Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Kadcyla
trastuzumab emtansine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Kadcyla 100 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Kadcyla 160 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni trastuzumab emtansine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Jekk xi waħda minn ta’ fuq tapplika għalik (jew jekk m’intix ċert), kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tingħata Kadcyla.


Oqgħod attent għal effetti sekondarji

Kadcyla jista’ jaggrava xi kondizzjonijiet eżistenti, jew jikkawża effetti sekondarji. Ara sezzjoni 4

għal aktar dettalji dwar liema effetti sekondarji għandek toqgħod attent għalihom.


Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih jekk tinnota xi wieħed minn dawn l-effetti

sekondarji serji li ġejjin waqt li tkun qed tingħata Kadcyla:



Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Roche Registration GmbH Emil-Barell-Strasse 1

79639 Grenzach-Wyhlen Il-Ġermanja


Manifattur

Roche Pharma AG Emil-Barell-Strasse 1

D-79639 Grenzach-Wyhlen Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

N.V. Roche S.A.

Tél/Tel: +32 (0) 2 525 82 11


България

Рош България ЕООД Тел: +359 2 818 44 44

Lietuva

UAB “Roche Lietuva” Tel: +370 5 2546799


Luxembourg/Luxemburg

(Voir/siehe Belgique/Belgien)


Česká republika

Roche s. r. o.

Tel: +420 - 2 20382111

Magyarország

Roche (Magyarország) Kft. Tel: +36 1 279 4500


Danmark

Roche a/s

Tlf: +45 - 36 39 99 99

Malta

(Ara Ireland)


Deutschland

Roche Pharma AG Tel: +49 (0) 7624 140

Nederland

Roche Nederland B.V. Tel: +31 (0) 348 438050


Eesti

Roche Eesti OÜ

Tel: + 372 - 6 177 380

Norge

Roche Norge AS

Tlf: +47 - 22 78 90 00


Ελλάδα

Roche (Hellas) A.E.

Τηλ: +30 210 61 66 100

Österreich

Roche Austria GmbH Tel: +43 (0) 1 27739


España

Roche Farma S.A.

Tel: +34 - 91 324 81 00

Polska

Roche Polska Sp.z o.o. Tel: +48 - 22 345 18 88

France

Roche

Tél: +33 (0)1 47 61 40 00

Portugal

Roche Farmacêutica Química, Lda Tel: +351 - 21 425 70 00


Hrvatska

Roche d.o.o

Tel: +385 1 4722 333

România

Roche România S.R.L. Tel: +40 21 206 47 01


Ireland

Roche Products (Ireland) Ltd. Tel: +353 (0) 1 469 0700

Slovenija

Roche farmacevtska družba d.o.o. Tel: +386 - 1 360 26 00


Ísland

Roche a/s

c/o Icepharma hf Sími: +354 540 8000

Slovenská republika Roche Slovensko, s.r.o. Tel: +421 - 2 52638201


Italia

Roche S.p.A.

Tel: +39 - 039 2471

Suomi/Finland

Roche Oy

Puh/Tel: +358 (0) 10 554 500


Kύπρος

Γ.Α.Σταμάτης & Σια Λτδ. Τηλ: +357 - 22 76 62 76

Sverige

Roche AB

Tel: +46 (0) 8 726 1200


Latvija

Roche Latvija SIA Tel: +371 - 6 7039831

United Kingdom (Northern Ireland)

Roche Products (Ireland) Ltd. Tel: +44 (0) 1707 366000


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

.

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku jew tal-kura tas-saħħa


Sabiex jiġu evitati żbalji fl-għoti tal-prodott mediċinali huwa importanti li t-tikketti tal-kunjett jiġu ċċekkjati biex jiġi żgurat li l-prodott mediċinali li qed jiġi ppreparat huwa Kadcyla (trastuzumab emtansine) u mhux xi prodott ieħor li fih trastuzumab (eż. trastuzumab jew trastuzumab deruxtecan).


