Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Docetaxel Kabi
docetaxel

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall pazjent


DOCETAXEL KABI 20 mg/1 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

docetaxel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

- Kif jidher DOCETAXEL KABI u l-kontenut tal-pakkett


DOCETAXEL KABI konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni hu soluzzjoni ċara, mingħajr kulur li tkanġi fl-isfar ċar.


Kunjett tal-ħġieġ ta’ 6 ml, ċar, bla kulur, ta’ Tip I, magħluq b’tapp tal-lastku flurotec u b’siġill aħdar fuqu tal-aluminju li jinqala’ bis-saba’, li fih 1 ml ta’ konċentrat.


Kull kaxxa fiha kunjett wieħed ta' 1 ml ta’ konċentrat (docetaxel 20 mg).


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Fresenius Kabi Deutschland GmbH Else-Kröner-Straße 1,

61352 Bad Homburg v.d.Höhe Il-Ġermanja


Manifattur

Fresenius Kabi Deutschland GmbH Pfingstweide 53

61169 Friedberg Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku


GWIDA TA’ PREPARAZZJONI GĦALL-UŻU MA’ DOCETAXEL KABI 20 mg/1 ml KONĊENTRAT GĦAL SOLUZZJONI GĦALL-INFUŻJONI


image


Huwa importanti li taqra l-kontenut kollu ta’ din il-gwida qabel ma ssir il-preparazzjoni tas-soluzzjoni ta’ infużjoni DOCETAXEL KABI


Rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġar bla periklu

Docetaxel huwa sustanza antineoplastika u bħal kull sustanza oħra li tista’ tkun tossika, wieħed għandu joqgħod attent meta jiġi f’kuntatt miegħu u waqt il-preparazzjoni tas-soluzzjonijiet tiegħu. Huwa rakkomandat l-użu tal-ingwanti.


Jekk b’xi mod is-soluzzjoni ta’ infużjoni jew il-konċentrat DOCETAXEL KABI jiġi f’kuntatt mal- ġilda, aħsel sew u immedjatament bis-sapun u l-ilma. Jekk b’xi mod jiġi f’kuntatt mal-membrani mukużi aħsel sew u immedjatament bl-ilma.


Preparazzjoni għall-għoti minn ġol-vini


Preparazzjoni tas-soluzzjonita’l-infużjoni

TUŻAX oħra mediċina ta’ docetaxel li fihom zewġ kunjetti (konċentrat u solvent) ma' dan il- mediċina (DOCETAXEL KABI 20 mg/1 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni, li jkun fih biss kunjett wieħed).


DOCETAXEL KABI 20 mg/1 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni m’għandux bżonn li l-ewwel jiġi dilwit b’xi solvent u huwa lest biex jiżdied mas-soluzzjoni ta’ infużjoni.


Rimi:

Kull ħaġa li ntużat għad-dilwizzjoni u għall-għoti għandha tintrema skont il-proċeduri standard. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ . Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.