Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Temozolomide Hexal
temozolomide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent Temozolomide Hexal 5 mg kapsuli ibsin Temozolomide Hexal 20 mg kapsuli ibsin Temozolomide Hexal 100 mg kapsuli ibsin Temozolomide Hexal 140 mg kapsuli ibsin Temozolomide Hexal 180 mg kapsuli ibsin Temozolomide Hexal 250 mg kapsuli ibsin temozolomide

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.



F'dan il-fuljett


  1. X’inhu Temozolomide Hexal u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Temozolomide Hexal

  3. Kif għandek tieħu Temozolomide Hexal

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Temozolomide Hexal

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Temozolomide Hexal u għalxiex jintuża


    Temozolomide Hexal fih mediċina msejħa temozolomide. Din il-mediċina hija sustanza kontra t- tumuri.


    Temozolomide Hexal jintuża għall-kura ta’ tipi speċifiċi ta’ tumuri tal-moħħ:

    • f’ adulti li jkunu għadhom kif ġew dijanjostikati bi glioblastoma multiforme. Temozolomide

      Hexal l-ewwel jintuża ma’ radjuterapija (fażi konkomittanti tal-kura) u mbagħad waħdu (fażi

      ta’ kura b’monoterapija).

    • fi tfal li għandhom minn 3 snin ’il fuq u f’pazjenti adulti bi glijoma malinna, bħal glioblastoma multiforme jew astroċitoma anaplastika. Temozolomide Hexal jintuża f’dawn it-tumuri jekk

      jerġgħu joħorġu jew imorru għall-agħar wara kura standard.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Temozolomide Hexal


    Tiħux Temozolomide Hexal


    • jekk inti allerġiku għal temozolomide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla

      fis-sezzjoni 6).

    • jekk kellek reazzjoni allerġika għal dacarbazine (mediċina kontra l-kanċer, kultant imsejħa DTIC). Sinjali ta’ reazzjoni allerġika jinkludu ħakk, qtugħ ta’ nifs jew tħarħir, nefħa tal-wiċċ, xofftejn, ilsien jew grieżem.

    • jekk ċerti tipi ta’ ċelloli tad-demm jonqsu b’mod serju (majelosuppressjoni), bħal meta l-għadd taċ-ċelloli l-bojod tad-demm u l-għadd tal-plejtlets jitbaxxa. Dawn iċ-ċelloli tad-demm huma

      importanti biex tiġi miġġielda infezzjoni u biex id-demm jagħqad kif suppost. It-tabib tiegħek

      sejjer janalizza d-demm tiegħek biex ikun żgur li għandek biżżejjed minn dawn iċ-ċelloli qabel

      tibda l-kura.


      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Temozolomide Hexal


    • peress li inti trid tinżamm taħt osservazzjoni stretta għall-iżvilupp ta’ forma serja ta’ infezzjoni fis-sider imsejħa pulmonite Pneumocystis jirovecii (PCP). Jekk int pazjent li għadek kif ġejt dijanjostikat (glioblastoma multiforme) tista’ tingħata Temozolomide Hexal għal 42 jum flimkien ma’ radjuterapija. F’dan il-każ, it-tabib tiegħek sejjer jordnalek ukoll mediċina biex tgħinek tevita dan it-tip ta’ pnewmonja (PCP).

    • jekk qatt kellek jew jista’ jkollok issa infezzjoni tal-epatite B. Dan minħabba li temozolomide

      jista’ jikkawża l-attivazzjoni mill-ġdid tal-epatite B, li f’xi każijiet tista’ tkun fatali. Il-pazjenti ser jiġu ċċekkjati bir-reqqa mit-tabib tagħhom għal sinjali ta’ din l-infezzjoni qabel ma tinbeda l-kura.

    • jekk int għandek għadd baxx ta’ ċelloli ħomor tad-demm (anemija), ċelloli bojod tad-demm u plejtlets jew problemi bl-għaqid tad-demm qabel ma tibda l-kura, jew jekk int tiżviluppahom

      matul il-kura. It-tabib tiegħekgħandu mnejn jiddeċiedi jiddeċiedi li jnaqqas id-doża, iwaqqaf għal ftit jew għal kollox il-kura jew ibiddel il-kura tiegħek. Jista’ jkollok bżonn ukoll ta’ kuri

      oħrajn. F’ċerti każi, jista’ jkun hemm bżonn li t-trattament b’Temozolomide Hexal jitwaqqaf. Id-demm tiegħek jiġi ttestjat ta’ spiss matul il-kura sabiex jimmonitorja l-effetti sekondarji ta’ Temozolomide Hexal fuq iċ-ċelloli tad-demm tiegħek.