Kadcyla għandu jiġi rikostitwit u dilwit minn professjonist tal-kura tas-saħħa u għandu jingħata bħala infużjoni fil-vini. M’għandux jingħata bħala push jew bolus fil-vini.


Dejjem żomm din il-mediċina fil-pakkett oriġinali magħluq f’temperatura ta’ 2ºC – 8ºC fil-friġġ. Kunjett ta’ Kadcyla rikostitwit b’ilma għall-injezzjonijiet (mhux fornut) huwa stabbli għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 2ºC – 8ºC wara r-rikostituzzjoni u m’għandux jiġi ffriżat.


Għandha tintuża teknika asettika xierqa. Għandhom jintużaw proċeduri xierqa għall-preparazzjoni ta’

prodotti mediċinali kimoterapewtiċi.


Is-soluzzjoni rikostitwita ta’ Kadcyla għandha tiġi dilwita f’boroż tal-infużjoni ta’ polyvinyl chloride (PVC) jew polyolefin ħieles minn latex u PVC.


  1. użu ta’ filtru fil-pajp ta’ 0.20 jew 0.22 mikroni magħmul minn polyethersulfone (PES) huwa meħtieġ għall-infużjoni meta l-konċentrat għall-infużjoni jiġi dilwit b’soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride.


    Istruzzjonijiet għar-rikostituzzjoni

    • Kadcyla 100mg: bl-użu ta’ siringa sterili, injetta bil-mod 5 mL ta’ ilma għall-injezzjoni sterili fil-kunjett ta’ 100 mg trastuzumab emtansine.

    • Kadcyla 160mg: bl-użu ta’ siringa sterili, injetta bil-mod 8 mL ta’ ilma għall-injezzjoni sterili fil-kunjett ta’ 160 mg trastuzumab emtansine.

    • Dawwar il-kunjett bil-mod sakemm jinħall kompletament. Tħawwadx.


Is-soluzzjoni rikostitwita għandha tiġi eżaminata viżwalment għal frak u bidla fil-kulur qabel l-għoti. Is-soluzzjoni rikostitwita għandha tkun ħielsa minn frak viżibbli, ċara sa kemmxejn tkanġi. Il-kulur tas-soluzzjoni rikostitwita għandu jkun minn bla kulur sa kannella ċar. Tużax jekk is-soluzzjoni rikostitwita tkun imdardra jew bidlet il-kulur.


Armi kull porzjon mhux użat. Il-prodott rikostitwit ma fihx preservattivi u huwa maħsub għall-użu ta’

darba biss.


Istruzzjonijiet għad-dilwizzjoni

Iddetermina l-volum tas-soluzzjoni rikostitwita meħtieġ ibbażat fuq doża ta’ 3.6 mg trastuzumab emtansine/kg ta’ piż tal-ġisem:


Volum (mL) = Doża totali li għandha tingħata =(piż tal-ġisem (kg) x doża (mg/kg))

20 (mg/mL, konċentrazzjoni tas-soluzzjoni rikostitwita)


L-ammont xieraq ta’ soluzzjoni għandu jinġibed mill-kunjett u għandu jiġi miżjud f’borża tal-infużjoni li jkun fiha 250 mL ta’ soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 4.5 mg/mL (0.45%) sodium chloride jew soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride. M’għandhiex tintuża soluzzjoni ta’ glucose (5%). Soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 4.5 mg/mL (0.45%) sodium chloride tista’ tintuża mingħajr filtru fil-pajp ta’ 0.20 jew 0.22-μm magħmul minn polyethersulfone (PES). Jekk tintuża soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride, huwa meħtieġ filtru fil-pajp ta’ 0.20 jew 0.22 mikroni magħmul minn polyethersulfone (PES). Ladarba l-infużjoni tiġi ppreparata għandha tingħata minnufih. Tagħmlux fil-friża u tħawwadx l-infużjoni matul il-ħażna. Jekk dilwit b’mod asettiku, jista’ jinħażen sa 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C.