Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Coliprotec F4
Escherichia coli, type 08, strain K87 (live)

14

FULJETT TA’ TAGĦRIF

B.

awtorizzat

Prodott mediċinali li m’għadux


FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Coliprotec F4

lijofiliżat għal sospensjoni orali għall-ħnieżer


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Prevtec Microbia GmbH

    Geyerspergerstr. 27

    80689 München IL-ĠERMANJA


    ħ

    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: CZ Veterinaria S.A.

    Poligono La Relva, Torneiros s/n 36410 Porriño (Pontevedra) SPANJA


    li

    awtorizzat

  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Coliprotec F4 lijofiliżat għal sospensjoni orali għall-ħnieżer


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    ċ

    Kull doża ta’ tilqima fiha:

    Escherichia coli O8:K87 (F4ac)1 ħajja mhux patoġenika............................1.3 x 108 sa 9.0 x 108 CFU2/doża


    1mhux attenwat

    Prodott

    2CFU = unitajiet li jiffurmaw kolonji Lijofiliżat abjad jew bajdani.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għal immunizzazzjoni attiva għall-ħnieżer kontra Escherichia coli enterotossiġenika pożittiva għal F4 sabiex:

    • tnaqqas l-inċidenza ta’ dijarea tal-Escherichia coli moderata sa severa wara t-treddigħ (PWD)

      fil-ħnieżer

    • tnaqqas il-kolonizzazzjoni tal-iljum u tixrid mill-ippurgar ta’ Escherichia coli enterotossiġenika pożittiva għal F4 minn ħnieżer infettati.


      Bidu tal-immunità: 7 ijiem wara t-tilqima. Tul ta’ immunità: 21 jum wara t-tilqima.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Fl-istudji ġie osservat tnaqqis temporanju ta’ żieda fil-piż waqt l-ewwel ġimgħa wara t-tilqima. Fl- istudji ġiet osservata rogħda b’mod komuni ħafna wara t-tilqima.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali kkurati li juru effett(i) mhux mixtieq(a))

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ikkurat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal ikkurat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ikkurat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ikkurat, inklużi rapporti iżolati).


    ħ

    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Ħnieżer


    li

    awtorizzat

  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu mill-ħalq u użu għal mal-ilma tax-xorb.


    ċ

  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Użu mill-ħalq u użu għal mal-ilma tax-xorb.


    Il-materjali kollha użati fil-preparazzjoni u fl-amministrazzjoni tat-tilqima għandhom ikunu mingħajr residwi ta’ antimikrobiċi, deterġenti jew diżinfettanti biex tiġi evitata inattivazzjoni.


    Prodott

    Skeda ta’ tilqim: agħti doża waħda mill-ħalq minn 18-il ġurnata ta’ età.


    It-tilqima rikostitwita hija sospensjoni bajda-safranija trasparenti għal opaka skont il-volum tal-ilma użat għad-dilwizzjoni.


    . Tilqima b’applikazzjoni drench:

    • Preżentazzjoni ta’ 50 doża: Irrikostitwixxi l-lijofiliżat billi żżid 5 ml ta’ ilma tal-vit mal-kunjett.

      Ħallat sew u ttrasferixxi s-sospensjoni f’kontenitur gradwat, erġa’ ħallat mal-ilma tal-vit biex timla sa volum total ta’ 100 ml. Ħallat sew u uża immedjatament. Agħti doża waħda ta’ 2 ml mill-ħalq lill-ħnieżer (mill-età ta’ 18-il ġurnata), irrespettivament mill-piż tal-ġisem.

    • Preżentazzjoni ta’ 200 doża: Irrikostitwixxi l-lijofiliżat billi żżid 10 ml ta’ ilma tal-vit mal- kunjett. Ħallat sew u ttrasferixxi s-sospensjoni f’kontenitur gradwat, erġa’ ħallat mal-ilma tal- vit biex timla sa volum total ta’ 400 ml. Ħallat sew u uża immedjatament. Agħti doża waħda ta’ 2 ml mill-ħalq lill-ħnieżer (mill-età ta’ 18-il ġurnata), irrespettivament mill-piż tal-ġisem.


      Is-sospensjoni għandha tingħata fi żmien 4 sigħat wara l-preparazzjoni.


      . Tilqima permezz tal-ilma tax-xorb:

      Is-sistemi tal-ilma tax-xorb iridu jitnaddfu u jinħaslu b’mod intensiv b’ilma mhux trattat biex jiġu evitati residwi ta’ antimikrobiċi, deterġenti jew diżinfettanti.

      Waqqaf il-provvista tal-ilma għax-xorb għal siegħa sa sagħtejn qabel it-tilqima ppjanata biex tistimula x-xorb tas-sopensjoni tat-tilqima.


      Irrikostitwixxi l-lijofiliżat billi żżid 5 ml (preżentazzjoni ta’ 50 doża) jew 10 ml (preżentazzjoni ta’ 200 doża) tal-ilma tal-vit fil-kunjett. Ħallat sew.


