Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Olanzapine Apotex
olanzapine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Olanzapine Apotex 2.5 mg pilloli miksija b’rita Olanzapine Apotex 5 mg pilloli miksija b’rita Olanzapine Apotex 7.5 mg pilloli miksija b’rita Olanzapine Apotex 10 mg pilloli miksija b’rita Olanzapine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

- Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Olanzapine Apotex u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Olanzapine Apotex

  3. Kif għandek tieħu Olanzapine Apotex

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Olanzapine Apotex

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Olanzapine Apotex u għalxiex jintuża


    Olanzapine Apotex fih is-sustanza attiva olanzapine. Olanzapine Apotex huwa fil-grupp ta' mediċini msejħa antipsikotiċi u jintuża fil-kura ta’ dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    • Skizofrenija, biex tiġi kkurata marda b'sintomi bħal li tisma', li tara jew li tħoss affarijiet li

      mhux qegħdin hemm, twemmin żbaljat, suspetti mhux tas-soltu, u li tingħalaq fik innifsek. Nies b'din il-marda jistgħu wkoll iħossuhom imdejjqin, anzjużi jew taħt tensjoni.

    • Episodji ta’ manija moderati għal severi, kondizzjoni b’sintomi ta’ eċċitament jew ewforija.


      Olanzapine Apotex intwera li jippreveni li dawn is-sintomi jerġgħu jseħħu f’pazjenti b'disturbi bipolari, fejn l-episodju ta’ manija jkun irrisponda għall-kura b’olanzapine.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Olanzapine Apotex Tieħux Olanzapine Apotex

    • Jekk inti allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal olanzapine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6). Reazzjoni allerġika tista' tidher bħala raxx, ħakk, wiċċ minfuħ, xofftejn minfuħa jew qtugħ ta' nifs. Jekk ġralek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

    • Jekk kont issofri qabel bi problemi fl-għajnejn bħal xi tipi ta' glawkoma (żieda fil-pressjoni ġewwa l-għajn).


    Twissijiet u prekawzjonijiet

    Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Olanzapine Apotex

    • L-użu ta’ Olanzapine Apotex f’pazjenti anzjani bid-demenzja mhux irrakkomandat għax jista’ jkollu effetti sekondarji serji.

    • Mediċini ta' dan it-tip jistgħu jikkawżaw moviment tal-wiċċ jew ta' l-ilsien mhux tas-soltu. Jekk jiġri hekk wara li tkun ħadt Olanzapine Apotex għid lit-tabib tiegħek.

    • Rari ħafna, mediċini ta' dan it-tip jikkawżaw taħlita ta' deni, nifs mgħaġġel, għaraq, ebusija tal- muskoli u ħedla jew ngħas. Jekk jiġrilek hekk għid lit-tabib tiegħek minnufih.

    • Instab li kien hemm żieda fil-piż f’pazjenti li qed jieħdu Olanzapine Apotex. Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat minnek u mit-tabib tiegħek. Jekk ikun hemm bżonn ikkunsidra li tara dietologu/a jew tieħu xi għajnuna permezz ta’ pjan ta’ dieta.

    • Livell għoli ta’ zokkor fid-demm u livelli għolja ta’ xaħmijiet (trigliċeridi u kolesterol) instabu f’pazjenti li qed jieħdu Olanzapine Apotex. It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad- demm biex jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm u l-livelli ta’ ċerti xaħmijiet qabel ma tibda tieħu Olanzapine Apotex u b’mod regolari waqt il-kura.

    • Għid lit-tabib jekk inti jew xi ħadd fil-familja tiegħek għandu passat mediku ta’ ċapep fid- demm, għax dawn il-mediċini ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ ċapep fid-demm.


