Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Clopidogrel Hexal
clopidogrel

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Clopidogrel HEXAL 75 mg pilloli miksija b’rita

Clopidogrel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.

restawrata. Inti trid tingħata wkoll mit-tabib tiegħek acetylsalicylic acid ( sustanza li

tinsab f’ħafna mediċini u li tintuża biex ittaffi l-uġigħ u tniżżel id-deni kif ukoll biex tippreveni li jifformaw emboli tad-demm).


  1. QABEL MA TIEĦU CLOPIDOGREL HEXAL


    Tiħux Clopidogrel HEXAL:

    Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għall-clopidogrel jew sustanzi oħra ta’ Clopidogrel HEXAL;

    Jekk tbati minn kundizzjoni medika li fil-preżent qiegħda tikkawża fsada, bħal ulċera fl-istonku

    jew fsada ġewwa l-moħħ; Jekk tbati minn mard sever tal-fwied.


    Jekk taħseb li xi waħda minn dawn tgħodd għalik, jew jekk għandek xi dubju, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Clopidogrel HEXAL.


    Oqgħod attent ħafna b’Clopidogrel HEXAL:

    Jekk xi sitwazzjoni msemmija hawn taħt tgħodd għalik, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Clopidogrel HEXAL:

    jekk tinsab f’riskju ta’ fsada bħal:

    • kundizzjoni medika li tpoġġik f’riskju ta’ fsada interna (bħal ulċera fl-istonku)

    • mard fid-demm li jwassal għal fsada interna (dmija f’xi tessuti, organi jew ġogi ta’

      ġismek);

    • ferita serja riċenti;

    • operazzjoni riċenti (anki tas-snien);

    • operazzjoni li ser issirlek (anki tas-snien) fis-sebat ijiem li ġejjin.


      jekk fl-aħħar sebat ijiem kellek ċappa ta' demm f'arterja f'moħħok (puplesija iskemika) jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied.


      Waqt li qiegħed/qiegħda tieħu Clopidogrel HEXAL:

      Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk għandek xi operazzjoni ppjanata (anki tas-snien).

      Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa kundizzjoni medika (magħrufa wkoll bħala Purpura Trombotika Tromboċitopenika jew TTP) li tinkludi deni u tbenġil taħt il-ġilda li jidher bħal tikek ħomor irqaq, flimkien ma' jew mingħajr għeja kbira mhux spjegata, konfużjoni, sfurija tal-ġilda jew ta' l-għajnejn (suffejra) (ara sezzjoni 4 'EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA' JKOLLU').

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Jekk taqta' x'imkien jew tweġġa', id-demm jista' jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan minħabba l-mod ta' kif taħdem il-mediċina tiegħek billi ma tħallix li jiffurmaw iċ-ċapep tad-demm. Għal qtugħ u feriti żgħar eż. meta taqta' x'imkien, meta tqaxxar, normalment m'hemmx għax tinkwieta. Madanakollu, jekk id-demm li ħiereġ jinkwetak, għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 4 'EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA' JKOLLU').

      It-tabib tiegħek jista' jordnalek testijiet tad-demm.


      Tfal u adolexxenti

      Clopidogrel HEXAL m’għandux jingħata lit-tfal jew lill-adolexxenti.


      Meta tieħu mediċini oħra

      Jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

      Xi mediċini oħra jistgħu jeffettwaw l-użu ta’ Clopidogrel HEXAL u viċe-versa.


      Għandek speċifikament tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu

      • sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq, mediċini li jraqqu d-demm,

      • mediċina li hija anti-infjammatorju li mhux sterojde, normalment użat biex jiġi ittrattat l-uġigħ u/jew kundizzjonijiet infjammatorji tal- muskoli jew tal-ġogi,

      • heparin jew xi mediċina oħra li tinjetta biex traqqaq id-demm,

      • omeprazole, esomeprazole jew cimetidine, mediċini għat-taqlib tal-istonku

      • fluconazole, voriconazole, ciprofloxacin, jew chloramphenicol, mediċini li jittrattaw infezzjonijiet tal-batterja u tal-fungu,

      • fluoxetine, fluvoxamine, jew moclobemide, mediċinii li jittrattaw d-dipressjoni,

      • carbamazepine, jew oxcarbazepine, mediċini li jittrattaw xi tip ta’ epilessija,

      • ticlopidine, sustanza oħra kontra l-plejtlets.


