Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Eporatio
epoetin theta

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Eporatio 1,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Eporatio 2,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Eporatio 3,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Eporatio 4,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Eporatio 5,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Eporatio 10,000 IU/1 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Eporatio 20,000 IU/1 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Eporatio 30,000 IU/1 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest


Epoetin theta


Aqra l-fuljett ta’ tagħrif kollu bir-reqqa qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih

informazzjoni importanti għalik.


Jekk xi ħadd ieħor qed jinjettak, jistgħu wkoll jużaw in-naħa ta’ wara u l-ġenb tan-naħa ta’ fuq ta’ dirgħajk (ara stampa 7).


Tajjeb li kuljum tbiddel is-sit fejn tingħata l-injezzjoni sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ uġigħ f’xi sit

partikolari.


image

6 image7


Kif għandek tinjetta lilek innifsek

  1. Iddisinfetta is-sit tal-injezzjoni billi tuża msielaħ tal-akoħol u oqros il-ġilda bejn sebgħek il-kbir u sebgħek il-werrej, mingħajr ma tagħfas (ara stampa 8)

  2. Daħħal il-labra protetta mingħajr eżitazzjoni u f’moviment kontinwu wieħed għal kollox fil- ġilda kif urik it-tabib jew l-infermier tiegħek. L-anglu ta’ bejn is-siringa u l-ġilda m’għandux ikun zgħir wisq (mill-inqas 45°, ara stampa 9). Il-protezzjoni tal-labra se tidħol ’il ġewwa kompletament meta ddaħħal il-labra ġol-ġilda (ara stampa 10).

  3. Injetta l-likwidu bil-mod u bl-istess ritmu, filwaqt li dejjem iżżomm il-ġilda maqrusa (ara

    stampa 11).

  4. Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u itlaq il-ġilda. Il-labra se tkun protetta u msakkra

    awtomatikament biex b’hekk tkun ma tkunx tista’ tniggeż lilek innifsek (ara stampa 12).

  5. Għafas fuq il-post tal-injezzjoni għal diversi sekondi bil-biċċa faxxa tal-garża jew garża sterili.

  6. Kull siringa għal injezzjoni trid tintuża darba biss. Tużax xi Eporatio li jifdal fis-siringa.


image

image

8 9


image

10 image11


12


Ftakar

Jekk għandek xi problemi, jekk jogħġbok saqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għal għajnuna u

parir.


Rimi ta’siringi użati

It-tagħmir tas-sigurtà tipprevjeni feriti minn tingiż tal-labra wara l-użu, u għalhekk m’hemm bżonn tal- ebda prekawzjonijiet speċjali għar-rimi. Armi s-siringi b’tagħmir tas-sigurtà skond l-instruzzjonijiet

tat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.