    Jekk issoffri minn xi mard elenkat hawn taħt għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli:


    • Puplesija jew puplesija “ħafifa” (sintomi temporanji ta' puplesija)

    • Marda ta' Parkinson

    • Problemi tal-prostata

    • Intestin imblokkat (Ileus paralitiku)

    • Mard tal-fwied jew tal-kliewi

    • Disturbi tad-demm

    • Mard tal-qalb

    • Dijabete

    • Aċċessjonijiet

    • Jekk taf li tista’ tkun nieqes mill-melħ minħabba dijarea u rimettar (qed/a taqla’) severi li jkunu fit-tul jew minħabba l-użu fit-tul tad-dijuretiċi (pilloli tal-pipi)


      image

      Jekk tbati mid-demenzja, int jew min jieħu ħsiebek jew xi qarib għandu jgħid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek xi puplesija jew puplesija “ħafifa”.


      Bħala prekawzjoni ta' rutina, jekk għandek 'l fuq minn 65 sena l-pressjoni tiegħek tista' tkun iċċekkjata mit-tabib tiegħek.


      Tfal u adolexxenti

      Olanzapine Apotex mhux għal pazjenti li għandhom anqas minn 18-il sena.


      Mediċini oħra u Olanzapine Apotex

      Ħu biss mediċini oħra waqt li qed tieħu Olanzapine Apotex jekk it-tabib tiegħek jgħidlek li tista’. Jista' jkun li tħossok imħeddel jekk tieħu Olanzapine Apotex flimkien ma' anti-dipressanti jew mediċini għall-ansjetà jew biex jgħinuk torqod (kalmanti).

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. B’mod partikulari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu

    • mediċini għall-marda ta' Parkinson.

    • Carbamazepine (anti-epilettiku u stabilizzatur tal-burdata), fluvoxamine (anti-dipressant), jew ciprofloxacin (antibijotiku), għax jista' jkun hemm bżonn li tbiddel id-doża tiegħek ta' Olanzapine Apotex.


    Olanzapine Apotex mal-alkoħol

    Tixrobx alkoħol jekk qed tieħu Olanzapine Apotex għax Olanzapine Apotex u l-alkoħol flimkien jistgħu jħeddluk.


    Tqala u treddigħ

    Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M'għandekx tingħata din il-mediċina meta tkun qed tredda’, għax ammonti żgħar ta’ Olanzapine Apotex jistgħu jgħaddu fil-ħalib tas-sider.


    Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid, ta’ ommijiet li użaw Olanzapine Apotex fl-aħħar

    trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, għebusija u/jew dgħjufija tal-muskoli, ħedla, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek.


    image

    Sewqan u tħaddim ta’ magni

    Hemm ir-riskju li tħossok imħeddel meta tingħata Olanzapine Apotex. Jekk jiġrilek hekk issuqx u m'għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni. Għid lit-tabib tiegħek


    Olanzapine Apotex fih lactose:

    Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


  3. Kif gћandek tieћu Olanzapine Apotex


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kemm tieħu pilloli ta’ Olanzapine Apotex u kemm għandek iddum teħodhom. Id-doża ta' kuljum ta’ Olanzapine Apotex hija bejn 5 mg u 20 mg. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk jerġgħu jiġuk is-sintomi imma tieqafx tieħu Olanzapine Apotex sakemm ma jgħidlekx it- tabib tiegħek.


    Għandek tieħu l-pilloli Olanzapine Apotex darba kuljum wara li tingħata parir mit-tabib tiegħek. Ipprova ħu l-pilloli kuljum fl-istess ħin. Ma jimpurtax jekk teħodhom ma' l-ikel jew fuq stonku vojt. Il-pilloli miksija ta’ Olanzapine Apotex huma għall-użu orali. Għandek tibla' l-pilloli Olanzapine Apotex sħaħ bl-ilma.


    Jekk tieħu Olanzapine Apotex aktar milli suppost

    Pazjenti li ħadu iżjed Olanzapine Apotex milli suppost kellhom dawn is-sintomi li ġejjin:

    taħbit mgħaġġel tal-qalb, aġitazzjoni/aggressività, problemi biex jitkellmu, movimenti mhux tas-soltu (speċjalment tal-ħalq u ta’ l-ilsien) u tnaqqis fil-livell ta’ koxjenza. Sintomi oħra jistgħu jkunu: konfużjoni akuta, aċċessjonijiet (epilessija), koma, taħlita ta’ dawn is-sintomi, deni, nifs

    aktar mgħaġġel, għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas, tieħu n-nifs anqas spiss mis-soltu, aspirazzjoni, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, ritmi mhux normali tal-qalb. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-isptar mill-ewwel jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi. Uri l-pakkett

    tal-pilloli tiegħek lit-tabib.


