabiex tinsab id-doża adattata, it-tabib tiegħek
jiċċekja t-tkabbir follikulari tiegħek permezz ta’ skanijiet bl-ultrasound, u bil-kejl tal-ammont ta’ oestradiol (ormon tas-sess tan-nisa) fid-demm.
∗ Nisa li mhux qed ikollhom ovulazzjoni
Id-doża inizjali tiġi ssettjata mit-tabib tiegħek. Din id-doża tibqa’ tinżamm għal tal-anqas sebat
ijiem. Jekk ma jkunx hemm rispons mill-ovarji, id-doża ta’ kuljum tiżdid gradwalment sakemm it-tkabbir follikulari u/jew il-livelli tal-oestradiol fil-plażma jindikaw rispons xieraq. Din id- doża ta’ kuljum imbagħad tinżamm sakemm ikun hemm follikulu ta’ daqs xieraq. Ġeneralment, 7 sa 14-il jum ta’ kura jkunu biżżejjed. Il-kura bi Puregon imbagħad titwaqqaf u l-ovulazzjoni tiġi stimulata bl-għoti tal-gonadotrofina korjonika umana (hCG).
∗ Programmi ta’ riproduzzjoni medikament assistiti, bħal eżempju IVF
Fil-bidu d-doża tiġi settjata mit-tabib tiegħek. Din id-doża tinżamm għall-ewwel erbat ijiem.
Wara dan, id-doża tiegħek tkun tista’ tiġi aġġustata, abbażi tar-rispons tal-ovarji tiegħek. Meta jkun hemm numru suffiċjenti ta’ follikuli ta’ daqs xieraq, l-aħħar fażi ta’ maturazzjoni tiġi
stimulata bl-għoti ta’ hCG. Il-ġbir tal-bajd isseħħ 34-35 siegħa wara.
Ġeneralment, Puregon huwa preskritt f’doża ta’ 450 IU kull ġimgħa, l-aktar fi tliet dożaġġi ta’ 150 IU, flimkien ma’ ormon ieħor (hCG), għal tal-anqas 3 sa 4 xhur. Il-perjodu tal-kura huwa daqs iż- żmien tal-iżvilupp tal-isperma u iż- żmien li t-titjieb huwa mistenni. Jekk l-produżżjoni tal-isperma tiegħek tkun għadha ma’ bdietx wara dan il-perijodu, il-kura tiegħek tista’ titkompla sa tal-anqas 18-il xahar.
Puregon, soluzzjoni għall-injezzjoni fl-istoċċijiet ġie ddisinjat biex jintuża mal-Puregon Pen. L- istruzzjonijiet separati għall-użu tal-pinna għandhom jiġu segwiti b'attenzjoni. Tużax l-istoċċijiet jekk is-soluzzjoni fiha xi frak jew is-soluzzjoni m'hix ċara.
Permezz tal-pinna, injezzjonijiet taħt il-ġilda (fil-parti t’isfel tal-istonku, per eżempju) jistgħu jingħataw minnek stess jew sieħeb/sieħba tiegħek. It-tabib tiegħek għandu jgħidlek meta u kif tagħmel
dan. Jekk inti tinjetta lilek innifsek b’Puregon, segwi l-istruzzjonijiet bir-reqqa biex tagħti Puregon sew u bl-inqas inkonvenjent.
L-ewwel injezzjoni ta’ Puregon għandha tingħata biss fi preżenza ta’ tabib jew infermiera.
Għarraf lit-tabib tiegħek immedjatament.
Doża kbira wisq ta’ Puregon tista’ tikkawża iperstimulazzjoni tal-ovarji (OHSS). Din tista’ tintagħraf bħala uġigħ fl-istonku. Jekk inti inkwettat b’ uġigħ fl-istonku, għarraf lit-tabib minnufih. Ara wkoll sezzjoni 4 fuq effetti sekondarji possibbli.
Jekk tinsa tieħu doża, tiħux doża doppja biex tpatti għal doża li ma tkunx ħadt.
Ikkuntatja lit-tabib tiegħek.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
Komplikazzjoni ta’ kura b’FSH hija l-iperstimulazzjoni tal-ovarji. Stimulazzjoni żejda tal-ovarji tista’ tiżviluppa f’kondizzjoni medika msejħa sindrome ta’ iperstimulazzjoni tal-ovarji (OHSS), li tista’
tkun problema medika serja. Ir-riskju jista’ jitnaqqas billi jsir monitoraġġ b’attenzjoni tal-iżvilupp tal- follikuli waqt il-kura. It-tabib tiegħek se jagħmel skans ultrasoniċi tal-ovarji tiegħek biex jimmonitorja
b’attenzjoni n-numru ta’ follikuli li jkunu qed jimmaturaw. It-tabib tiegħek jista’ wkoll jiċċekkja l- livelli tal-ormoni fid-demm. Uġigħ fl-istonku, tħossok imdardra jew dijarea huma l-ewwel sintomi. F’każijiet aktar serji s-sintomi jistgħu jinkludu tkabbir tal-ovarji, akkumulazzjoni ta’ fluwidu fl-
addome u/jew fis-sider (li jista’ jikkawża żieda f’daqqa fil-piż minħabba akkumulazzjoni ta’ fluwidu)
u l-okkorrenza ta’ tagħqid ta’ demm fiċ-ċirkulazzjoni. Ara twissijiet u prekawzjonijiet f’sezzjoni 2.
Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk tħoss uġigħ fl-istonku, jew xi wieħed mis-sintomi l-
oħrajn ta’ iperstimulazzjoni tal-ovarji, anke jekk dan iseħħ xi jiem wara l-aħħar injezzjoni mogħtija.
Jekk inti mara:
Uġigħ ta’ ras
Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (bħal tbenġil, uġigħ, ħmura, nefħa u ħakk)
Sindrome tal-iperstimulazzjoni tal-ovarji (OHSS)
Uġigħ pelviku
Uġigħ fl-istonku u/jew gass żejjed
Disturbi fis-sider (li jinkludu sensittività)
Dijarea, stitikezza jew skonfort fl-istonku
Tkabbir tal-utru
Tħossok imdardra
Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva (bħal raxx, ħmura, urtikarja u ħakk)
Ċisti fl-ovarji jew tkabbir tal-ovarji
Torsjoni tal-ovarji (liwi tal-ovarji)
Ħruġ ta’ demm mill-vaġina
Emboli tad-demm (dawn jistgħu jseħħu wkoll fl-assenza ta’ stimulazzjoni żejda mhux mixtieqa tal-ovarji, ara twissijiet u prekawzjonijiet f’sezzjoni 2)
Kienu rrappurtati wkoll tqala barra mill-utru (tqala ektopika), korriment u tqaliet multipli. Dawn l- effetti sekondarji mhumiex ikkunsidrati li huma marbuta mal-użu ta’ Puregon, iżda ma’ Teknoloġija ta’ Riproduzzjoni Assistita (ART - Assisted Reproductive Technology) jew tqala sussegwenti
Jekk inti raġel:
Akne
Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (bħal ebusija u wġigħ)
Uġigħ ta’ ras
Raxx
Xi żvilupp tas-sider
Ċesta testikulari
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett
sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Aħżen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C (fi friġġ).Tagħmlux fil-friża.
Għandek żewġ għażliet:
Aħżen f’temperatura ta’ 2˚C - 8˚C (fi friġġ). Tagħmlux fil-friża.
Aħżen f’temperatura ta’ 25°C jew inqas (f’temperatura tal-kamra) għal perijodu wieħed ta’ mhux aktar minn 3 xhur.
Ħu nota ta’ meta bdejt taħżen il-prodott barra mill-friġġ.
Żomm l-istoċċ fil-kartuna ta’ barra.
La darba l-inforra tal-lastku ta' stoċċ ikun ittaqqab minn labra, il-prodott jista' jinħażen għal massimu ta' 28 jum.
Jekk jogħġbok niżżel id-data tal-istoċċ fit-tabella skedata ta' dożaġġ kif muri fil Manwal tal- Istruzzjonijiet tal-Puregon Pen.
Tużax Puregon wara d-data ta’ meta jiskadi li tidher fuq it-tikketta u fuq il-kartuna wara ‘EXP’. Id- data ta’ meta jiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Armi l-labar minnufih wara l-injezzjoni. Tħallatx mediċini oħra fl-istoċċijiet.
Stoċċijiet vojta m'għandhomx jimtlew mill-ġdid.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Kull stoċċ fih is-sustanza attiva follitropin beta, ormon magħruf bħala l-ormon li jistimula l- follikoli (FSH) f' qawwa ta' 833 IU/mL soluzzjoni akwea.
Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma sucrose, sodium citrate, L-methionine, polysorbate 20 u benzyl alcohol f'ilma għall-injezzjonijiet. Il-pH jista jiġi aġġustat b’sodium hydroxide u/jew hydrochloric acid.
Puregon soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni) hija likwidu ċar u mingħajr kulur. Hi tiġi fi stoċċ tal- ħgieġ. Hi disponibbli f'pakketti ta' stoċċ wieħed.
N.V. Organon Kloosterstraat 6
5349 AB Oss
L-Olanda
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
Organon Belgium
Tél/Tel: 0080066550123 (+32 2 2418100)
Organon Pharma B.V. Lithuania atstovybė Tel.: +370 52041693
Органон (И.А.) Б.В. -клон България
Тел.: +359 2 806 3030
Organon Belgium
Tél/Tel: 0080066550123 (+32 2 2418100)
Organon Czech Republic s.r.o. Tel: +420 233 010 300
Organon Hungary Kft.
Tel.: +36 1 766 1963
Organon Denmark ApS Tlf: + 45 4484 6800
Organon Pharma B.V., Cyprus branch Tel: +356 2277 8116
Organon Healthcare GmbH
Tel.: 0800 3384 726 (+49 (0) 89 2040022 10)
N.V. Organon
Tel: 00800 66550123
(+32 2 2418100)
Organon Pharma B.V. Estonian RO Tel: +372 66 61 300
Organon Norway AS Tlf: +47 24 14 56 60
BIANEΞ Α.Ε
Τηλ: +30 210 80091 11
Organon Austria GmbH Tel: +43 (0) 1 263 28 65
Organon Salud, S.L.
Tel: +34 91 591 12 79
Organon Polska Sp. z o.o.
Tel.: +48 22 105 50 01
Organon France
Tél: + 33 (0) 1 57 77 32 00
Organon Portugal, Sociedade Unipessoal Lda.
Tel: +351 218705500
Organon Pharma d.o.o.
Tel: +385 1 638 4530
Organon Biosciences S.R.L. Tel: +40 21 527 29 90
Organon Pharma (Ireland) Limited
Tel: +353 15828260medinfo.ROI@organon.com
Organon Pharma B.V., Oss, podružnica Ljubljana Tel: +386 1 300 10 80
Vistor hf.
Sími: + 354 535 7000
Organon Slovakia s. r. o.
Tel: +421 2 44 88 98 88
Organon Italia S.r.l.
Tel: +39 06 3336407
Organon Finland Oy
Puh/Tel: +358 (0) 29 170 3520
Organon Pharma B.V., Cyprus branch Τηλ: +357 22866730
Organon Sweden AB Tel: +46 8 502 597 00
Ārvalsts komersanta “Organon Pharma B.V.” pārstāvniecība
Tel: +371 66968876
għall-Mediċini .