    • peress li inti jista’ jkollok riskju żgħir ta’ tibdiliet oħrajn fiċ-ċelloli tad-demm, inkluż

      lewkemija.

    • jekk ikollok dardir (tħoss l-istonku mhux f’postu) u/jew rimettar, it-tnejn li huma huma effetti sekondarji komuni ħafna ta’ Temozolomide Hexal (ara sezzjoni 4), it-tabib tiegħek jista’ jordnalek mediċina (anti-emetika) biex tgħinek tevita r-rimettar.

      Jekk tirremetti ta’ spiss qabel jew waqt il-kura, staqsi lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar ħin biex tieħu Temozolomide Hexal sakemm ir-rimettar tiegħek ikun taħt kontroll. Jekk tirremetti wara

      li tieħu d-doża, terġax tieħu doża oħra fl-istess ġurnata.

    • jekk jitlagħlek id-deni jew joħorġulek is-sintomi ta’ infezzjoni, ikkuntattja lit-tabib tiegħek

      minnufih.

    • jekk għandek iktar minn 70 sena. Tista’ tkun iktar vulnerabbli li jaqbduk infezzjonijiet jew li titbenġel jew li jkollok fsada.

    • jekk għandek problemi tal-fwied jew tal-kliewi. Id-doża tiegħek ta’ Temozolomide Hexal jista’ jkollha bżonn ta’ aġġustament.


      Tfal u adolexxenti

      Tagħtix din il-mediċina lil tfal li għandhom inqas minn 3 snin peress li ma ġietx studjata. Hemm informazzjoni limitata f’pazjenti li għandhom ’l fuq minn 3 snin li ħadu Temozolomide Hexal.


      Mediċini oħra u Temozolomide Hexal

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


      Tqala, treddigħ u fertilità

      Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Dan għaliex inti m’għandekx tiġi kkurata b’Temozolomide Hexal waqt it-tqala sakemm ma jkunx indikat b’mod ċar mit-tabib tiegħek.

      Iridu jittieħdu prekawzjonijiet kontraċettivi effettivi mill-pazjenti nisa li jkunu jistgħu joħorġu tqal

      waqt it-trattament b’Temozolomide Hexal, u għal mill-anqas 6 xhur wara t-tlestija tat-trattament.


      Għandek tieqaf tredda’ meta tkun qed tirċievi kura b’Temozolomide Hexal.


      Fertilità fl-irġiel

      Temozolomide Hexal jista’ jikkawża infertilità permanenti. Pazjenti rġiel għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva u m’għandux ikollhom tfal għal mill-anqas 3 xhur wara li jwaqqfu l-kura.

      Huwa rrakkomandat li jinkiseb parir dwar il-konservazzjoni tal-isperma qabel il-kura.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Temozolomide Hexal jista’ jagħmlek għajjien jew bin-ngħas. F’dan il-każ, issuqx, tużax għodda jew

      magni u ssuqx rota sakemm tara kif taffettwak din il-mediċina (ara sezzjoni 4).


      Temozolomide Hexal fih lactose u sodium

      Temozolomide Hexal fih lactose (tip ta’ zokkor). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti

      tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kapsula iebsa, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.


  3. Kif gћandek tieћu Temozolomide Hexal


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja

    mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Dożaġġutultal-kura


    It-tabib tiegħek għandu jikkalkula d-doża korretta ta’ Temozolomide Hexal. Din hija bbażata fuq id- daqs tiegħek (tul u piż) u jekk għandekx tumur rikorrenti u jekk fil-passat kontx ħadt kura bil- kemoterapija.


    Tista’ tingħata mediċini oħra (anti-emetiċi) biex teħodhom qabel u/jew wara li tieħu Temozolomide

    Hexal biex tevita jew tikkontrolla d-dardir u r-rimettar.


    Pazjenti li jkunu għadhom kif ġew dijanjostikati bi glioblastoma multiforme


    Jekk int pazjent li għadek kif ġejt dijanjostikat, il-kura sejra ssir f’żewġ fażijiet:

    • kura flimkien ma’ radjuterapija (fażi konkomittanti) l-ewwel

    • segwita minn kura b’Temozolomide Hexal biss (fażi ta’ monoterapija).