    Jekk tinsa tieħu Olanzapine Apotex

    Ħu l-pilloli tiegħek eżatt kif tiftakar. Tieħux żewġ dożi f'ġurnata waħda.


    Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Apotex

    Tieqafx tieħu l-pilloli tiegħek sempliċement għaliex tħossok aħjar. Huwa importanti li tibqa' tieħu Olanzapine Apotex sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.


    Jekk tieqaf tieħu Olanzapine Apotex f'daqqa, jista' jkollok sintomi bħal għaraq, ma tkunx tista' torqod, rogħda, ansjetà jew tqalligħ u rimettar. It-tabib tiegħek jista' jissuġġerilek li tnaqqas id-doża bil-mod qabel ma twaqqaf il-kura.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk għandek:

    • moviment mhux tas-soltu (effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10 persuni) l-aktar tal-wiċċ jew ta’ l-ilsien;

    • ċapep tad-demm fil-vini (effett sekondarju mhux komuni li jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 100 persuna) speċjalment tas-saqajn (is-sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-saqajn) li jistgħu jgħaddu fis-sistema ċirkolatorja u jmorru fil-pulmuni fejn jikkawżaw uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk tinduna b’xi sintomi minn dawn, fittex parir mediku minnufih.

    • kombinazzjoni ta' deni, nifs mgħaġġel, ħruġ ta' għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas (il-frekwenza ta’ dan l-effett sekondarju ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli).


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10 persuni) jinkludu żieda fil-piż; ngħas;u żidiet fil-livelli ta' prolactin fid-demm. Fl-istadji bikrija tal-kura, xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew mhux f'sikkithom (il-qalb tħabbat bil-mod), speċjalment waqt li jkunu qegħdin iqumu minn pożizzjoni mimduda jew minn bil-qiegħda. Dan normalment jgħaddi waħdu iżda jekk le għid lit-tabib tiegħek.


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 persuni) jinkludu tibdil fil- livelli ta' xi ċelluli tad-demm ta’ xaħmijiet fiċ-ċirkolazzjoni u kmieni fil-kura, żidiet temporanji tal- enzimi tal-fwied; żidiet fil-livelli ta' zokkor fid-demm u fl-awrina; żidiet fil-livelli tal-aċidu uriku u tal- creatine phosphokinase fid-demm; tħossok aktar bil-ġuħ; sturdament; irrekwitezza; rogħda; movimenti mhux tas-soltu (diskajnisjas); stitikezza; ħalq xott; raxx; titlef il-forzi;għeja estrema; retenzjoni tal- ilma li twassal għal nefħa fl-idejn, għekiesi jew saqajn; deni; uġigħ fiġ-ġogi u disfunzjonijiet sesswali bħal tnaqqis fil-libido fl-irġiel u fin-nisa jew disfunzjoni erettili fl-irġiel.


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100 persuna) jinkludu sensittività eċċessiva (eż. nefħa fil-ħalq u l-gerżuma, ħakk, raxx);dijabete jew dijabete li tmur għall- agħar, kultant assoċjata ma' ketoaċidożi (ketoni fid-demm u fl-awrina) jew koma; aċċessjonijiet, normalment assoċjati ma' storja ta' aċċessjonijiet (epilessija); ebusija tal-muskoli jew spażmi (inklużi movimenti fl-għajnejn); sindromu ta’ saqajn irrikwieti, problemi fil-mod kif titkellem; temtim; il-qalb tħabbat bil-mod; sensittività għad-dawl tax-xemx; tinfaraġ; nefħa fl-addome; tlegħib; telf tal-memorja jew tibda tinsa; inkontinenza urinarja; nuqqas ta’ kapaċità li tgħaddi l-urina; jaqa' x-xagħar; nuqqas ta’ jew tnaqqis fil-mestrwazzjoni u tibdil fis-sider fl-irġiel u fin-nisa bħal produzzjoni mhux normali ta’ ħalib mis-sider jew tkabbir mhux normali.


