Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Evarrest
human fibrinogen, human thrombin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


EVARREST™ Matriċi Siġillanti

Fibrinoġen uman, trombina umana


image Din il-mediċina hija suġġetta għal monitoraġġ addizzjonali. Dan jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr dwar tagħrif ġdid fuq is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kull effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara l-aħħar ta’ sezzjoni 4 dwar kif tista’ tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma din il-mediċina tiġi użata biex tikkurak, minħabba li fiha informazzjoni għalik.




Kif jidher EVARREST u l-kontenut tal-pakkett


EVARREST jiġi bħala matriċi siġillanti b’daqs ta’ 10.2 cm x 10.2 cm. Daqs ta’ pakkett ta’ 1 u bħala matriċi siġillanti b’daqs ta’ 5.1 cm x 10.2 cm. Daqs ta’ pakkett ta’ 2.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Omrix Biopharmaceuticals NV Leonardo Da Vincilaan 15 1831 Diegem

Il-Belġju

Telefown: + 32 2 746 30 00

Feks: + 32 2 746 30 01

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Manifattur: Pharmacovigilance Department

Omrix Biopharmaceuticals Ltd

Plasma Fractionation Institute (Omrix-PFI), MDA Services Center Sheba Medical Center

Ramat Gan 5262000

POB 888

Kiryat Ono 5510801 L-Iżrael

Telefown: +972-3-5316512

Feks: +972-3-5316590


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ XX/SSSS

.

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/ŻEE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Struzzjonijiet dwar l-Użu


Aqra dan qabel ma tiftaħ il-pakkett


L-Immaniġġjar ta’ EVARREST™


EVARREST jiġi lest biex jintuża f’pakketti sterili u għandu jiġi ġestit bl-użu ta’ teknika sterili f’kondizzjonijiet asettiċi. Armi pakketti li huma bil-ħsara peress li sterilizzazzjoni mill-ġdid mhix possibbli.


Biex tiftaħ il-pakkett, neħħi l-qartas tal-fojl minn ġol-kartuna, b’attenzjoni qaxxar biex tiftaħ il-qartas tal-fojl billi tevita li tagħmel kuntatt mal-parti interna tal-fojl jew it-trej sterili abjad li fih l- EVARREST.


Neħħi t-trej sterili abjad minn ġol-pawċ u qiegħdu ġol-kamp sterili.


Żomm it-trej sod fil-keff tal-id, billi tiżgura li n-naħa fejn hemm it-toqob tkun tħares ’il fuq, u uża t- tabs fuq il-ġenb tat-trej biex tneħħi l-parti ta’ fuq tat-trej bl-id l-oħra.


Il-parti ta’ taħt tat-trej fiha l-EVARREST bin-naħa attiva tħares ’l isfel. In-naħa attiva għandha dehra ta’ trab. Il-parti mhix attiva hija f’għamla ta’ mewġa mqabbża.


Żomm EVARREST xott wara li tiftaħ. Il-matriċi siġillanti EVARREST tista’ tibqa’ fil-kamp sterili sabiex tkun disponibbli għall-użu matul il-proċedura. EVARREST ma jaqbadx mal-ingwanti, il-forbiċi jew strumenti kirurġiċi.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Kif taħżen l-EVARREST™


M’għandekx tuża wara d-data ta’ skadenza dikjarata fuq il-kartuna u t-tikketta.


Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


Taħżinx f’temperatura ogħla minn 25°C. M’għandekx tiffriża.


L-Applikazzjoni ta’ EVARREST™


Għal użu epileżjonali biss. EVARREST għandu jiġi applikat b’madwar 3 minuti ta’ kompressjoni soda bl-idejn.


