Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Cimzia
certolizumab pegol

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Cimzia 200 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

certolizumab pegol


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Issibhom bħala pakketti ta’ 2 siringi mimlija għal-lest u 2 biċċiet bl-alkoħol, pakkett multiplu li fiħ 6 (3 pakketti ta’ 2) siringi mimlija għal-lest u 6 (3 pakketti ta’ 2) biċċiet bl-alkoħol, u pakkett

multiplu li fiħ 10 (5 pakketti ta’ 2) siringi mimlija għal-lest u 10 (5 pakketti ta’ 2) biċċiet bl-alkoħol. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-suq

UCB Pharma SA

Allée de la Recherche 60 B-1070 Brussel

Belġju

Manifattur

UCB Pharma S.A. Chemin du Foriest

B-1420 Braine l’Alleud Belġju


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-suq.


België/Belgique/Belgien UCB Pharma S.A./NV Tel/Tél: + 32 / (0)2 559 92 00

Lietuva

UCB Pharma Oy Finland Tel: + 358 9 2514 4221


България

Ю СИ БИ България ЕООД

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Luxembourg/Luxemburg UCB Pharma S.A./NV Tél/Tel: + 32 / (0)2 559 92 00


Česká republika

UCB s.r.o.

Tel: + 420 221 773 411

Magyarország

UCB Magyarország Kft. Tel.: + 36-(1) 391 0060


Danmark

UCB Nordic A/S

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Malta

Pharmasud Ltd.

Tel: + 356 / 21 37 64 36


Deutschland

UCB Pharma GmbH

Tel: + 49 /(0) 2173 48 4848

Nederland

UCB Pharma B.V.

Tel.: + 31 / (0)76-573 11 40


Eesti

UCB Pharma Oy Finland Tel: + 358 9 2514 4221

Norge

UCB Nordic A/S

Tlf: + 45 / 32 46 24 00


Ελλάδα

UCB Α.Ε.

Τηλ: + 30 / 2109974000

Österreich

UCB Pharma GmbH

Tel: + 43-(0)1 291 80 00


España

UCB Pharma S.A.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

Polska

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel.: + 48 22 696 99 20


France

UCB Pharma S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Portugal

UCB Pharma (Produtos Farmacêuticos), Lda Tel: + 351 / 21 302 5300


Hrvatska

Medis Adria d.o.o.

Tel: +385 (0) 1 230 34 46

România

UCB Pharma Romania S.R.L.

Tel: + 40 21 300 29 04


Ireland

UCB (Pharma) Ireland Ltd. Tel: + 353 / (0)1-46 37 395

Slovenija

Medis, d.o.o.

Tel: + 386 1 589 69 00


Ísland

Vistor hf.

Tel: + 354 535 7000

Slovenská republika

UCB s.r.o., organizačná zložka Tel: + 421 (0) 2 5920 2020

Italia

UCB Pharma S.p.A. Tel: + 39 / 02 300 791

Suomi/Finland

UCB Pharma Oy Finland Puh/Tel: + 358 9 2514 4221


Κύπρος

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd Τηλ: + 357 22 34 74 40

Sverige

UCB Nordic A/S

Tel: + 46 / (0) 40 29 49 00


Latvija

UCB Pharma Oy Finland

Tel: + 358 9 2514 4221

United Kingdom (Northern Ireland)

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Tel : + 353 / (0)1-46 37 395


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}




--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


STRUZZJONIJIETGĦAL INJEZZJONI CIMZIA PERMEZZ TA’ SIRINGA MIMLIJA GĦALL-LEST


Wara taħriġ xieraq, l-injezzjoni tista’ tingħata minnek inniffsek jew minn xi persuna oħra, per eżempju membru tal-familja jew ħabib. L-istruzzjonijiet li ġejjien jispjegaw kif tinjetta CIMZIA. Aqra l- istruzzjonijiet b’attenzjoni u segwihom pass wara pass. Ser jispjegalek it-tabib tiegħek jew il- professjonista fil-qasam tas-saħħa tiegħek fuq kif tinjetta lilek inniffsek. Tipprovax tinjetta lilek innifsek sakemm inti ċert li fhimt sew kif tipprepara u tieħu l-injezzjoni.