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna) jinkludu titbaxxa t-temperatura normali tal-ġisem; rittmi mhux normali tal-qalb; mewt għall-għarrieda u inspjegabbli; infjammazjoni tal-frixa li tikkawża wġigħ qawwi fl-istonku, deni u taqlib; mard tal-fwied li jidher bħala sfurija tal- ġilda u tal-abjad tal-għajnejn; mard fil-muskoli li jippreżenta ruħu bħala wġigħ li m’għandux spjegazzjoni; u erezzjoni mtawla u/jew bl-uġigħ.


      Effetti sekondarji rari ħafna jinkludu reazzjonijiet allerġiċi serji bħal Reazzzjoni tal-Mediċina b’Eożinofilja u Sintomi Sistemiċi (DRESS). DRESS tidher inizjalment bħala sintomi bħal tal- influwenza b’raxx fil-wiċċ u mbagħad raxx estiż, temperatura għolja, għenieqed tal-limfa mkabbra, livelli ogħla ta’ enzimi tal-fwied kif jidhru fit-testijiet tad-demm u żieda f’tip ta’ ċellula bajda tad- demm (eożinofilja).


      Waqt li qed jieħdu l-olanzapine, il-pazjenti anzjani bid-demenzja jistgħu jsofru minn puplesija, pnewmonja, inkontinenza ta’ l-awrina, waqgħat, għeja kbira, alluċinazzjonijiet viżivi, żieda fit- temperatura tal-ġisem, ħmura fil-ġilda u jistgħu jkollhom problemi fil-mixi. Xi każijiet fatali kienu rrappurtati f’dan il-grupp partikolari ta’ pazjenti.


      F'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson, Olanzapine Apotex jista' jagħmel is-sintomi agħar.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

      permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

      sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Olanzapine Apotex


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Olanzapine Apotex

Is-sustanza attiva hi olanzapine.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Apotex Europe B.V. Archimedesweg 2

2333 CN Leiden L-Olanda


Il-Manifattur

Apotex Nederland B.V. Archimedesweg 2

2333 CN Leiden L-Olanda

Generis Farmacêutica, S.A. Rua João de Deus, 19

2700-487 Amadora Il-Portugall


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien NV Apotex SA Tél/Tel:(32) 475.35.40

България

Apotex Europe B.V. тел. (31) 71. 565.77. 77


Česká republika

Aurovitas, spol. s r.o.Tel: (420) 234.705.721


Danmark

Apotex Europe B.V. Tlf.: (31) 71. 565.77. 77

Deutschland

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77. 77

Eesti

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77. 77

Ελλάδα

Apotex Europe B.V. Τηλ: (31) 71. 565.77. 77

España

Aurovitas Spain, S.A.U.Tel: (34) 91.630.86.45

France

NV Apotex SA

Tél: (32) 475.35.40

Hrvatska

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77.77

Ireland

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77.77

Ísland

Apotex Europe B.V. Sími: (31) 71. 565.77. 77

Italia

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77. 77

Κύπρος

Apotex Europe B.V. Τηλ: (31) 71. 565.77. 77

Luxembourg/Luxemburg NV Apotex SA Tél/Tel:(32) 475.35.40

Magyarország

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77. 77

Malta

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77.77

Nederland

Apotex Nederland B.V. Tel: (31) 71. 52.43.100

Norge

Apotex Europe B.V. Tlf.: (31) 71. 565.77. 77

Österreich

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77. 77

Polska

Aurovitas Pharma Polska Sp. z o.o.Tel: (048) 22.311.20.00

Portugal

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77. 77


România

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77. 77


Slovenija

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77. 77

Slovenská republika Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77. 77

Suomi/Finland

Apotex Europe B.V. Puh/Tel: (31) 71. 565.77. 77

Sverige

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77. 77

Latvija

Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77. 77

Lietuva

Apotex Europe B.V. Tel. (31) 71. 565.77. 77

United Kingdom Apotex Europe B.V. Tel: (31) 71. 565.77.77


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'{XX/SSSS}.


.