      Jekk ħassejt uġigħ qawwi f’sidrek (anġina mhux stabbli jew attakk tal-qalb), jista’ jingħatalek Clopidogrel HEXAL flimkien ma’ acetylsalicylic acid, sustanza inkorporata f’ħafna mediċini użati biex itaffu l-uġigħ u jnaqqsu d-deni. L-użu ta’ kultant ta’ acetylsalicylic acid (ta’ mhux aktar minn

      1,000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa) ġeneralment m’għandux joħloq problema, iżda l-użu fit-tul f’cirkostanzi oħrajn għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.


      Meta tieħu Clopidogrel HEXAL ma’ l-ikel jew ix-xorb

      Clopidogrel HEXAL jista’ jittieħed ma’ l-ikel jew mingħajru.


      Tqala u treddigħ

      Huwa preferibbli li ma tiħux dan il-prodott waqt it-tqala.


      Qabel ma tibda tieħu Clopidogrel HEXAL, għandek tinforma lit-tabib jew lill-ispiżjar/a tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila. Jekk toħroġ tqila waqt li qiegħda tieħu Clopidogrel HEXAL, għarraf minnufih lit-tabib tiegħek billi huwa rrakkomandat li ma tieħux clopidrogrel waqt it-tqala.


      M’għandekx tredda’ waqt li qiegħda tuża din il-mediċina.

      Jekk qiegħda tredda’ jew qiegħda taħseb biex tredda’, tkellem mat-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il- mediċina.


      Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Clopidogrel HEXAL m’għandux jaffettwa is-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.


      Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Clopidogrel HEXAL:

      Clopidogrel HEXAL fih ukoll il-castor oil idroġenat li jista’ jikkawża taqlib ta’ l-istonku jew dijarrea


  2. KIF GĦANDEK TIEĦU CLOPIDOGREL HEXAL


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Dejjem għandek tieħu Clopidogrel HEXAL skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Jekk kellek uġigħ sever f’sidrek (anġina instabbli jew attakk tal-qalb), it-tabib jista’ jagħtik 300 mg ta’ Clopidogrel HEXAL (4 pilloli ta’ 75 mg) darba fil-bidu tal-kura. Wara, id-doża normali hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg Clopidogrel HEXAL kuljum li għandha tittieħed mill-ħalq ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt u fl-istess ħin kull ġurnata.


    Għandek tieħu Clopidogrel HEXAL sakemm it-tabib jibqa’ jagħmillek ir-riċetta.


    Jekk tieħu Clopidogrel HEXAL aktar milli suppost:

    Għarraf lit-tabib jew mur fid-dipartiment ta’ l-emerġenza ta’ l-eqreb sptar minħabba r-riskju ogħla ta’ fsada.


    Jekk tinsa tieħu Clopidogrel HEXAL

    Jekk tinsa tieħu xi doża ta’ Clopidogrel HEXAL, iżda tiftakar fit-12-il siegħa ta’ wara, ħu l-pillola mill-ewwel, imbagħad ħu l-pillola li jkun imiss fil-ħin tas-soltu. Jekk tinsa tieħu Clopidogrel HEXAL għal aktar minn 12-il siegħa, sempliċiment ħu d-doża waħda li jkun imiss fil-ħin tas-soltu. Tiħux doża doppja biex tagħmel tajjeb għad-doża li tkun insejt tieħu.


    Meta tieqaf tieħu Clopidogrel HEXAL

    Twaqqafx il-kura mingħajr ma jgħidlek it-tabib tiegħek. Informa lit-tabib jew l-ispizjar tiegħek qabel twaqqaf il-kura.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  3. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Clopidogrel HEXAL jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    L-effetti sekondarji jistgħu jseħħu b’ċerti frekwenzi, li huma mfissrin kif ġej:

    • Komuni ħafna (taffettwa aktar minn 1 f’kull 10 li jeħduh)

    • Komuni (taffettwa minn 1 sa 10 f’kull 100 li jeħduh)

    • Mhux komuni (taffettwa minn 1 sa 10 f’kull 1,000 li jeħduh)

    • Rari (taffettwa minn 1 sa 10 f’kull 10,000 li jeħduh)

    • Rari ħafna (taffettwa anqas minn 1 f’kull 10,000 li jeħduh)

    • Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli)


      Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk:

      • jitlagħlek id-deni, ikollok sinjali ta’ infezzjoni jew ħafna għeja. Dawn jista’ jkunu minħabba tnaqqis rari ta’ xi ċelluli tad-demm.

