Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Neupopeg
pegfilgrastim

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNHA


Neupopeg 6 mg soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa mimlija għal-lest

pegfilgrastim


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina



F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Neupopeg u għalxiex jintuża

  2. Qabel ma tuża Neupopeg

  3. Kif għandek tuża Neupopeg

  4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

  5. Kif taħżen Neupopeg

  6. Aktar tagħrif


  1. X’INHU NEUPOPEG U GĦALXIEX JINTUŻA


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Neupopeg jintuża biex inaqqas id-dewmien ta’ newtropenja (għadd baxx ta’ ċelluli bojod fid-demm) u ta’ newtropenja bid-deni (għadd baxx ta’ ċelluli bojod fid-demm u deni) li jistgħu jkunu kkawżati minn kimoterapija ċitotossika (mediċini li jeqirdu ċ-ċelluli li jikbru malajr). Iċ-ċelluli bojod tad-demm huma importanti għaliex jgħinu ‘l ġismek jiġġieled l-infezzjonijiet. Dawn iċ-ċelluli huma sensittivi ħafna għall-effetti ta’ kimoterapija li tista’ tikkawża tnaqqis fin-numru ta’ dawn iċ-ċelluli f’ġismek. Jekk iċ-ċelluli bojod jinżlu għal livell baxx għandu mnejn ma jkunx baqa’ biżżejjed fil-ġisem biex jiġġieldu ‘l batterji u jista’ jkollok riskju ogħla ta’ infezzjoni.


    It-tabib tiegħek tak Neupopeg biex jgħin il-mudullun (parti mill-għadma li tagħmel iċ-ċelluli tad- demm) jipproduċi aktar ċelluli bojod sabiex ġismek ikun jista’ jilqa’ għall-infezzjoni u jiġġildilha.


  2. QABEL MA TUŻA NEUPOPEG


    Tużax Neupopeg


    • jekk tbati minn sensittività eċċessiva (allerġija) għal pegfilgrastim, filgrastim, proteini ġejjin minn E.Coli, jew xi sustanza oħra ta’ Neupopeg.


    Oqgħod attent ħafna b’Neupopeg


    Għarraf lit-tabib tiegħek:


    • jekk inti taqbdek is-sogħla, jitlagħlek id-deni jew ikollok problemi biex tieħu n-nifs;


    • jekk inti għandek anemija taċ-ċellula b’forma ta’ minġel;


    • jekk inti għandek uġigħ addominali fin-naħa ta’ fuq jew fit-tarf ta’ l-ispalla.

    • jekk inti allerġiku għall-latex. L-għatu tal-labra tal-siringa mimlija għal-lest fih sustanza mnissla mill-latex u din tista' tikkawża reazzjonijiet allerġiċi.


    Meta tieħu mediċini oħra


    Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki mediċini li xtrajt mingħajr riċetta.


    Tqala u Treddigħ


    Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina. Neupopeg ma ġiex ittestjat f’nisa tqal. Huwa importanti li tavża lit-tabib jekk:


    • inti tqila;


    • taħseb li inti tqila; jew


    • qed taħseb biex issir tqila.


    Għandek tieqaf tredda’ jekk qed tuża Neupopeg.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni


    L-effett ta’ Neupopeg fuq il-kapaċita` li ssuq u li tħaddem magni mhuwiex magħruf.


    Tagħarif importanti dwar xi uħud mis-sustanzi ta’ Neupopeg


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Neupopeg fih sorbitol (tip ta’ zokkor). Jekk it-tabib tiegħek qallek li inti għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntatja lit-tabib tiegħek qabel ma’ tieħu Neupopeg. Neupopeg huwa essenzjalment mingħajr sodium.


  3. KIF GĦANDEK TUŻA NEUPOPEG


    Neupopeg huwa għall-użu f’ adulti ta’ 18-il sena ‘l fuq.


    Dejjem għandek tieħu Neupopeg skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża li ssoltu tingħata hija ta’ injezzjoni taħt il-ġilda b’siringa mimlija għal-lest ta’ 6 mg u li għandha tingħata bejn wieħed u ieħor 24 siegħa wara l-aħħar doża ta’ kimoterapija fi tmiem kull ċiklu ta’ kimoterapija.


    Tħawwadx Neupopeg bil-qawwa għaliex dan jista’ jeffettwa l-mod kif jaħdem.


    Jekk tinjetta lilek innifsek b’Neupopeg


    It-tabib jista’ jiddeċiedi li jkun aħjar għalik jekk tinjetta lilek innifsek b’ Neupopeg. It-tabib jew l- infermiera juruk kif tagħmel dan. Tippruvax tinjetta lilek innifsek jekk ma ġejtx mgħallem kif.


    Għal aktar istruzzjonijiet dwar kif tinjetta lilek innifsek b’Neupopeg, jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni fi tmiem dan il-fuljett.


    Jekk tuża Neupopeg aktar milli suppost


    Jekk tuża Neupopeg aktar milli suppost, għandek tgħarraf lit-tabib, l-infermiera jew l-ispiżjar tiegħek.

    Jekk tinsa tieħu Neupopeg:


    Jekk tinsa tieħu d-doża ta’ Neupopeg, kellem lit-tabib tiegħek biex jara meta jmissek tinjetta d-doża li jmiss.


  4. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU

    Bħal kull mediċina oħra, Neupopeg jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Effett sekondarju ieħor komuni ħafna (li hemm ċans li jseħħ f’ aktar minn pazjent 1 f’ kull 10 pazjenti)

    huwa l-uġigħ fl-għadam. It-tabib tiegħek jgħidlek x’tista’ tieħu biex ittaffi l-uġigħ fl-għadam.


    Effetti sekondarji oħra komuni (li hemm ċans li jseħħu f’ anqas minn pazjent 1 f’ kull 10 pazjenti) jinkludu: uġigħ u ħmura fil-post ta’l-injezzjoni, uġigħ ta’ ras, u uġigħ ġenerali fil-ġogi, il-muskoli, is- sider, ir-riġlejn, l-għonq jew id-dahar. Effett sekondarju ieħor li mhux komuni (li hemm ċans li jseħħu f’ anqas minn pazjent 1 f’ kull 100 pazjent) huwa d-dardir.


    Reazzjonijiet ta’ allerġija għal Neupopeg, inklużi ħmura u fwawar, raxx tal-ġilda, partijiet tal-ġilda ibbuzzati li jqabbdu l-ħakk u anafilassi ( indeboliment, tbaxxija tal-pressjoni tad-demm, tbatija biex tieħu n-nifs, nefħa fil-wiċċ), ġew irrappurtati f’każijiet rari (hemm ċans li jseħħu f’ anqas minn pazjent 1 f’ kull 1000 pazjent)..


    Żjieda fid-daqs tal-milza u każijiet rari ħafna (li hemm ċans li jseħħu f’ anqas minn pazjent 1 f’ kull 10,000 pazjent) ta' milza mifqugħha ġew irrappurtati wara l-użu ta' Neupopeg. Ftit każijiet ta' milza mifqugħha kienu fatali.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Huwa importanti li tgħarraf lit-tabib tiegħek immedjatament jekk jkollok uġigħ fin-naħa ta' fuq fix- xellug ta' l-addome jew jkollok uġigħ fl-ispalla xellugija, peress li dan jista' jkun relatat ma' problema fil-milza tiegħek.


    Każijiet rari (li hemm ċans li jseħħu f’ anqas minn pazjent 1 f’ kull 1000 pazjent)ta' problemi biex tieħu n-nifs ġew irrappurtati wara li ttieħdu fatturi li jistimolaw l-kolonji ta’ granuloċiti (G-CSFs). Jekk taqbdek is-sogħla, jitlagħlek id-deni jew ikollok problemi biex tieħu n-nifs għarraf lit-tabib tiegħek.


    Jista' jkun hemm ftit tibdil fid-demm tiegħek, imma dan it-tibdil se joħrog fir-riżultat tat-testijiet tad- demm li jsiru b'rutina. L-għadd ta' plejtlits jista' jitbaxxa u dan jista' jirriżulta fi tbenġil. L-għadd ta' ċelluli bojod jista' jogħla għal-tul ta' żmien qasir.


    Seħħ rarament (li hemm ċans li jseħħu f’ anqas minn pazjent 1 f’ kull 1,000 pazjent)s-sindromu ta' Sweet (leżjonijiet ibbuzzati, li jweġgħu, kulur aħmar skur fil-vjola fuq ir-riġlejn u xi drabi fil-wiċċ u fl-ghonq bid-deni) imma fatturi oħra jistgħu jkollhom sehem f'dan.


    Rari ħafna (hemm ċans li jseħħ f’ anqas minn pazjent 1 f’ kull 10,000 pazjent) kien hemm infjammazzjoni fil-vini/arterji taħt il-ġilda f'pazjenti jieħdu Neupopeg.


    Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  5. KIF TAĦŻEN NEUPOPEG


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

    Tużax Neupopeg wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kaxxa u fuq it-tikketta tas-siringa (JIS). Id- data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).


    Tista’ toħroġ Neupopeg mill-friġġ u żżommu f’temperatura ambjentali (mhux aktar minn 30°C) għal mhux aktar minn 3 ijiem. La darba siringa tkun tneħħiet mill-friġġ u tkun laħqet temperatura ambjentali (mhux aktar minn 30°C) għandha tintuża fi żmien 3 ijiem jew tintrema.


    Tagħmlux fil-friża. Neupopeg jista’ jintuża jekk jiġi ffriżat bi żball għal perjodu wieħed ta’ inqas minn 24 siegħa.


    Żomm il-kontenitur fil-pakkett ta’ barra biex tilqa’ mid-dawl.


    Tużax Neupopeg jekk tinnota li huwa imdardar jew jekk tara xi frak ġo fih.


    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.


  6. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Neupopeg


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Neupopeg fih is-sustanza attiva pegfilgrastim. Pegfilgrastim huwa proteina magħmula mill- bijoteknoloġija f’batterji li jissejħu E. Coli. Huwa parti minn grupp ta’ proteini msejħa ċitokini, u jixbaħ ħafna lill-proteina naturali (fattur li jistimola l-kolonji ta’ granuloċiti) li hija prodotta mill-ġisem tiegħek.


Is-sustanza attiva hi pegfilgrastim. Kull siringa mimlija għal-lest fiha 6 mg ta’ pegfilgrastim f’ soluzzjoni ta’ 0.6 ml .


Is-sustanzi l-oħra huma sodium acetate, sorbitol (E420), polysorbate 20 u ilma għall-injezzjoni.


Id-Dehra tal-prodott u d-daqs tal-pakkett:


Neupopeg huwa soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa mimlija għal-lest (6 mg/ 0.6ml).

Kull pakkett fiħ siringa waħda mimlija għal-lest. Is-siringi jinstabu ġo folja jew mingħajr folja. Neupopeg huwa likwidu ċar mingħajr kulur.


Il-Manifattur: Amgen Europe B.V. Minervum 7061

4817 ZK Breda L-Olanda


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

Dompé Biotec S.p.A. Via San Martino 12

I-20122 Milan Italja


Aktar tagħrif


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’.


https://www.emea.europa.eu/.


image


Tagħrif dwar kif tinjetta lilek innifsek b'siringa mimlija għal-lest b'Neupopeg


Din il-parti tal-fuljett tinkludi tagħrif dwar kif tagħti injezzjoni ta’ Neupopeg lilek innifsek. Importanti li ma tippruvax tagħti l-injezzjoni lilek innifsek jekk ma tkunx irċevejtx taħriġ speċjali mit-tabib, mill-infermiera jew mill-ispiżjar tiegħek. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tinjetta, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, lill-infermiera jew lill-ispiżjar għall-għajnuna.


Kif inti, jew il-persuna li se tinjettak, tuża is-siringa mimlija għal-lest b'Neupopeg?


Ikollok bżonn tagħti injezzjoni lilek innifsek eżatt taħt il-ġilda.


Apparat li teħtieġ


Biex tagħti injezzjoni taħt il-ġilda lilek innifsek teħtieġ: