Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Mircera
methoxy polyethylene glycol-epoetin beta

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


MIRCERA

30 mikrogramma/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest 40 mikrogramma/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest 50 mikrogramma/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest 60 mikrogramma/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest 75 mikrogramma/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest 100 mikrogramma/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest 120 mikrogramma/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest 150 mikrogramma/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest 200 mikrogramma/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest 250 mikrogramma/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest 360 mikrogramma/0.6 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest


methoxy polyethylene glycol epoetin beta


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.

(6.21 mmol/l) jew inqas. Wara l-bidu tat-terapija, it-tabib tiegħek se jipprova jżomm il-livell tal-

emoglobina tiegħek bejn 10 u 12 g/dl (7.45 mmol/l).

MIRCERA. Jekk il-kwantità hija baxxa wisq it-tabib tiegħek jista’ jagħtik mediċina oħra li fiha

l-ħadid.

mudullun tal-għadam tiegħek. Jekk żviluppajt PRCA, il-kura tiegħek b’MIRCERA titwaqqaf.

Int ma tingħatax ESA ieħor u t-tabib tiegħek jikkurak għal din il-kundizzjoni.


Tfal u adolexxenti

Kura b’MIRCERA mhix irrakkomandata fit-tfal u adoloxxenti, minħabba li ma ġietx studjata f’dawn

il-pazjenti.

Oqgħod attent ħafna bi prodotti oħra li jistimulaw il-produzzjoni ta’ ċelluli ħomor tad-demm: MIRCERA huwa wieħed minn grupp ta’ prodotti li jistimulaw il-produzzjoni ta’ ċelluli ħomor tad- demm kif jagħmel l-eritropoetin uman magħmul mill-proteina. Il-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek dejjem se jieħu nota tal-prodott eżatt li qed tuża.


Reazzjonijiet serji tal-ġilda li jinkludu s-sindrome ta’ Stevens-Johnson (SJS - Stevens-Johnson syndrome) u nekroliżi epidermali tossika (TEN - toxic epidermal necrolysis) kienu rrappurtati b’rabta ma’ trattament b’epoetin.

Fil-bidu SJS/TEN jistgħu jidhru bħala tikek ħomor qishom mira jew irqajja tondi ħafna drabi b’infafet ċentrali fuq it-tronk. Barra dan, jistgħu jseħħu ulċeri fil-ħalq, fil-griżmejn, fl-imnieħer, fuq il-partijiet

ġenitali u fl-għajnejn (għajnejn ħomor u minfuħin). Ħafna drabi dawn ir-raxxijiet serji tal-ġilda jseħħu wara deni u/jew sintomi li jixbħu lil dawk tal-influwenza. Ir-raxxijiet jistgħu jipprogressaw għal tqaxxir mifrux tal-ġilda u komplikazzjonijiet ta’ periklu għall-ħajja.


Jekk tiżviluppa raxx serju jew xi sintomu ieħor tal-ġilda minn dawn, waqqaf it-teħid ta’ Mircera u

kkuntattja lit-tabib tiegħek jew fittex attenzjoni medika minnufih.


Mediċini oħra u MIRCERA

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċini oħra. Ma sarux studji ta’ interazzjoni. M’hemmx evidenza li MIRCERA tinteraġixxi ma’ mediċini oħra.


MIRCERA ma’ ikel u xorb

Ikel u xorb ma affettwax lil MIRCERA.


Tqala, treddigħ u fertilità

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina. MIRCERA ma ġietx studjata f’nisa tqal jew li qed ireddgħu.

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija. It- tabib tiegħek jikkunsidra x’inhu l-aħjar kura għalik waqt it-tqala.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew tixtieq tredda’. It-tabib tiegħek jgħidlek jekk għandekx

tkompli jew twaqqaf it-treddigħ, jew tkompli jew twaqqaf l-kura tiegħek.

MIRCERA ma weriex evidenza ta’ indeboliment tal-fertilità fl-annimali. Ir-riskju potenzjali għall- bnedmin mhux magħruf.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

MIRCERA ma jaffettwax l-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.


Tagħrif importanti dwar uħud mis-sustanzi ta’ MIRCERA

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull ml, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-

sodium’.


  1. Kif għandek tuża MIRCERA


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib tiegħek se juża l-inqas doża effettiva biex jikkontrolla s-sintomi tal-anemija tiegħek.


    Jekk ma tirrispondix b’mod adegwat għal MIRCERA, it-tabib tiegħek se jiċċekkja d-doża tiegħek u se jinfurmak jekk teħtieġ tibdel id-dożi ta’ MIRCERA.


    Kura b’MIRCERA għandha tinbeda taħt is-superviżjoni ta’ professjonist tal-kura tas-saħħa. Injezzjonijiet ta’ wara jistgħu jingħataw minn professjonist tal-kura tas-saħħa jew, wara li tkun ġejt imħarreġ, inti tista’ tinjetta MIRCERA lilek innifsek (ara l-istruzzjonijiet fl-aħħar ta’ dan il-fuljett.)

    MIRCERA jista’ jiġi injettat taħt il-ġilda fl-addome, fid-dirgħajn jew fil-koxxa; jew ġo vina. It-tabib tiegħek jiddeċiedi liema hu l-aħjar għalik.


    It-tabib tiegħek jagħmel testijiet tad-demm regolari biex jissorvelja kif l-anemija tiegħek qed tirrispondi għall-kura billi jkejjel il-livell ta’ emoglobina tiegħek.


    • Jekk bħalisssa mhux qed tiġi kkurat b’ESA

      Jekk m’intix fuq dijalisi, id-doża tal-bidu rrakkomandata ta’ MIRCERA hija ta’ 1.2 mikrogrammi għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem tiegħek li għandha tingħata taħt il-ġilda darba fix-xahar bħala injezzjoni waħda. B’mod alternattiv, it-tabib tiegħek għandu mnejn jiddeċiedi li jagħti doża tal-bidu ta’ MIRCERA ta’ 0.6 mikrogrammi għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem tiegħek. Id-doża għandha tingħata darba kull ġimagħtejn bħala injezzjoni waħda taħt il-ġilda jew ġol-vina. Ladarba l-anemija tiegħek tiġi kkoreġuta it-tabib tiegħek jista’ jbiddillek id-dożaġġ għall-għoti ta’ darba fix-xahar.

      Jekk qiegħed/qegħda fuq dijalisi, id-doża rrakkomandata tal-bidu hija ta’ 0.6 mikrogrammi għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem tiegħek. Id-doża għandha tingħata darba kull ġimagħtejn bħala injezzjoni

      waħda taħt il-ġilda jew ġol-vina. Ladarba l-anemija tiegħek tiġi kkoreġuta it-tabib tiegħek jista’

      jbiddillek id-dożaġġ għall-għoti ta’ darba fix-xahar.


      It-tabib tiegħek jista’ jżid jew inaqqas id-doża tiegħek jew iwaqqaf il-kura temporanjament biex jaġġusta il-livell ta’ emoglobina tiegħek, kif xieraq għalik. Bidliet fi-doża mhux se jsiru aktar ta’ spiss minn darba fix-xahar.


    • Jekk bħalissa qed tiġi kkurat b’ESA ieħor

    It-tabib tiegħek jista’ jibdillek il-mediċina tiegħek li qed tieħu bħalissa għal MIRCERA. It-tabib tiegħek jiddeċiedi jekk jikkurakx b’MIRCERA amministrata bħala injezzjoni waħda darba fix-xahar. It-tabib tiegħek jikkalkola d-doża tal-bidu tiegħek ta’ MIRCERA ibbażat fuq l-aħħar doża tal-mediċina tiegħek ta’ qabel. L-ewwel doża ta’ MIRCERA tingħata fil-ġurnata ppjanata għall-injezzjoni tal- mediċina tiegħek ta’ qabel.


    It-tabib tiegħek jista’ jżid jew inaqqas id-doża jew iwaqqaf temporanjament il-kura tiegħek biex jaġġusta l-emoglobina tiegħek sa livell xieraq għalik. Bidliet fid-doża mhux se jsiru aktar ta’ spiss minn darba fix-xahar.


    Jekk tuża MIRCERA aktar milli suppost

    Jekk jogħġbok kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk użajt doża kbira wisq ta’ MIRCERA minħabba li jista’ jkun hemm bżonn li tagħmel xi testijiet tad-demm u li titwaqqaf temporanjament il- kura tiegħek.


    Jekk tinsa tuża MIRCERA

    Jekk tinsa doża ta’ MIRCERA ħudha hekk kif tiftakar u kellem lit-tabib tiegħek dwar meta tieħu d- dożi li jmiss.


    Jekk tieqaf tuża MIRCERA

    Kura b’MIRCERA normalment hija fit-tul. Madankollu tista’ titwaqqaf f’kull waqt fuq parir tat-tabib

    tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    Il-frekwenza tal-effetti sekondarji possibli elenkati taħt:


    Effett sekondarju komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 10) hija ipertensjoni (pressjoni għolja tad-demm).


    Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100) huma:

    • uġigħ ta’ ras

    • trombożi ta’ aċċess vaskulari (biċċiet ta’ demm magħqud fl-aċċess għad-dijalisi tiegħek)

    • tromboċitopenija

    • trombożi.


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000) huma:

    • enċefalopatija ipertensiva (pressjoni tad-demm għolja ħafna li tista’ twassal għall-uġigħ ta’ ras, speċjalment uġigħ ta’ ras bħall-emikranja li jitfaċċa f’daqqa u jtektek, konfużjoni, disturbi fid-

      diskors, aċċessjonijiet jew konvulżjonijiet).

    • emboliżmu pulmonari

    • raxx makulopapulari (reazzjoni fil-ġilda bi ħmura li tista’ tinkludi ponot jew imsiemer)

    • fwawar

    • sensittività eċċessiva (reazzjoni allerġika li tista’ tikkawża tħarħir mhux tas-soltu jew diffikultà biex tieħu n-nifs; nefħa fl-ilsien, wiċċ jew griżmejn, jew nefħa madwar il-post tal-injezzjoni, jew iġġiegħelek tħossok sturdut, ikollok ħass ħażin jew tikkollassa).

      Jekk għandek dawn is-sintomi jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek minnufih biex tingħata kura.


      Waqt studji kliniċi il-pazjenti kellhom tnaqqis żgħir fl-għadd ta’ plejtlits fid-demm tagħhom. Fl- ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq kien hemm rapporti ta’ għadd ta’ plejtlits taħt il-firxa normali (tromboċitopenija).


      Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva, inkluż każijiet ta’ reazzjoni anafilattika u raxxijiet serji tal- ġilda li jinkludu s-sindrome ta’ Stevens-Johnson (SJS - Stevens-Johnson syndrome) u nekroliżi epidermali tossika kienu rrappurtati b’rabta ma’ trattament b’epoetin. Dawn jistgħu jidhru bħala makuli ħomor qishom mira jew irqajja tondi ħafna drabi b’infafet ċentrali fuq it-tronk, tqaxxir tal- ġilda, ulċeri fil-ħalq, fil-gerżuma, fl-imnieħer, fuq il-partijiet ġenitali u fl-għajnejn u jistgħu jiġu osservati wara deni u sintomi simili għal dawk tal-influwenza. Tibqax tuża Mircera jekk tiżviluppa dawn is-sintomi u kkuntattja lit-tabib tiegħek jew fittex attenzjoni medika minnufih, ara wkoll sezzjoni 2.


      Bħal b’ESAs oħra, każijiet ta’ trombożi, inkluż emboliżmu pulmonari, kienu rrappurtati fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq.


      Kundizzjoni msejħa Aplasija Pura taċ-Ċelluli l-Ħomor (PRCA, waqfien jew tnaqqis tal-produzzjoni ta’ ċelluli ħomor tad-demm) minħabba antikorpi anti-eritropoetin kienet osservata f’xi pazjenti kkurati b’ESAs, inkluż MIRCERA.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-

      effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-

      mediċina.


  3. Kif taħżen MIRCERA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u fuq it-tikketta tas- siringa mimlija għal-lest wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix- xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.

    Żomm is-siringa mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa mid-dawl.

    Tista’ tneħħi s-siringa mimlija għal-lest tiegħek ta’ MIRCERA mill-friġġ u taħżinha f’temperatura tal- kamra mhux ’l fuq minn 30°C għall-perijodu wieħed ta’ xahar. F’dan il-perijodu fejn MIRCERA kien

    maħżun f’temperatura tal-kamra mhux ’l fuq minn 30°C ma tistax terġa tpoġġi lil MIRCERA fil-friġġ

    qabel l-użu. Ladarba neħħejt il-mediċina tiegħek mill-friġġ trid tużaha f’dan il-perijodu ta’ xahar.


    Soluzzjonijiet li huma ċari, mingħajr kulur sa kemmxejn fl-isfar u bla frak viżibbli biss għandhom jiġu

    injettati.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih MIRCERA



image

Figura J


Waħħal il-labra mas-siringa billi timbuttaha sew bi dritt fuq is-siringa u billi ddawwarha ftit (Figura J).


Pass 5. Neħħi l-għatu ta’ protezzjoni tal-labra u ipprepara għall-injezzjoni



image

Figura K

Żomm is-siringa b’mod sod b’id waħda minn nofs it-tubu u iġbed l-għatu ta’ protezzjoni tal-labra dritt ’il barra bl-id l- oħra. Armi l-għatu ta’ protezzjoni tal- labra fil-kontenitur li ma jittaqqabx jew fil-kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu (Figura K).


minn ċintorin jew minn ċinta ta’ xi

qalziet jew dublett.

ħamra, iebsa jew mhux intatta.


Naddaf iż-żona tas-sit tal-injezzjoni magħżula permezz ta’ imselħa tal- alkoħol biex tnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni; segwi b’attenzjoni l- istruzzjonijiet tal-imselħa tal-alkoħol (Figura O).


mnaddfa qabel l-injezzjoni u trewwaħx u tonfoħx fuq iż-żona nadifa.


image

Figura P


image

Figura Q


image


Figura R


image

Figura S


Sib pożizzjoni komda qabel ma tagħti

injezzjoni ta’ MIRCERA.


Biex tkun żgur li l-labra tista’ tiddaħħal b’mod korrett taħt il-ġilda, uża l-id ħielsa tiegħek biex toqros tinja ġilda merħija

fis-sit tal-injezzjoni nadifa. Li toqros il-

ġilda huwa importanti biex jiġi żgurat li inti tinjetta taħt il-ġilda (fil-tessut tax- xaħam) u mhux aktar fil-fond (fil- muskolu). Injezzjoni fil-muskolu tista’ twassal għall-injezzjoni skomda (Figura P).


B’attenzjoni daħħal il-labra kollha fil- ġilda f’angolu ta’ 90° b’mod rapidu, "qisek qed titfa’ vleġġa". Imbagħad żomm is-siringa f’postha u itlaq il-ġilda li qed toqros.


Iċċaqlaqx il-labra waqt li tkun imdaħħla

fil-ġilda.


Xħin il-labra tkun imdaħħla kollha fil- ġilda, imbotta l-planġer bil-mod b’sebgħek il-kbir waqt li żżomm is- siringa bis-seba’ l-werrej u s-seba’ tan- nofs mill-maqbad tas-swaba’ sakemm il- mediċina tiġi injettata kollha. Il-bastun tal-planġer għandu jingħafas s’isfel nett (magħfus) u għandek tisma’ klikk li tindika l-attivazzjoni tal-ilqugħ tal-labra (Figura Q).


Terħix il-planġer qabel tagħti l- injezzjoni kollha jew qabel il-planġer ikun magħfus għalkollox.


Oħroġ il-labra barra mill-ġilda MINGĦAJR ma terħi l-planġer (Figura R).


Erħi l-planġer, biex b’hekk tħalli l-għatu ta’ protezzjoni tal-labra jipproteġi lill- labra (Figura S).


image

Figura T


Issa, jekk meħtieġ, it-tikketta li tinqala’

tista’ titneħħa (Figura T).


Wara l-injezzjoni:


Rotta fil-vini:


Jekk il-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek irrakkomanda injezzjoni ta’ MIRCERA fil-vina, għandek issegwi l-proċedura deskritta taħt.

Wara l-preparazzjoni tas-siringa kif deskritt f’passi 1 sa 5:


Naddaf il-port tal-vina tat-tubu tal-emodijalisi bi mselħa tal-alkoħol kif avżat mill-fornitur jew mill- manifattur.

image

Figura U

Daħħal il-labra tas-siringa mimlija għal-lest fil-port tal-vina mnaddaf (Figura U).


Tmissx is-sit tal-injezzjoni tal-port tal- vina


image

Figura V


Imbotta l-planġer bis-seba’ l-kbir waqt li żżomm is-siringa bis-seba’ l-werrej u s-seba’ tan-nofs mill-maqbad tas- swaba’ sakemm il-mediċina tkun injettata kollha (Figura V).


Oħroġ is-siringa mimlija għal-lest mill-port tal-vina MINGĦAJR ma terħi l-planġer.


Xħin toħroġha, erħi l-planġer, biex b’hekk tħalli l-għatu ta’ protezzjoni tal-labra jipproteġi lil-labra.


Issa, jekk meħtieġ, it-tikketta li tinqala’

tista’ titneħħa (Ara Figura T).


Pass 7: Armi s-siringa