Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Pramipexole Accord
pramipexole

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Pramipexole Accord 0.088 mg pilloli Pramipexole Accord 0.18 mg pilloli Pramipexole Accord 0.35 mg pilloli Pramipexole Accord 0.7 mg pilloli Pramipexole Accord 1.1 mg pilloli


Pramipexole


Aqra sew dan il-fuljett qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


Mhux magħruf:

Wara li twaqqaf jew tnaqqas it-trattament ta’ Pramipexole Accord tiegħek: Jistgħu jseħħu depressjoni,

apatija, ansjetà, għeja kbira, għaraq jew uġigħ (imsejħa sindrome tat-twaqqif ta’ agonist ta’ dopamine jew DAWS [dopamine agonist withdrawal syndrome]).


Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-imġibiet; hu se jiddiskuti miegħek modi ta’ kif timmaniġġja jew tnaqqas is-sintomi.

Għall-effetti sekondarji mmarkati b’asterisk (*), stima preċiża ta’ frekwenza mhijiex possibbli, għax

dawn l-effetti sekondarji ma kinux osservati fi studji kliniċi fost 1,395 pazjent ikkurati bi pramipexole.

Il-kategorija ta’ frekwenza probabbilment mhijiex aktar minn “mhux komuni”.


Rappurtar tal-effetti sekondarji

image

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  1. Kif taħżen Pramipexole Accord


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Aħżen f’temperatura inqas minn 30°C.

    • Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ l-pilloli mid-dawl.

    • Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Pramipexole Accord pillola:


Is-sustanza attiva hi pramipexole.


Kull pillola fiha 0.125 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate ekwivalenti għal 0.088 mg pramipexole.

Kull pillola fiha 0.25 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate ekwivalenti għal 0.18 mg pramipexole.

Kull pillola fiha 0.5 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate ekwivalenti għal 0.35 mg pramipexole.

Kull pillola fiha 1.0 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate ekwivalenti għal 0.7 mg pramipexole.

Kull pillola fiha 1.5 mg pramipexole dihydrochloride monohydrate ekwivalenti għal 1.1 mg pramipexole.

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma mannitol, cellulose microcrystalline, maize starch, silica colloidal anhydrous, povidone K 30 u magnesium stearate.


Kif jidher Pramipexole Accord u l-kontenut tal-pakkett


Pramipexole Accord 0.088 mg


pilloli huma ta’ lewn abjad għal offwajt, tondi, b’wiċċ ċatt, bit-tarf imżerżaq, bl-iskrizzjoni ‘I1’ fuq

naħa u xejn min-naħa l-oħra


Pramipexole Accord 0.018 mg


pilloli huma ta’ lewn abjad għal offwajt, tondi, b’wiċċ ċatt, bit-tarf imżerżaq, bl-iskrizzjoni ‘I’ u ‘2’

fuq iż-żewġ naħat tal-linja tal-qsim fuq naħa waħda u linja tal-qsim fuq in-naħa l-oħra.


Pramipexole Accord 0.35 mg


pilloli huma ta’ lewn abjad għal offwajt, tondi, b’wiċċ ċatt, bit-tarf imżerżaq, bl-iskrizzjoni ‘I’ u ‘3’

fuq iż-żewġ naħat tal-linja tal-qsim fuq naħa waħda u linja tal-qsim fuq in-naħa l-oħra.


Pramipexole Accord 0.7 mg pilloli huma ta’ lewn abjad għal offwajt, tondi, b’wiċċ ċatt, bit-tarf imżerżaq, bl-iskrizzjoni ‘I’ u ‘4’ fuq iż-żewġ naħat tal-linja tal-qsim fuq naħa waħda u linja tal-qsim fuq in-naħa l-oħra.


Pramipexole Accord 1.1 mg


pilloli huma ta’ lewn abjad għal offwajt, tondi, b’wiċċ ċatt, bit-tarf imżerżaq, bl-iskrizzjoni ‘I’ u ‘5’

fuq iż-żewġ naħat tal-linja tal-qsim fuq naħa waħda u linja tal-qsim fuq in-naħa l-oħra.


Il-qawwiet kollha ta’ Pramipexole Accord pilloli huma disponibbli fil-folji alu-alu ta’ 10 pilloli kull strixxa, f’kartuniet li fihom 3 jew 10 strixxi ta’ folji (30 jew 100 pillola).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u Manifattur Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Accord Healthcare S.L.U.

World Trade Center, Moll de Barcelona, s/n, Edifici Est 6ª planta,

08039 Barcelona, Spanja


Manifattur

Accord Healthcare Limited, Sage House, 319 Pinner road, North Harrow

HA1 4HF, Middlesex, Ir-Renju Unit


Accord Healthcare Polska Sp.z o.o.,

image

ul. Lutomierska 50,95-200 Pabianice, Il-Polonja


image

Accord Healthcare B.V., Winthontlaan 200,

3526 KV Utrecht, L-Olanda

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: https://www.ema.europa.eu.