    Waqt il-fażi konkomitanti, it-tabib tiegħek ser jibdielek Temozolomide Hexal b’doża ta’ 75 mg/m2 (doża tas-soltu). Ser tieħu din id-doża kuljum għal 42 jum (sa 49 jum) flimkien ma’ radjuterapija. Id- doża ta’ Temozolomide Hexal tista’ tiġi ttardjata jew imwaqqfa, skont l-għadd taċ-ċelloli tad demm u kemm tittollera l-mediċina tiegħek waqt il-fażi konkomitanti.


    Meta r-radjuterapija titlesta, inti tinterrompi l-kura għal 4 ġmgħat. Dan jagħti ftit żmien sabiex ġismek jerġa’ jirkupra.


    Imbagħad, tibda l-fażi ta’ monoterapija.


    Waqt il-fażi ta’ monoterapija, id-doża u l-mod kif tingħata Temozolomide Hexal f’din l-fażi sejrin ikunu differenti. It-tabib tiegħek ser jikkalkula id-doża eżatta għalik. Jista’ jkun hemm sa 6 perijodi ta’ kura (ċikli). Kull wieħed idum 28 jum. Ser tieħu d-doża l-ġdida ta’ Temozolomide Hexal waħedha darba kuljum għall-ewwel 5 ijiem (“jiem ta’ dożaġġ”) ta’ kull ċiklu. L-ewwel doża se tkun ta’

    150 mg/m2. Imbagħad ikollok 23 jum mingħajr Temozolomide Hexal. Dan b’kollox ikun ċiklu ta’

    kura ta’ 28 jum.


    Wara Jum 28, jibda ċ-ċiklu li jmiss. Ser terġa’ tieħu Temozolomide Hexal darba kuljum għal 5 ijiem segwit bi 23 jum mingħajr Temozolomide Hexal. Id-doża ta’ Temozolomide Hexal tista’ tkun irranġata, ittardjata jew imwaqqfa għal kollox skond il-għadd taċ-ċelluli tad-demm tiegħek u/jew kemm tkun tiflaħ għall-mediċina tiegħek f’kull ċiklu ta’ kura.


    Pazjenti b’tumuri li jkunu rritornaw jew aggravaw (glijoma malinna, bħal glioblastoma multiforme jew astroċitoma anaplastika) li jkunu qegħdin jieħdu Temozolomide Hexal biss:

    Ċiklu ta’ kura b’Temozolomide Hexal jieħu 28 jum.


    Ser tieħu Temozolomide Hexal waħdu darba kuljum għall-ewwel ħamest ijiem . Din id-doża ta’ kuljum tiddependi fuq jekk irċevejtx kimoterapija minn qabel jew le.


    Jekk qatt ma kellek kura b’kimoterapija, l-ewwel doża ta’ Temozolomide Hexal se tkun ta’

    200 mg/m2 darba kuljum għall-ewwel ħamest ijiem. Jekk xi darba qabel kellek kura b’kimoterapija, l-

    ewwel doża ta’ Temozolomide Hexal se tkun ta’ 150 mg/m2 darba kuljum għall-ewwel ħamest ijiem.


    Imbagħad ser jkollok 23 jum mingħajr Temozolomide Hexal. Dan jammonta għal ċiklu ta’ kura ta’

    28 jum.


    Wara Jum 28, jibda ċ-ċiklu li jmiss. Imbagħad terġa’ tibda tingħata Temozolomide Hexal darba kuljum għal ħamest ijiem, segwiti minn 23 jum mingħajr Temozolomide Hexal.


    Qabel kull ċiklu ġdid ta’ kura, id-demm tiegħek sejjer jiġi eżaminat biex isir magħruf jekk id-doża ta’ Temozolomide jeħtieġx li tiġi aġġustata. Jiddependi fuq ir-riżultati tat-testijiet tad-demm tiegħek, it- tabib tiegħek jista’ jaġġusta d-doża tiegħek għaċ-ċiklu li jmiss.


    KifgħandektieħuTemozolomideHexal


    Ħu d-doża ta’ Temozolomide Hexal li ordnawlek darba kuljum, preferibbilment fl-istess ħin tal- ġurnata kuljum.