  1. Bl-użu ta’ mqass sterili, b’attenzjoni aqta’ l-EVARREST għad-daqs u l-għamla kif meħtieġ u żomm kuntatt maż-żona emorraġika bi tgeżwir ta’ madwar 1 sa 2 cm. Żomm in-naħa attiva ta’ lewn bajdani għal safra li qisha bit-trab tal-EVARREST tħares ’l isfel fit-trej.


    image


  2. Neħħi d-demm jew fluwidu żejjed mill-post tal-applikazzjoni jekk meħtieġ biex ittejjeb il- viżibbiltà. Is-sors ta’ tnixxija għandu jiġi identifikat b’mod ċar u għandu jiġi żgurat, li EVARREST jiġi applikat direttament fuq is-sors emorraġiku billi tgħattih kompletament. EVARREST jista’ jintuża f’kamp emorraġiku attiv.

  3. Applika n-naħa attiva ta’ EVARREST għaż-żona emorraġika, billi tippermetti kuntatt sħiħ mat- tessut. Il-prodott hu attivat malli jiġi f’kuntatt mal-fluwidu, u jeħel u jikkonforma mat-tessut.

    image


  4. Applika biċċa mdaqqsa sew ta’ EVARREST sabiex tiġi koperta ż-żona sħiħa emorraġika, b’parti li tisporġi ta’ madwar 1 sa 2 cm fuq tessut li ma jkunx qed inixxi, sabiex tgħinu jeħel mal-parti tal-ġerħa.


image


5a) Żomm garża xotta jew niedja jew pads tal-laparotomija fuq l-EVARREST sabiex tikseb kuntatt sħiħ mal-wiċċ emorraġiku.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

image


5b) Sabiex tiġi żgurata emostasi, minnufih applika kompressjoni manwali fuq is-superfiċje kollha tal-EVARREST (li jinkludi wkoll l-partijiet li jisporġu) biżżejjed biex twaqqaf l-emorraġija kollha. Żomm il-kompressjoni għal madwar 3 minuti, biex tikkontrolla l-emorraġija.


image


  1. Bil-mod neħħi l-garża kirurġika jew il-pads tal-laparotomija mill-post tal-applikazzjoni, mingħajr ma tiddisturba jew tispostja EVARREST jew l-għoqda tad-demm. Spezzjona EVARREST sabiex tiżgura li nkisbet l-emostasi u sabiex tiżgura li m’hemmx ippjegar fuq iż- żona emorraġika. Jekk m’intix sodisfatt bit-tqegħid, neħħi l-EVARREST u qiegħed matriċi EVARREST ġdida. EVARREST ser jibqa’ fil-post u jeħel mat-tessut, u jiġi assorbit.


    image

  2. Il-post tal-applikazzjoni għandu jiġi mmonitorjat waqt l-operazzjoni sabiex jiġi żgurat li l- emostasi tinżamm.


    Trattament mill-Ġdid


    • It-trattament mill-ġdid jista’ jkun meħtieġ jekk ikun hemm tiwi, piegi, jew ippjegar fil-matriċi siġillanti EVARREST. Jekk m’intix sodisfatt bit-tqegħid ta’ EVARREST, neħħi l-matriċi siġillanti EVARREST użata u rrepeti l-proċedura tal-applikazzjoni t’hawn fuq b’matriċi siġillanti EVARREST ġdida.


    • Jekk l-emorraġija hija minħabba kopertura insuffiċjenti taż-żona tat-tnixxija, jistgħu jiġu applikati matriċijiet siġillanti EVARREST addizzjonali. Applika f’saff wieħed; żgura li t- trufijiet jitrikkbu fuq xulxin (b’madwar 1 sa 2 cm) mal-matriċi siġillanti EVARREST eżistenti.


    • Jekk l-emorraġija tkompli minħabba aderenza mhux sħiħa mat-tessut (fejn l-emorraġija tippersisti taħt l-infaxxar), neħħi l-matriċi siġillanti EVARREST u uża waħda ġdida.


    • Jekk l-emorraġija tkompli waqt jew wara l-perjodu speċifiku ta’ kompressjoni, neħħi l-matriċi siġillanti EVARREST użata u spezzjona ż-żona emorraġika. Jekk ma jkunx hemm bżonn ta’ miżuri emostatiċi primarji oħra (jiġifieri tekniki kirurġiċi standard), irrepeti l-proċedura tal- applikazzjoni t’hawn fuq b’matriċi siġillanti EVARREST ġdida.


Rimi


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.