      Is-sospensjoni finali li fiha t-tilqima għandha tiġi kkunsmata fi żmien 4 sigħat wara l-preparazzjoni. Ipprovdi biżżejjed spazju sabiex il-ħnieżer kollha jkunu jistgħu jixorbu l-ammont meħtieġ. L-ammont attwali ta’ ilma kkunsmat madankollu jista’ jvarja b’mod konsiderevoli skont diversi fatturi. Għalhekk, huwa rrakkomandat li jiġi evalwat it-teħid attwali tal-ilma waqt perjodu ta’ 4 sigħat fil- ġurnata ta’ qabel it-tilqima. Inkella, irreferi għat-tabella li ġejja:


      Piż tal-ġisem (kg)

      Konsum tal-ilma f’perjodu ta’ 4 sigħat ta’ numru ta’ ħnieżer

      1

      50

      200

      4.5

      0.11 l

      5.5 l

      22 l

      6.8

      0.17 l

      8.5 l

      34 l

      9.0

      0.23 l

      11.5 l

      46 l


      ħ

    • Għal amministrazzjoni bl-użu ta’ bwieqi jew tankijiet, iddilwixxi t-tilqima rikostitwita fil- volum tal-ilma li l-ħnieżer sejrin jixorbu waqt perjodu ta’ 4 sigħat.

      li

      awtorizzat

    • Għal amministrazzjoni minn linji tal-ilma bl-użu ta’ pompa tad-dożaġġ (proportioner), iddilwixxi t-tilqima rikostitwita fil-volum meħtieġ għas-soluzzjoni ewlenija tal-pompa tad-dożi. Il-volum tas-soluzzjoni ewlenija jiġi kkalkulat bl-użu tal-volum tal-ilma li l-ħnieżer sejrin jixorbu waqt perjodu ta’ 4 sigħat immultiplikat bir-rata tal-pompa tad-dożaġġ (f’deċimali). Bħala eżempju, għal konsum ta’ 4 sigħat ta’ 22 l u rata tal-pompa tad-dożaġġ ta’ 1%, il-volum tas-soluzzjoni ewlenija għandu jkun 22 l x 0.01 = 220 ml.


    ċ

    F’każ ta’ tħassib dwar il-preżenza ta’ residwi ta’ diżinfettanti fl-ilma għax-xorb, huwa rrakkomandat li jiġi miżjud trab tal-ħalib xkumat bħala stabbilizzatur fl-ilma għax-xorb qabel tiġi miżjuda t-tilqima. Il- konċentrazzjoni finali tat-trab tal-ħalib xkumat għandha tkun 5 g/litru.


  10. PERJODU(I) TA’ TIŻMIM


    Prodott

    Żero jiem


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen u ttrasporta fil-friġġ (2 C – 8 C). Ipproteġi mid-dawl.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jiġi dilwit skont kif rakkomandat: 4 sigħat.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal xiex huwa indikat: Laqqam annimali f’saħħithom biss.

    Tlaqqamx annimali li jkunu qed jiġu kkurati b’kura immunosopressiva. Tlaqqamx annimali li għaddejjin minn kura antibatterika effettiva kontra Escherichia coli.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Applika l-prekawzjonijiet asettiċi normali għal kull proċedura ta’ amministrazzjoni. Ir-razza tat- tilqima tista’ tiġi eliminata mill-qżieqeż imlaqqmin għal tal-inqas 14-il jum wara t-tilqima. Ir-razza tat- tilqima tinfirex malajr għal ħnieżer oħrajn f’kuntatt mal-ħnieżer imlaqqma. Ħnieżer mhux imlaqqma f’kuntatt ma’ dawn il-ħnieżer sejrin iġorru u jxerrdu r-razza tat-tilqima b’mod simili għall-ħnieżer imlaqqmin. Matul dan iż-żmien, għandu jiġi evitat kuntatt ta’ ħnieżer immunosoppressi ma’ ħnieżer imlaqqmin.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali

    Meta jiġi mmaniġġjat il-prodott mediċinali veterinarju għandu jintlibes tagħmir pesonali protettiv li jikkonsisti minn ingwanti protettivi li jintremew wara l-użu u nuċċalijiet ta’ sigurtà.


    F’każ ta’ inġestjoni aċċidentali, fittex parir mediku immedjatament u uri l-fuljett ta’ tagħrif jew it- tikketta lit-tabib. F’każ ta’ tixrid fuq il-ġilda, laħlaħ bl-ilma u fittex parir mediku immedjatament u uri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.


    ħ

    Tqala u treddigħ:

    L-użu mhuwiex rakkomandat waqt it-tqala.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    li

    awtorizzat

    M’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dan il-vaċċin jekk jintuża flimkien ma’ kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Għalhekk, id-deċiżjoni sabiex jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):


    ċ

    Ebda reazzjoni avversa barra dawk iddikjarati f’sezzjoni 4.6 ma ġiet osservata wara amministrazzjoni ta’ 10 darbiet id-doża rrakkomandata.


    Inkompatibilitajiet:


    Tħallatx ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħrajn.


    Prodott

  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju jew lill-ispiżjar tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    ).


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqs tal-pakketti:

Kaxxa tal-kartun ta’ kunjett wieħed ta’ 50 doża. Kaxxa tal-kartun ta’ kunjett wieħed ta’ 200 doża. Kaxxa tal-kartun ta’erba’ kunjetti ta’ 50 doża.


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

Prodott

ċ

li

ħ

awtorizzat

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.