    Ħu l-kapsuli fuq stonku vojt; pereżempju, mill-inqas siegħa qabel ma tkun bi ħsiebek tieħu l- kolazzjon. Ibla’ l-kapsula(i) sħiħa/sħaħ ma’ tazza ilma. Tiftaħx, tgħaffiġx u tomgħodx il-kapsuli. Jekk kapsula tkun imxaqqa, evita kuntatt tat-trab mal-ġilda, l-għajnejn jew l-imnieħer. Jekk inti bi żball iddaħħal xi ftit f’għajnejk jew f’imnieħrek, laħlaħ il-parti bl-ilma.


    Jiddependi fuq id-doża mogħtija b’riċetta, jista’ jkollok bżonn li tieħu aktar minn kapsula waħda f’daqqa, u maż-żmien b’qawwiet differenti (kontenut tas-sustanza attiva, f’mg). Il-kulur tal-għatu tal- kapsula huwa differenti għal kull qawwa (ara t-tabella hawn taħt).


    Qawwa

    Kulur tal-qoxra

    Temozolomide Hexal

    5 mg kapsuli ibsin

    aħdar

    Temozolomide Hexal

    20 mg kapsuli ibsin

    isfar

    Temozolomide Hexal

    100 mg kapsuli ibsin

    roża

    Temozolomide Hexal

    140 mg kapsuli ibsin

    blu

    Temozolomide Hexal

    180 mg kapsuli ibsin

    marun ħamrani

    Temozolomide Hexal

    250 mg kapsuli ibsin

    abjad

    Għandek taċċerta ruħek li tifhem eżattament u li tiftakar dan li ġej:

    • kemm jeħtieġ li tieħu kapsuli f’kull jum tad-dożaġġ. Itlob lit-tabib jew lill-ispiżjar biex jiktiblek dan (inkluż il-kulur).

    • liema ġranet huma l-jiem tad-doża.


    Irrevedi d-doża mat-tabib tiegħek kull darba li tibda ċiklu ġdid, minħabba li tista’ tkun differenti mill- aħħar ċiklu.


    Dejjem għandek tieħu Temozolomide Hexal skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Huwa importanti ħafna li tiċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Żbalji f’kif tieħu din il- mediċina jista’ jkollhom konsegwenzi serji fuq is-saħħa.


    Jekk tieħu Temozolomide Hexal aktar milli suppost

    Jekk b’mod aċċidentali tieħu aktar kapsuli Temozolomide Hexal milli kellek tieħu, ikkuntattja lit- tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek minnufih.


    Jekk tinsa tieħu Temozolomide Hexal

    Ħu d-doża li nsejt kemm jista’ jkun malajr fl-istess ġurnata. Jekk tgħaddi ġurnata sħiħa, iċċekkja mat- tabib tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu, sakemm it-tabib

    tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel hekk.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Ikkuntattja lit-tabibtiegħekminnufih jekkikollokkwalunkweminndawnliġejjin:

    • reazzjoni allerġika serja (sensittività eċċessiva) (ħorriqija, tħarħir jew diffikultà oħra fit-teħid

      tan-nifs),

    • fsada mhux ikkontrollata,

    • aċċessjonijiet (konvulżjonijiet),

    • deni,

    • kesħa,

    • uġigħ ta’ ras li ma jkunx jista’ jgħaddi.


    Il-kura b’Temozolomide Hexal tista’ tikkawża tnaqqis f’ċerti tipi ta’ ċelloli tad-demm. Dan jista’ jikkawżalek żieda fit-tbenġil jew fsada, anemija (nuqqas ta’ ċelloli ħomor tad-demm), deni, u tnaqqis fir-reżistenza għall-infezzjonijiet. It-tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli tad-demm normalment ma jdumx. F’xi każijiet, jista’ jieħu fit-tul u jista’ jwassal għal forma ta’ anemija serja ħafna (anemija aplastika). It- tabib tiegħek għandu jeżaminalek id-demm tiegħek b’mod regolari għal xi tibdil, u għandu jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ xi trattament speċifiku. F’xi każijiet, id-doża ta’ Temozolomide Hexal tiegħek titnaqqas jew inkella l-kura titwaqqaf.