Din l-injezzjoni m’għandix tiġi mħallta fl-istess siringa ma’ xi mediċina oħra.


  1. Il-Preparazzjoni

    • joħroġ il-pakkett ta’ Cimzia mill-friġġ.

      • Jekk is-siġill ikun nieqes jew miksur – tużahx u kkuntatja l-ispiżjar tiegħek.


    • Neħħi dawn l-affarijiet li ġejjin mil-pakkett ta’ Cimzia u poġġihom fuq wiċċ ċatt nadif:

      • Siringa mimlija għal-lest waħda jew tnejn, jiddependi mid-doża preskritta

      • Biċċa jew biċċtejn bl-alkoħol


    • Ħares lejn id-data ta’ skadenza fuq is-siringa u l-pakkett. Tużax Cimzia wara d-data ta’ skadenza li hemm fuq il-pakkett u s-siringa wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata tax-xahar mniżżel.

    • Ħalli s-siringa mimlija lesta tilħaq it-temperatura tal-ambjent. Din tieħu 30 minuta. Din tnaqqas l-iskonfort waqt l-injezzjoni.

      • Tipprovax issaħħan is-siringa – ħalliha tisħon weħedha.


    • Tneħħiex it-tap qabel ma tkun lesta biex tinjetta.

    • Aħsel idejk sew


  2. L-għażla u l-preparazzjoni tas-sit ta’ l-injezzjoni

    • Għażel post f’koxxtejk jew f’żaqqek.


      image


    • Kull injezzjoni ġdida trid tingħata f’post differenti mill-posta ta’ l-aħħar injezzjoni.

      • Tinjettax f’post fejn il-ġilda hija ħamra, imbenġla, jew iebsa.

      • Imsaħ il-post ta’ l-injezzjoni bil-biċċa bl-alkoħol inkluża, billi tuża movement ċirkulari timxi minn ġewwa għal barra.

      • Terġax tmiss il-post qabel ma’ tinjetta.


  3. L-injezzjoni

    • Tħawwadx is-siringa.

      image Iċċekkja l-mediċina ġewwa s-siringa.

      • Tużax jekk is-soluzzjoni bidlet il-kulur, mċajpra jew jekk tara biċċiet fiha.

      • Jista’ jkun li tara bużżieqa tal-arja. Dan huwa normali. L-injettar tas- soluzzjoni minn taħt il-ġilda bill-bżieżaq ta’ l-arja mhux perikoluż.


    • Neħħi t-tap mill-labra, billi toqgħod attent li ma tmissx il-labra jew tħalli l-labra tmiss xi ħaġa oħra. Tgħawwiġx il-labra.

    • Injetta fi żmien 5 minuti li tneħħi t-tap mil-labra.

    • B’id waħda, bil-mod aqbad il-postijiet mnaddfa tal-ġilda u żomm sew.


      image

      image

    • Bl-id l-oħra, żomm is-siringa f-angolu ta’ 45-il grad mal-ġilda.

    • B’moviment malajr u żġħir, agħfas il-labra kollha kemm hi fil-ġilda.

    • Agħfas il-planġer biex tinjetta s-soluzzjoni - tista’ tieħu sa 10 sekondi biex tbattal is-siringa.

    • Meta s-siringa tiżvojta, b’attenzjoni neħħi l-labra mill-ġilda fl-istess angolu kif kienet mdaħħla.

    • Eħles il-ġilda bl-ewwel id.

    • Billi tuża biċċa garża, agħfas fuq il-post tal-injezzjoni għal ftit sekondi.

      • Tħokkx l-injezzjoni.

      • Tista’ tgħatti s-sit ta’ injezzjoni b’faxxa żgħira li teħel, jekk ikun neċessarju.


  4. Wara l-użu