Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Toviaz
fesoterodine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


TOVIAZ 4 mg Pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod TOVIAZ 8 mg Pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod fesoterodine fumarate


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Tqala u Treddigħ

M’għandekx tieħu TOVIAZ jekk inti tqila, peress li l-effetti ta’ fesoterodine fuq t-tarbija li għada ma twielditx m’humiex magħrufin.


M’hux magħruf jekk fesoterodine jiġiex eliminat ġol-ħalib tal-bniedem; għalhekk treddax waqt it- trattament b’TOVIAZ.


Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Sewqan u tħaddim ta' magni

TOVIAZ jista’ jikkaġuna vista mċajpra, sturdament u ngħas. Jekk tbati minn xi effetti bħal dawn, issuqx u tużax għodda jew magni.


TOVIAZ fih lactose u żejt tas-soja

TOVIAZ fih lactose. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta' zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


TOVIAZ fih iż-żejt tas-soja. Jekk inti allerġiku għall-karawett jew soja, tieħux dan il-prodott mediċinali.


  1. KIF GĦANDEK TIEĦU TOVIAZ


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżatt kif qallek it-tabib tiegħek. Aċċerta ruħek mat-tabib jew ma' l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata tal-bidu ta’ TOVIAZ hi ta’ pillola waħda ta’ 4 mg kuljum. Skond kif tirrispondi għall-mediċina, it-tabib jista’ jzid id-doża sa pillola waħda ta’ 8 mg kuljum.


    Għandek tibla’ il-pillola sħiħa b’tazza ilma. M’għandekx tomgħod il-pillola. TOVIAZ jista’ jittieħed ma’ l-ikel jew mingħajru.


    Sabiex tiftakar li għandek tieħu il-mediċina tiegħek, għandek mnejn issibha aktar faċli li tieħu l-pillola fl-istess ħin kuljum.


    Jekk tieħu TOVIAZ aktar milli suppost

    Jekk ħadt iktar pilloli milli suppost, jew jekk xi ħadd ieħor jieħu l-pilloli tiegħek bi żball, għarraf mill- ewwel it-tabib tiegħek jew sptar għal parir. Urihom il-pakkett tal-pilloli tiegħek.


    Jekk tinsa tieħu TOVIAZ

    Jekk tinsa tieħu pillola, ħudha malli tiftakar, imma tieħux iktar minn pillola waħda f’ġurnata. Tieħux doża doppja biex tpatti għall-pillola li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu TOVIAZ

    Twaqqafx TOVIAZ mingħajr ma tgħarraf it-tabib tiegħek għaliex is-sintomi tiegħek ta’ bużżieqa ta’ l- awrina attiva ħafna jistgħu jerġgħu jitfaċċaw, u jmorru għall-agħar ladarba tieqaf tieħu TOVIAZ.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

    Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji

    Reazzjonijiet allerġiċi serji li jinkludu anġjoedema seħħew rarament. Jekk tiżviluppa nefħa fil-wiċċ, ħalq jew griżmejn għandek tieqaf tieħu TOVIAZ u kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.


    Effetti sekondarji oħra


    Komuni ħafna (jistgħu jaffetwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10) Jista’ jkollok ħalq xott. Dan l-effett jista’ jkun ħafif jew moderat.

    Dan jista jwassal għal riskju akbar ta’ problemi tas-snien. Għalekk huwa rakkomandat li taħsel snienek regolarment darbtejn kuljum u ara dentist jekk għandek xi dubju.


    Komuni (jistgħu jaffetwaw sa persuna 1 minn kull 10)

    • għajnejn xotti

    • stitikezza

    • problemi fid-diġestjoni tal-ikel (dispepsja)

    • tqanżih jew uġigħ waqt il-passaġġ ta’ l-awrina (disurja)

    • sturdament

    • uġigħ ta’ ras

    • uġigħ f’ l-istonku

    • dijarea

    • dardir (nawsja)

    • problemi ta’ rqad (nuqqas ta’ rqad)

    • griżmejn xotti


      Mhux komuni (jistgħu jaffetwaw sa persuna 1 minn kull 100)

    • infezzjoni fil-passaġġ urinarju

    • ħedla (somnolenza)

    • problemi fis-sens tat- togħma (disgewsja)

    • vertigo

    • raxx

    • ġilda xotta

    • ħakk

    • dwejjaq fl-istonku

    • gass (gass fl-istonku)

    • diffikultà biex tbattal kompletament il-bużżieqa ta’ l-awrina (żamma urinarja)

    • dewmien fil-passagg ta’ l-awrina (eżitazjoni urinarja)

    • għeja eċċessiva (għeja)

    • żieda fir-rata tat-taħbit tal-qalb (takikardja)

    • palpitazzjonijiet

    • problemi fil-fwied

    • sogħla

    • nixfa ġo l-imnieħer

    • uġigħ fil-griżmejn

    • aċidu fl-istonku

    • vista mċajpra


      Rari (jistgħu jaffetwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

    • urtikarja

    • konfużjoni


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

      direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

      effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  3. KIF TAĦŻEN TOVIAZ


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara "JIS". Id-data ta' skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta' dak ix-xahar.