    Effetti sekondarji oħra li ġew irrappurtati huma elenkati hawn taħt:


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10 ) huma:


    • telf t’aptit, diffikultà biex titkellem, uġigħ ta’ ras

    • rimettar, dardir, dijarea, stitikezza

    • raxx, telf ta’ xagħar

    • għeja

      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 ) huma:


    • infezzjonijiet, infezzjonijiet fil-ħalq, infezzjonijiet f’ferita

    • numru mnaqqas ta’ ċelluli tad-demm (newtropenija, limfopenija, tromboċitopenija)

    • reazzjoni allerġika

    • żieda fiz-zokkor fid-demm

    • indeboliment fil-memorja, depressjoni, ansjetà, konfużjoni, ma tkunx tista’ torqod jew ma

      tkunx tista’ tibqa’ rieqed/rieqda

    • indeboliment fil-koordinazzjoni u l-bilanċ

    • diffikultà biex tikkonċentra, bidla fl-istat mentali jew fl-attenzjoni, tinsa’

    • sturdament, sensazzjonijiet indeboliti, sensazzjonijiet ta’ tingiż, rogħda, togħma mhux normali

    • telf parzjali tal-vista, vista mhux normali, vista doppja, għajnejn xotti jew juġgħu

    • truxija, żarżir fil-widnejn, uġigħ fil-widna

    • tagħqid ta’ demm fil-pulmun jew fir-riġlejn, pressjoni għolja

    • pulmonite, qtugħ ta’ nifs, bronkite, sogħla, infjammazzjoni fis-sinusis

    • uġigħ fl-istonku jew fl-addome, stonku mqalleb/ħruq ta’ stonku, diffikultà biex tibla’

    • ġilda xotta, ħakk

    • ħsara fil-muskoli, dgħufija fil-muskoli, uġigħ u weġgħat fil-muskoli

    • ġogi juġgħu, uġigħ fid-dahar

    • tagħmel l-awrina b’mod frekwenti, diffikultà biex iżżomm l-awrina

    • deni, sintomi bħal tal-influwenza, uġigħ, tħossok ma tiflaħx, riħ jew influwenza

    • żamma ta’ fluwidu, riġlejn minfuħa

    • żieda fil-livelli tal-enzimi tal-fwied

    • telf ta’ piż, żieda fil-piż

    • korriment ikkawżat minn radjazzjoni


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100 ) huma:


    • infezzjonijiet fil-moħħ (meningoenċefalite erpetika) inklużi każijiet fatali

    • infezzjonijiet ġodda jew attivati mill-ġdid ta’ ċitomegalovirus

    • infezzjonijiet attivati mill-ġdid tal-virus tal-epatite B

    • kanċers sekondarji inkluża lewkimja

    • għadd imnaqqas ta’ ċelluli tad-demm (panċitopenija, anemija, lewkopenija)

    • dbabar ħomor taħt il-ġilda

    • dijabete insipidus (sintomi jinkludu żieda fl-għamil tal-awrina u tħossok bil-għatx), livell baxx

      ta’ potassium fid-demm

    • bidliet fil-burdata, alluċinazzjoni

    • paraliżi parzjali, bidla fis-sens tax-xamm

    • indeboliment fis-smigħ, infezzjoni fil-parti tan-nofs tal-widna

    • palpitazzjonijiet (meta inti tista’ tħoss qalbek tħabbat), fwawar sħan

    • stonku minfuħ, diffikultà biex tikkontrolla l-ippurgar, murliti, ħalq xott

    • epatite u ħsara fil-fwied (inkluża insuffiċjenza fatali tal-fwied), kolestasi, żieda fil-bilirubin

    • infafet fuq il-ġisem jew fil-ħalq, taqxir tal-ġilda, żbroff fil-ġilda, ġilda tiħmar u tuġgħa, raxx

      sever b’nefha fil-ġilda (inklużi l-keff tal-id u l-pala tas-sieq)

    • żieda fis-sensittività għad-dawl tax-xemx, urtikarja (ħorriqija), żieda fil-ħruġ tal-għaraq, bidla

      fil-kulur tal-ġilda

    • diffikultà biex tagħmel l-awrina

    • ħruġ ta’ demm mill-vaġina, irritazzjoni fil-vaġina, menstruazzjoni li ma sseħħx jew tkun qawwija, uġigħ fis-sider, impotenza sesswali

    • rogħda, nefħa fil-wiċċ, bidla fil-kulur tal-ilsien, għatx, disturb fis-snien


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Temozolomide Hexal


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal, preferibbilment f’armarju msakkar.

    Inġestjoni aċċidentali tista’ tkun letali għat-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara “JIS”. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Flixkun

    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Aħżen fil-pakkett oriġinali.

    Żomm il-fliexken magħluqin sewwa sabiex tilqa’ mill-umdità.


    Pakkett multiplu (fliexken)

    Pakkett multiplu li fih 20 kapsula iebsa (4 pakketti ta’ 5 kapsuli ibsin fi flixkun tal-ħġieġ kulur ambra tip III b’tapp tal-polypropylene li ma jinfetaħx mit-tfal. Il-fliexken fihom pawċ għal dessikant. Żomm il-pawċ għal dessikant fil-flixkun. Tibilgħux.)


    Qartas

    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C


    Għid lill-ispiżjar jekk tinnota xi tibdil fid-dehra tal-kapsuli.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Temozolomide Hexal



Temozolomide Hexal 20 mg kapsuli ibsin

- Kontenut tal-kapsula: anhydrous lactose, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate type A, tartaric acid, stearic acid.


Temozolomide Hexal 100 mg kapsuli ibsin

- Kontenut tal-kapsula: anhydrous lactose, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate type A, tartaric acid, stearic acid.


Temozolomide Hexal 140 mg kapsuli ibsin

- Kontenut tal-kapsula: anhydrous lactose, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate type A, tartaric acid, stearic acid.


Temozolomide Hexal 180 mg kapsuli ibsin

- Kontenut tal-kapsula: anhydrous lactose, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate type A, tartaric acid, stearic acid.


Kif jidher Temozolomide Hexal u l-kontenut tal-pakkett


Flixkun

Il-kapsuli ibsin jiġu fi fliexken tal-ħġieġ kulur l-ambra (ħġieġ Tip 3) b’tappijiet tal-polypropylene li

huma reżistenti għal ftuħ minn tfal. Kull flixkun fih jew 5 jew 20 kapsula. Il-fliexken fihom ukoll

pawċ għal dessikant. Żomm il-pawċ tad-dessikant ġol-flixkun. Tibilgħux.


Qartas

Kull kapsula iebsa (kapsula) hija ppakkjata individwalment f’qartas. Kull kartuna fiha 5 jew 20 kapsula iebsa.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Temozolomide Hexal 5 mg kapsuli ibsin

Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, għatu kulur aħdar, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“5”.

Kull kapsula iebsa hija twila madwar 15.8 mm.


Temozolomide Hexal 20 mg kapsuli ibsin

Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, b’għatu kulur isfar, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“20”.

Kull kapsula iebsa hija twila madwar 11.4 mm.


Temozolomide Hexal 100 mg kapsuli ibsin

Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, b’għatu kulur roża, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“100”.

Kull kapsula iebsa hija twila madwar 15.8 mm.


Temozolomide Hexal 140 mg kapsuli ibsin

Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, għatu kulur blu trasparenti, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“140”.

Kull kapsula iebsa hija twila madwar 19.3 mm.


Temozolomide Hexal 180 mg kapsuli ibsin

Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, għatu kulur marun ħamrani, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“180”.

Kull kapsula iebsa hija twila madwar 19.3 mm.


Temozolomide Hexal 250 mg kapsuli ibsin

Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, b’għatu kulur abjad, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“250”.

Kull kapsula iebsa hija twila madwar 21.4 mm.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Hexal AG Industriestraße 25

83607 Holzkirchen

Il-Ġermanja


Manifattur

Salutas Pharma GmbH Otto-von-Guericke-Allee 1 D-39179 Barleben

Il-Ġermanja


Lek Pharmaceuticals d.d Verovskova 57

SL-1526 Ljubljana Is-Slovenja


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Sandoz N.V. Telecom Gardens

Medialaan 40

B-1800 Vilvoorde

Tél/Tel: +32 (0)2 722 97 97

Lietuva

Sandoz Pharmaceuticals d.d Branch Office Lithuania

Seimyniskiu 3A

LT – 09312 Vilnius Tel: +370 5 2636 037


България Luxembourg/Luxemburg

КЧТ Сандоз България Бул.“Никола Вапцаров“ No. 55 сгр. 4, ет. 4

1407 София

Teл.: '+359 2 970 47 47

regaffairs.bg@sandoz.com

HEXAL AG

Industriestraße 25

D-83607 Holzkirchen Tél/Tel: +49 39205 42-1305

dra.co_de@hexal.com


Česká republika

Sandoz s.r.o.

Na Pankráci 1724/129 CZ-140 00, Praha 4

Tel: +420 225 775 111

office.cz@ sandoz.com

Magyarország Sandoz Hungária Kft. Bartók Béla út 43-47 H-1114 Budapest Tel: +36 1 430 2890

Info.hungary@sandoz.com


Danmark

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 København S Danmark

Tlf: +45 6395 1000

info.danmark@sandoz.com

Malta

Sandoz Pharmaceuticals d.d. Verovskova 57,

SI-1000 Ljubljana

Slovenia

Tel: +356 21222872


Deutschland Hexal AG Industriestr. 25

D-83607 Holzkirchen Tel: +49 39205 42-1305

dra.co_de@hexal.com

Nederland Sandoz B.V. Veluwezoom 22

NL-1327 AH Almere Tel: +31 (0)36 5241600

nl.registration@sandoz.com


Eesti

Sandoz d.d. Eesti filiaal Pärnu mnt 105

EE – 11312 Tallinn

Tel: +372 6652405

Norge

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 København S Danmark

Tlf: +45 6395 1000

info.danmark@sandoz.com


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Τηλ: +30 210 2811712

Österreich Sandoz GmbH Biochemiestr. 10 A-6250 Kundl

Tel: +43(0)1 86659-0

registration.vienna@sandoz.com


España

Sandoz Farmacéutica, S.A Centro Empresarial Parque Norte

C/ Serrano Galvache Nº 56, Edificio Roble

E-28033 Madrid

Tel: +34 91 602 30 62

registros.spain@sandoz.com

Polska

Sandoz Polska Sp. z o.o. ul. Domaniewska 50 C

PL – 02 672 Warszawa

Tel.: +48 22 209 7000

maintenance.pl@sandoz.com


France

Sandoz SAS

49, avenue Georges Pompidou F-92593 Levallois-Perret Cedex

Portugal

Sandoz Farmacêutica Lda.

Avenida Professor Doutor Cavaco Silva, n.º 10E Taguspark

Tél: +33 1 49 64 48 00

regaff.france@sandoz.com

P-2740255 Porto Salvo Tel: +351 21 196 40 42

regaff.portugal@sandoz.com


Hrvatska Sandoz d.o.o. Maksimirska 120

HR – 10 000 Zagreb

Tel : +385 1 235 3111

România

SC Sandoz S.R.L. Strada Livezeni Nr. 7a

540472 Târgu Mureș

Tel: +40 21 407 51 60

regaffairs.ro@sandoz.com


Ireland Rowex Ltd Newtown Bantry

Co. Cork Ireland

Tel: +353 27 50077

regulatorygroup@rowa-pharma.ie

Slovenija

Lek Pharmaceuticals d.d. Verovškova 57

SI-1526 Ljubljana Tel: +386 1 580 21 11

Info.lek@sandoz.com


Ísland

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14

DK-2300 Kaupmaannahöfn S Danmörk

Tlf: +45 6395 1000

info.danmark@sandoz.com

Slovenská republika

Sandoz d.d. - organizačná zložka

Žižkova 22B, 811 02 Bratislava

Tel: +421 2 48 200 600

sk.regulatory@sandoz.com


Italia

Sandoz S.p.A.

Largo Umberto Boccioni, 1 I-21040 Origgio / VA

Tel: +39 02 96 54 1

regaff.italy@sandoz.com

Suomi/Finland

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 Kööpenhamina S Tanska

Puh: + 358 010 6133 400

info.suomi@sandoz.com


Κύπρος

Sandoz Pharmaceuticals d.d. Verovskova 57,

SI-1000 Ljubljana

Σλοβενία

Τηλ: +357 22 69 0690

Sverige

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 Köpenhamn S Danmark

Tel: +45 6395 1000

info.sverige@sandoz.com


Latvija

Sandoz d.d. Latvia filiāle K.Valdemāra 33 – 29 LV-1010 Rīga

Tel: +371 67892006

United Kingdom (Northern Ireland)

Sandoz GmbH Biochemiestr. 10 A-6250 Kundl

Tel: +43 5338 2000


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}>.

eu/