Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Prevenar
pneumococcal saccharide conjugated vaccine, adsorbed

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Prevenar suspensjoni għall-injezzjoni

image

Tilqima konjugata saccharide pnewmokokkali, adsorbita


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel it-tifel/tifla tiegħek tingħata din it-tilqima.


Il-kura kontra d-deni għandha tinbeda kull meta jkun meħtieġ jew meta t-temperatura titla’ iktar minn 39°C.


Tfal b’indeboliment fir-rispons immuni, kemm jekk dan iseħħ minħabba l-użu ta’ terapija immunosoppressiva, difett ġenetiku, infezzjoni bl-HIV, jew kawżi oħrajn, jista’ jkollhom tnaqqis fir- rispons tal-antikorpi għall-immunizzazzjoni attiva.


Bħal ma jiġri bi kwalunkwe tilqima, Prevenar jista’ ma jipproteġix l-individwi kollha li jkunu qed jirċievu t-tilqima kontra l-marda pnewmokokkali. Flimkien ma’ dan, għas-serotipi tat-tilqima, il- protezzjoni kontra l-infjammazzjoni fil-parti tan-nofs tal-widna hi mistennija li tkun iktar baxxa b’mod sostanzjali milli mill-protezzjoni kontra l-mard invażiv. Minħabba li l-infjammazzjoni fil-parti tan- nofs tal-widna hi kkawżata minn ħafna organiżmi li mhumiex serotipi pnewmokokkali rappreżentati

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

fit-tilqima, il-protezzjoni kontra l-infjammazzjonijiet kollha fil-parti tan-nofs tal-widna hi mistennija li tkun baxxa.