    Taħżinx f'temperatura 'il fuq minn 25C.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa' mill-umdità.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m'għadekx tuża. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu għal protezzjoni ta' l- ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X'fih TOVIAZ

    • Is-sustanza attiva hi fesoterodine fumarate.


      TOVIAZ 4 mg

      Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 4 mg fesoterodine fumerate li hu ekwivalenti għal 3.1mg ta’ fesoterodine.


      TOVIAZ 8 mg

      Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 8 mg Fesoterodine fumerate li hu ekwivalenti għal 6.2mg ta’ fesoterodine.


    • Is-sustanzi l-oħra huma:


Il-qalba tal-pillola: xylitol, lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, hypromellose, glycerol dibehenate, talc.

Il-kisja: polyvinyl alcohol, titanium dioxide (E171), macrogol (3350), talc, soya lecithin, indigo carmine aluminium lake (E132


Id-dehra ta' TOVIAZ u d-daqs tal-pakkett


TOVIAZ 4 mg, pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod, huma ta’ kulur kaħlani ċar, ovali, imbuzzati fuq iż- żewg naħat, miksijin b’rita trasparenti u mnaqqxin fuq naħa waħda bl-ittri ‘FS’.


TOVIAZ 8 mg, pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod, huma ta’ kulur kaħlani, ovali, imbuzzati fuq iż- żewg naħat, miksijin b’rita trasparenti u mnaqqxin fuq naħa waħda bl-ittri ‘FT’.


TOVIAZ jinsab fi folji ta’ 7, 14, 28, 30, 56, 84, 98 u 100 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod. Barra minn hekk, TOVIAZ jinsab ukoll fi fliexken ta’ HDPE li fihom 30 jew 90 pillola.


Jekk jogħġbok innota li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha msemmijin hawn fuq huma għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Pfizer Europe MA EEIG Boulevard de la Plaine 17 1050 Bruxelles

Il-Belġju


Manifattur:


R-Pharm Germany GmbH

Heinrich-Mack-Str. 35, 89257 Illertissen Il-Ġermanja


Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH Betriebsstätte Freiburg

Mooswaldallee 1

79090 Freiburg Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:


België /Belgique / Belgien

Pfizer S.A./ N.V.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11


България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 4333

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel.: + 36 1 488 37 00


Česká Republika

Pfizer, spol. s r.o.

Tel: +420 283 004 111

Malta

Vivian Corporation Ltd. Tel: +356 21344610


Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 20 11 00

Nederland

Pfizer bv

Tel: +31 (0)10 406 43 01


Deutschland

Pfizer Pharma GmbH

Tel: +49 (0)30 550055 51000

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00


Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Österreich

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H. Tel: +43 (0)1 521 15-0


Ελλάδα

Pfizer Ελλάς A.E.

Τλ: +30 210 6785800

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 335 61 00


España

Pfizer S.L.

Tel: +34 91 490 99 00

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: +351 21 423 5500

France

Pfizer

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

România

Pfizer România S.R.L. Tel: +40 (0)21 207 28 00


Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o. Tel: +385 1 3908 777

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL, Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel: + 386 (0)1 52 11 400


Ireland

Pfizer Healthcare Ireland Tel: 1800 633 363 (toll free)

Tel: +44 (0)1304 616161

Slovenská republika

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka Tel: +421–2–3355 5500


Ísland

Icepharma hf.

Sími: + 354 540 8000

Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh/Tel: +358(0)9 43 00 40


Italia

Pfizer S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Sverige

Pfizer AB

Tel: +46 (0)8 550 520 00


Κύπρος

Pfizer Ελλάς A.E. (Cyprus Branch) Τηλ: +357 22 817690

United Kingdom (Northern Ireland)

Pfizer Limited

Tel: +44 (0)1304 616161


Latvija

Pfizer Luxembourg SARL, filiāle Latvijā Tel: +371 670 35 775


Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL, filialas Lietuvoje Tel. +3705 2514000

Dan il-fuljett kien revedut l-aħħar f’

/