Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Jevtana
cabazitaxel

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


JEVTANA 60 mg konċentrat u solvent għal soluzzjoni għall-infużjoni

cabazitaxel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Rappurtar tal-effetti sekondarji

image

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  1. Kif taħżen JEVTANA


    Żommu din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u fuq it-tikketta tal- kunjetti wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.Tagħmlux fil-friġġ.


    Tagħrif dwar kif jinħazen JEVTANA u x’ħin irid jintuża, la darba jiġi dilwit u huwa lest għall-użu, jinstab fis-sezzjoni “Tagħrif prattiku għall-professjonisti medikali jew fil-kura tas-saħħa dwar il- preparazzjoni, l-għoti u l-immaniġġjar ta’ Jevtana”.


    Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih JEVTANA

Is-sustanza attiva hija cabazitaxel. Millilitru ta’ konċentrat fih 40 mg cabazitaxel. Kunjett wieħed ta’ konċentrat fih 60 mg cabazitaxel.

Is-sustanzi l-oħra huma polysorbate 80 u aċidu ċitriku fil-konċentrat, u ethanol 96% u ilma għall- injezzjonijiet fis-solvent (ara sezzjoni 2 “JEVTANA fih l-alkoħol”.


Nota: Kemm il-kunjett ikkonċentrat ta’ JEVTANA 60 mg/1.5 ml (volum ta’ mili: 73.2 mg ta’ cabazitaxel/1.83 ml) kif ukoll il-kunjett tas-solvent (volum ta’ mili: 5.67 ml) huma mimlijin ftit żejjed biex jagħmlu tajjeb għal telf ta’ likwidu waqt il-preparazzjoni. Dan iż-żejjed jiżgura li wara d- dilwizzjoni bil-kontenut KOLLU tas-solvent li jiġi miegħu, jkun hemm soluzzjoni li fiha 10 mg/ml cabazitaxel.


Id-dehra ta’ JEVTANA u l-kontenut tal-pakkett

JEVTANA huwa konċentrat u solvent għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili).

Il-konċentrat huwa soluzzjoni zejtnija ta’ kulur isfar ċar għal isfar fil-kannella. Is-solvent huwa soluzzjoni ċara u bla kulur.


Pakkett wieħed ta’ JEVTANA fih:

4.5 ml (volum nominali).


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

sanofi-aventis groupe 54, rue La Boétie

F - 75008 Paris Franza


Il-Manifattur


image

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH Industriepark Höchst

65926 Frankfurt am Main Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Sanofi Belgium

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00

Lietuva

Swixx Biopharma UAB Tel: +370 5 236 91 40


България

Swixx Biopharma EOOD Тел.: +359 (0)2 4942 480

Luxembourg/Luxemburg

Sanofi Belgium

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien)


Česká republika sanofi-aventis, s.r.o. Tel: +420 233 086 111

Magyarország

SANOFI-AVENTIS Zrt., Tel.: +36 1 505 0050


Danmark

Sanofi A/S

Tlf: +45 45 16 70 00

Malta

Sanofi S.r.l

Tel: +39 02 39394275


Deutschland

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH Tel.: 0800 04 36 996

Tel. aus dem Ausland: +49 69 305 70 13

Eesti

Swixx Biopharma OÜ Tel: +372 640 10 30

Nederland

Genzyme Europe B.V. Tel: +31 20 245 4000


Norge

sanofi-aventis Norge AS Tlf: +47 67 10 71 00


Ελλάδα

sanofi-aventis AEBE Τηλ: +30 210 900 16 00

Österreich

sanofi-aventis GmbH Tel: +43 1 80 185 – 0

España

sanofi-aventis, S.A. Tel: +34 93 485 94 00

Polska

sanofi-aventis Sp. z o.o. Tel.: +48 22 280 00 00


France

sanofi-aventis France Tél: 0 800 222 555

Appel depuis l’étranger : +33 1 57 63 23 23

Portugal

Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda Tel: +351 21 35 89 400


Hrvatska

Swixx Biopharma d.o.o. Tel: +385 1 2078 500

România

Sanofi Romania SRL

Tel: +40 (0) 21 317 31 36


Ireland

sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI Tel: +353 (0) 1 403 56 00

Slovenija

Swixx Biopharma d.o.o. Tel: +386 1 235 51 00


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Swixx Biopharma s.r.o. Tel: +421 2 208 33 600


Italia

Sanofi S.r.l.

Tel: +39.800.536389

Suomi/Finland

Sanofi Oy

Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300


Κύπρος

C.A. Papaellinas Ltd. Τηλ: +357 22 741741

Sverige

Sanofi AB

Tel: +46 (0)8 634 50 00


Latvija

Swixx Biopharma SIA Tel: +371 6 616 47 50

United Kingdom (Northern Ireland) sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI Tel: +44 (0) 800 035 2525


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-kura tas-saħħa.


TAGĦRIF PRATTIKU GĦALL-PROFESSJONISTI MEDIKALI JEW FIL-KURA TAS- SAĦĦA DWAR IL-PREPARAZZJONI, L-GĦOTI U L-IMMANIĠĠJAR TA’ JEVTANA 60 mg KONĊENTRAT U SOLVENT GĦAL SOLUZZJONI GĦALL-INFUŻJONI


Dan it-tagħrif huwa supplimentari għal sezzjonijiet 3 u 5 għal min qed jagħmel użu minnu.

Huwa importanti li taqra din il-proċedura kollha qabel il-preparazzjoni tas-soluzzjoni tal-infużjoni.


Inkompatibbilitajiet


Din il-mediċina m’għandhiex titħallat ma’ mediċini oħra ħlief dawk użati għad-dilwizzjonijiet.


Perjodu ta’ ħażna u prekawzjonijiet speċjali tal-ħażna


Għall-pakkett ta’ JEVTANA 60 mg konċentrat u solvent Taħżinx ’l fuq minn 30°C.

Tagħmlux fil-friġġ.


Wara l-ftuħ

Il-kunjetti tal-konċentrat u tas-solvent għandhom jintużaw minnufih. Jekk ma jintużawx minnufih, iż- żminijiet u l-kundizzjonijiet tal-ħażna waqt l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed jagħmel użu minnhom. Mil-lat mikrobijoloġiku, il-proċess ta’ dilwizzjoni f’żewġ fażijiet għandu jseħħ f’kundizzjonijiet ikkontrollati u asettiċi (ara taħt “Prekawzjonijiet fil-preparazzjoni u l-għoti”).


Wara d-dilwizzjoni inizjali tal-konċentrat ta’ JEVTANA 60 mg bil-kontenut KOLLU tal-kunjett tas- solvent, l-istabbilità kimika u fiżika waqt l-użu ġiet dimostrata għal siegħa f’temperatura ambjentali.


Wara d-dilwizzjoni finali fil-borża/flixkun tal-infużjoni

L-istabbilità kimika u fiżika tas-soluzzjoni tal-infużjoni ġiet dimostrata għal 8 sigħat f’temperatura ambjentali (15°C - 30°C) inkluża s-siegħa tal-infużjoni u għal 48 siegħa f’kundizzjonijiet mkessħa inkluża s-siegħa tal-infużjoni.


Mil-lat mikrobijoloġiku, is-soluzzjoni tal-infużjoni għandha tintuża minnufih. Jekk ma tintużax minnufih, iż-żmienijiet u l-kundizzjonijiet tal-ħażna waqt l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed jagħmel użu minnha u normalment ma jkunux aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C – 8°C, sakemm id-dilwizzjoni ma tkunx saret f’kundizzjonijiet mhux settiċi kkontrollati u kkonfermati.


Prekawzjonijiet fil-preparazzjoni u l-għoti


Bħal b’kull sustanza antineoplastika oħra, għandha tittieħed kawtela fl-immaniġġar u l-għoti ta’ soluzzjonijiet ta’ JEVTANA, u jiġi kkunsidrat l-użu ta’ apparat ta’ trażżin, tagħmir protettiv personali (eż. ingwanti), u proċeduri tal-preparazzjoni.

Jekk JEVTANA, f’xi stadju tal-immaniġġar, jiġi f’kuntatt mal-ġilda, aħsel minnufih u bir-reqqa bis- sapun u bl-ilma. Jekk jiġi f’kuntatt ma’ membrani mukużi, aħsel minnufih u bir-reqqa bl-ilma.


JEVTANA għandu jiġi ppreparat u mogħti biss minn ħaddiema mħarrġa fl-immaniġġar ta’ sustanzi ċitotossiċi. Ħaddiema li huma tqal m’għandhomx jaħdmu ma’ dan il-prodott.


Il-konċentrat għas-soluzzjoni għall-infużjoni għandu dejjem jiġi dilwit bis-solvent provdut kollu qabel ma jiżdied mas-soluzzjoni għall-infużjoni.

Fażijiet ta’ preparazzjoni


Aqra din is-sezzjoni KOLLHA b’attenzjoni qabel ma tħallat u tiddilwi. JEVTANA jeħtieġ ŻEWĠ dilwizzjonijiet qabel ma jingħata. Segwi l-istruzzjonijiet ta’ preparazzjoni li huma pprovduti hawn taħt.


Nota: Kemm il-kunjett ikkonċentrat ta’ JEVTANA 60 mg/1.5 ml (volum ta’ mili: 73.2 mg ta’ cabazitaxel/1.83 ml) kif ukoll il-kunjett tas-solvent (volum ta’ mili: 5.67 ml) huma mimlijin ftit żejjed biex jagħmlu tajjeb għal telf ta’ likwidu waqt il-preparazzjoni. Dan iż-żejjed jiżgura li wara d- dilwizzjoni bil-kontenut KOLLU tas-solvent li jiġi miegħu, jkun hemm soluzzjoni li fiha 10 mg/ml cabazitaxel.


Iż-żewġ fażijiet li ġejjin fil-proċess ta’ dilwizzjoni biex tiġi ppreparata s-soluzzjoni għall-infużjoni għandhom isiru b’mod asettiku.


Fażi 1: L-Ewwel dilwizzjoni tal-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni bis-solvent fornut


image

Fażi 1.1

Ifli l-kunjett tal-konċentrat u s-solvent fornut. Is-soluzzjoni tal-konċentrat u s-solvent għandhom ikunu ċari.



Fażi 1.2

Permezz ta’ siringa li fiha labra, iġbed b’mod asettiku l-kontenut kollu tas-solvent fornut billi ddawwar il-kunjett iħares ftit ’l isfel bla ma taqilbu kompletament ta’ taħt fuq.


Fażi 1.3

Injetta l-kontenut kollu fil-kunjett tal- konċentrat.

Biex kemm jista’ jkun tnaqqas ir-ragħwa meta tinjetta s-solvent, ipponta l-labra lejn il-ġenb ta’ ġewwa tal-kunjett tas-soluzzjoni tal-konċentrat u injetta bil-mod.

Ladarba tiġi rrikostitwita, is-soluzzjoni li tinkiseb ikun fiha 10 mg/ml ta’ cabazitaxel.

image

Kunjett tas-solvent

Kunjett tal-konċentrat (60 mg - 1.5 ml)


image

Taħlita

konċentrat-solvent 10 mg/ml

Kunjett tas- solvent


Kunjett tas-solvent

image

Fażi 1.4

Neħħi s-siringa u l-labra u ħawwad bil-mod b’mod manwali billi tibqa’ taqleb is-soluzzjoni ta’ taħt fuq sakemm tinkiseb soluzzjoni ċara u omoġenja. Tista’ tieħu madwar 45 sekonda.



Taħlita konċentrat- solvent 10 mg/ml


image

Fażi 1.5

Ħalli din is-soluzzjoni toqgħod għal madwar 5 minuti u mbagħad iċċekkja li s-soluzzjoni hija omoġenja u ċara.

Huwa normali li r-ragħwa tibqa’ hemm wara li jgħaddi dan il-ħin.



Taħlita konċentrat- solvent 10 mg/ml

Din it-taħlita ta’ konċentrat u solvent li tinkiseb fiha 10 mg/ml ta’ cabazitaxel (mill-inqas 6 ml ta’ volum li jista’ jingħata). It-tieni dilwizzjoni għandha ssir immedjatament (fi żmien siegħa) kif iddettaljat fit-Tieni Fażi..

Jista’ jkun meħtieġ iktar minn kunjett wieħed tat-taħlita tal-konċentrat u s-solvent biex tingħata d- doża ordnata.


Fażi 2: It-tieni (l-aħħar) dilwizzjoni għall-infużjoni


Fażi 2.1

Iġbed b’mod asettiku l-ammont meħtieġ ta’ taħlita tal-konċentrat u s-solvent (10 mg/ml ta’ cabazitaxel), b’siringa mmarkata bil-volum u li fiha labra. Bħala eżempju, doża ta’ 45 mg JEVTANA tkun teħtieġ 4.5 ml mit-taħlita ta’ solvent u konċentrat ippreparata billi tiġi segwita l-Ewwel Fażi.

Minħabba li wara li tiġi ppreparata kif imfisser fl-Ewwel Fażi, r-ragħwa tista’ tibqa’ mal-ġenb tal-kunjett ta’ din is-soluzzjoni, l-aħjar huwa li l-labra tas-siringa titpoġġa fin-nofs meta tkun qed tinġibed is-soluzzjoni.


image

Taħlita konċentrat- solvent 10 mg/ml


Fażi 2.2

Injetta ġo kontenitur sterili ħieles mill-PVC u li fih jew soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 5% glucose jew ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%). Il-konċentrazzjoni tas-soluzzjoni għall- infużjoni għandha tkun bejn 0.10 mg/ml u

0.26 mg/ml..


Fażi 2.3

Neħħi s-siringa u ħallat il-kontenut tal-borża jew tal-flixkun tal-infużjoni b’mod manwali billi tbandlu minn naħa għall-oħra..


Fażi 2.4

Bħal prodotti l-oħra kollha li jingħataw fil-vini, is-soluzzjoni tal-infużjoni li tinkiseb għandha tiġi miflija viżwalment qabel ma tintuża. Peress li s-soluzzjoni tal-infużjoni hija ssaturata żżejjed, din tista’ tikkristallizza bi żmien. Jekk jiġri hekk, is-soluzzjoni m’għandhiex tintuża u għandha tintrema..


Ammont meħtieġ tat-taħlita konċentrat-solvent


image

image

Soluzzjoni għall- infużjoni ta’ 5% glucose jew ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%)


image

Is-soluzzjoni tal-infużjoni għandha tintuża minnufih. Madanakollu, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu jista’ jkun itwal taħt kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fis-sezzjoni Perjodu ta’ ħażna u prekawzjonijiet speċjali tal-ħażna aktar ’il fuq.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


Metodu ta’ kif għandu jingħata


JEVTANA jingħata bħala infużjoni ta’ siegħa.

Filtru tal-pajp tad-dripp ta’ daqs nominali ta’ apertura ta’ 0.22 mikrometru (jirreferu għalih ukoll bħala

0.2 mikrometru) huwa rrakkomandat waqt l-għoti.

Reċipjenti tal-infużjoni tal-PVC jew settijiet tal-infużjoni ta’ polyurethane m’għandhomx jintużaw għall-preparazzjoni u l-għoti tas-soluzzjoni tal-infużjoni.