      • sinjali ta’ mard tal-fwied bħal sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-għajnejn (suffejra), kemm jekk dan huwa assoċjat jew le ma’ emoraġija li tidher taħt il-ġilda bħala tikek ħomor irqaq u/jew

        konfużjoni (ara sezzjoni 2 'Oqgħod attent ħafna b'Clopidogrel HEXAL').

      • nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxxijiet u ħakk, infafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta' reazzjoni allerġika.


    L-iżjed effett komuni irrappurtat bi clopidogrel hija l-fsada. Din tista' sseħħ bħala fsada fl-istonku jew fl-imsaren, tbenġil, ematoma (fsada jew tbenġil mhux tas-soltu taħt il-ġilda), tinfaraġ, demm fl- awrina. F’numru żgħir ta’ każijiet oħra ġew irrappurtati fsada fl-għajn, fir-ras, fil-pulmun jew fil-ġogi.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Jekk tbati minn fsada għal perjodu twil waqt li qed tieħu Clopidogrel HEXAL. Jekk taqta' x'imkien jew tweġġa', id-demm jista' jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan minħabba l-mod ta' kif taħdem il-mediċina tiegħek billi ma tħallix li jiffurmaw iċ-ċapep tad-demm. Għal qtugħ u feriti żgħar eż. meta taqta' x'imkien, meta tqaxxar, normalment m'hemmx għalfejn tinkwieta. Madanakollu, jekk

    id-demm li ħiereġ jinkwetak, għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 2 'Oqgħod attent

    ħafna b'Clopidogrel HEXAL').


    Effetti oħra li ġew irrappurtati bi Clopidogrel HEXAL huma:

    • Effetti sekondarji komuni:

      Dijarea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew ħruq fl-istonku.


    • Effetti sekondarji mhux komuni:

      Uġigħ ta’ ras, ulċera fl-istonku, rimettar, tqalligħ, stitikezza, gass żejjed fl-istonku jew fl-imsaren, raxxijiet, ħakk, sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim u tirżiħ.


    • Effetti sekondarji rari: Vertigo.


    • Effetti sekondarji rari ħafna:

    suffejra; uġigħ addominali qawwi flimkien ma' jew mingħajr uġigħ fid-dahar; deni, diffikultajiet fin-nifs kultant assoċjati mas-sogħla; reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati; nefħa fil-ħalq; infafet fil-ġilda; reazzjoni allerġika fil-ġilda; infjammazzjoni tal-ħalq (stomatite); tnaqqis fil-pressjoni tad-demm; konfużjoni; alluċinazzjonijiet; uġigħ fil-ġogi; uġigħ muskolari; tibdiliet fil-mod ta’ kif jintegħmu l-affarijiet.


    Barra minn hekk, it-tabib tiegħek jista’ jinduna b’xi tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew ta’ lawrina tiegħek.


    Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li m’humiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  4. KIF TAĦŻEN CLOPIDOGREL HEXAL


    Aħżen fil-folja oriġinali sabiex tilqa' mill-umdità.


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    Tużax Clopidogrel HEXAL wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kaxxa few fuq il-folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Tużax Clopidogrel HEXAL jekk tinnota kwalunkwe sinjali viżibbli ta' ħsara fil-folja jew fil-pilloli miksija b’rita.


    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lillispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni ta’ l-ambjent.


  5. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Clopidogrel HEXAL


Is-sustanza attiva hi clopidogrel. Kull pillola fiha 75 mg ta’Clopidogrel (bħala besilate). Is-sustanzi l-oħra huma:

Rita tal-pillola:

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Macrogol,

Cellulose, microcrystalline (E460) Crospovidone type A

Castor oil, hydrogenated


Kisja tar-rita: Macrogol 6000 Ethylcellulose (E462)

Titanium dioxide (E171)


Id-Dehra ta’ Clopidogrel HEXAL u l-kontenuti tal-pakkett


Il-pilloli miksija b’rita Clopidogrel HEXAL huma bojod sa abjad jagħti fil-griż, qishom irħam u bikonvessi. Huma fornuti f’kaxex tal-kartun li fihom 14, 28, 30, 50, 84, 90 u 100 pillola ġo folji tal- aluminju. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Acino Pharma GmbH Am Windfeld 35

83714 Miesbach Il-Ġermanja


Manifattur


Acino AG

Am Windfeld 35

83714 Miesbach Il-Ġermanja

Salutas Pharma GmbH Otto-von-Guericke-Allee 1

39179 Barleben Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Sandoz N.V. Telecom Gardens Medialaan 40

1800 Vilvoorde België

Tel: +32 (0)2 722 97 97

Luxembourg/Luxemburg

HEXAL AG

Industriestraße 25

D-83607 Holzkirchen Allemagne/Deutschland Tél/Tel: + 49 8024 908 0


България

Representative office Sandoz d.d. Business Park Sofia, buil. 8B, fl. 6

1766 Sofia

Teл.: + 359 2 970 47 47

Magyarország Sandoz Hungária Kft. Tímár u. 20.

H-1034 Budapest Tel.: +36 1 430 2890

Email : info.hungary@sandoz.com


Česká republika Sandoz s.r.o. Jeseniova 30

13000 Praha 3

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Tel: +420 221 421 611

Email: office.cz@sandoz.com

Malta

V.J.Salomone Pharma Limited Marsa HMR 14

Tel: + 356 21220174


Danmark

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 København S info.sandoz-dk@sandoz.com

Nederland Sandoz B.V. Veluwezoom 22

1327 AH Almere

Tel: +31 36 5241600

Email info.sandoz-nl@sandoz.com


Deutschland

HEXAL AG

Industriestraße 25

D-83607 Holzkirchen Tel: + 49 8024 908 0

Email: service@hexal.com

Norge

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 København S Danmark

info.sandoz-dk@sandoz.com


Eesti

Sandoz d.d. Eesti filiaal, Pärnu mnt 105,

EE-11312 Tallinn,

Tel: +372 6652400

Österreich

HEXAL Pharma GmbH Carlbergergasse 44

A-1235 Wien

Tel: + 43 (0)53382000


Ελλάδα

Sambrook Pharmaceutical

4, KAZANTZAKI & AG. PANTELEIMONOS GR- 13561 AG. ANARGYROI

Τηλ: + 30 210 8323 372

Polska

Lek Polska Sp.z o.o. ul. Domaniewska 50 C

PL - 02-672 Warszawa Tel: +48 22 549 15 00

España

Bexal Farmaceutica S.A. Av/Osa Mayor no 4, Area B

E-28023 Aravaca / Madrid

sandoz.responde@sandoz.com

Portugal

Sandoz Farmacêutica Lda. Alameda da Beloura

Edifício 1, 2º andar - Escritório 15

2710-693 Sintra

Tel: +351 21 0008781


France

Sandoz SAS

49, avenue Georges Pompidou 92593 Levallois-Perret Cedex

Tél: +33 1 4964 4800

România

Sandoz Pharma Services S.R.L. Victoria Business Park

Soseaua Bucuresti-Ploiesti 73-81

Corp 2, etaj 2, Sector 1

Tel: +40 21 4075183


Ireland Rowex Ltd. Newtown

IRL - Bantry Co. Cork Tel: + 353 27 50077

Slovenija

Lek Pharmaceuticals d.d. Verovśkova 57

1526 Ljubljana

Tel: +386 1 5802111

info.lek@sandoz.com


Ísland

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 København S Danmörk

info.sandoz-dk@sandoz.com

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Italia

HEXAL S.p.A. c/o Sandoz S.p.A. Largo Umberto Boccioni 1

I-21040 Origgio / VA

Tel: + 39-02-96 541

Slovenská republika

Sandoz d.d. - organizačná zložka Galvaniho 15/C

SK-821 04 Bratislava

Tel: +421 2 48 200 600


Suomi/Finland

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 København S Tanska/Danmark info.sandoz-dk@sandoz.com


Κύπρος

Panicos Hadjigeorgiou

For P. T. Hadjigeorgiou co ltd

Postal address: P.O. Box 53158-3301 Limassol, Cyprus

Office address: Yildiz 31-3042 Limassol Cyprus

Τηλ: 00357 25372425

Fax: 00357 25376400

e-mail: hapanicos@cytanet.com.cy

Sverige

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 København S Danmark

info.sandoz-dk@sandoz.com


Latvija

Sandoz d.d. Representative Office in Latvia Meza Str. 4

LV-1048 Riga

Tel: +371 67892006


Lietuva

Sandoz Pharmaceuticals d.d., Branch Office Lithuania Seimyniskiu Str. 3A

LT-09312 Vilnius Tel: +370 5 2636037

United Kingdom United Kingdom Sandoz Ltd

37 Woolmer Way Bordon GU35 9QE – UK Tel: +44 1420 478301

uk.drugsafety@sandoz.com

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat