Izba
travoprost
travoprost
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu IZBA u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tuża IZBA
Kif għandek tuża IZBA
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen IZBA
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
IZBA fih travoprost, wieħed minn grupp ta’ mediċini li jissejħu analogi ta’ prostaglandin.
IZBA jintuża biex inaqqas pressjoni għolja fl-għajn fl-adulti, l-adolexxenti u t-tfal li għandhom minn 3 snin ’il fuq. Din il-pressjoni għolja tista’ twassal għall-marda li tissejjaħ glawkoma.
Jekk dan jgħodd għalik, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir.
IZBA jista’ jżid it-tul, il-ħxuna, il-kulur u/jew in-numru ta’ xagħar tal-għajnejn. Kienu osservati ukoll bidliet fil-kpiepel tal-għajnejn, inkluż tkabbir ta’ xagħar mhux tas-soltu, jew fit- tessuti ta’ madwar l-għajn.
IZBA gradwalment jista’ jbiddel il-kulur tal-ħabba ta’ għajnejk (il-parti kkulurita ta’ għajnejk). Din il-bidla tista’ tkun permanenti.
Jekk kellek operazzjoni tal-katarretti kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tuża IZBA. IZBA jista’ jżid ir-riskju ta’ infjammazzjoni fuq wara tal-għajn.
Jekk għandek storja attwali jew preċedenti ta’ infjammazzjoni fl-għajn (irite u uveite) kellem lit- tabib tiegħek qabel ma tuża IZBA. Infjammazzjoni fl-għajn tista’ tkun effett sekondarju li jista’ jkun marbut mal-użu ta’ analogi ta’ prostaglandins bħal IZBA.
Jekk tuża lentijiet tal-kuntatt rotob, tużax il-qtar waqt li għandek il-lentijiet f’għajnejk. Wara li tuża l-qtar stenna 15-il minuta qabel terġa’ tilbes il-lentijiet tiegħek.
Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża IZBA.
L-użu ta’ IZBA mhuwiex irrakkomandat għal dawk it-tfal b’età inqas minn 3 snin. Is-sigurtà u l- effikaċja ta’ travoprost għadhom ma ġewx stabbiliti f’dan il-grupp ta’ età.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċini oħra.
Għandek mnejn issib li l-vista tiegħek tkun imċajpra għal xi ħin hekk kif tuża IZBA. M’għandekx issuq jew tħaddem magni qabel dan l-effett jgħaddi.
Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek jew tat-tabib li qed jikkura t- tifel/tifla tiegħek. Għandek tiċċekkja mat-tabib, it-tabib li qed jikkura t-tifel/tifla tiegħek jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Qatra waħda ġol-għajn jew għajnejn affettwati, darba kuljum filgħaxija.
Uża IZBA f’għajnejk it-tnejn jekk qallek it-tabib tiegħek biss. Uża għat-tul ta’ żmien li qallek it-tabib tiegħek jew it-tabib li qed jikkura t-tifel/tifla tiegħek.
IZBA jista’ jintuża fit-tfal minn 3 snin sa <18-il sena bl-istess doża bħall-adulti. IZBA għandu jintuża biss bħala qtar għall-għajnejn.
1 2 3 4
Eżatt qabel ma’ tuża l-flixkun għall-ewwel darba, iftaħ il-pakkett ta’ protezzjoni, oħroġ il- flixkun (stampa 1) u ikteb id-data ta’ meta ftaħt il-pakkett fuq il-kartuna fl-ispazju pprovdut.
Aħsel idejk.
Neħħi l-għatu tal-flixkun.
Żomm il-flixkun wiċċu ’l isfel bejn subgħajk il-kbir u s-swaba l-oħra.
Itfa’ rasek jew ras it-tifel/tifla tiegħek lura bil-mod. B’saba’ nadif, niżżel il-kappell tal-għajn l- isfel sakemm ikun hemm ‘spazju’ bejn il-kappell tal-għajn u l-għajn. Il-qatra se tmur hawn (stampa 2).
Ġib it-tarf tal-flixkun viċin tal-għajn. Jekk jgħin uża mera.
Agħfas il-flixkun bil-mod biex tinżel qatra waħda ta’ IZBA kull darba (stampa 3).
Wara li tuża IZBA, żomm il-kappell tal-għajn magħluq, għamel pressjoni ħafifa billi tagħfas b’subgħajk il-kantuniera tal-għajn, in-naħa tal-imnieħer (stampa 4) għal mill-inqas minuta waħda. Dan jgħin biex iwaqqaf lil IZBA milli jidħol fil-bqija tal-ġisem.
Jekk tuża l-qtar fiż-żewġ għajnejn, irrepeti l-passi għall-għajn l-oħra.
Agħlaq sew l-għatu tal-flixkun immedjatament wara l-użu.
Uża flixkun wieħed biss qabel ma tiftaħ ieħor. Tiftaħx il-pakkett ta’ protezzjoni qabel ikollok bżonn tuża l-flixkun.
Jekk qatra ma’ tidħolx f’għajnejk, erġa’ pprova.
Neħħi l-mediċina kollha billi tlaħlaħ b’ilma sħun. Tużax aktar qtar qabel isir il-ħin għad-doża tas-soltu li jmiss. Jekk IZBA jinbela’, kellem lit-tabib jew spiżjar tiegħek minnufih.
Kompli bid-doża li jmiss kif ippjanat. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Qatt m’għandek tuża aktar minn qatra waħda kuljum fl-għajn(ejn) affetwata(i).
Tieqafx tuża IZBA qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek jew lit-tabib li jikkura t-tifel/tifla tiegħek, il- pressjoni ġewwa għajnejk jew għajn it-tifel/tifla tiegħek ma tkunx ikkontrollata u dan jista’ jwassal għal telf tal-vista.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lit-tabib li qed jikkura t- tifel/tifla tiegħek jew lill-ispiżjar tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
L-effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati b’IZBA:
Effetti fl-għajn: Ħmura fl-għajn.
Effetti fl-għajn: skumdità fl-għajn, ħakk fl-għajn, u l-għajn tinħass xotta.
Effetti fl-għajn: infjammazzjoni ġewwa l-għajn, infjammazzjoni tas-superfiċje tal-għajn bi/bla ħsara
fis-superfiċje, infjammazzjoni tal-kpiepel tal-għajnejn, infjammazzjoni tal-konġuntiva, uġigħ fl-għajn, sensittività għad-dawl, vista mċajpra jew mhux normali, nefħa jew qxur fuq il-kpiepel tal-għajnejn, tnixxija mill-għajn, kulur aktar skur tal-ġilda madwar l-għajn(ejn), tkabbir u tħaxxin tax-xagħar tal- għajnejn
Effetti sekondarji ġenerali: raxx jew ħakk tal-ġilda.
Effetti fl-għajn: ħmura fl-għajn.
Effetti fl-għajn: bidliet fil-kulur tal-ħabba tal-għajn (il-parti kkulurita tal-għajn), irritazzjoni fl-għajn, uġigħ fl-għajn, skonfort fl-għajn, għajn tinħass xotta, ħakk fl-għajn.
Effetti fl-għajn: disturb fil-kornea, infjammazzjoni tal-għajn, infjammazzjoni tal-ħabba tal-għajn, infjammazzjoni ġewwa l-għajn, infjammazzjoni tas-superfiċje tal-għajn bi/bla ħsara fis-superfiċje, sensittività għad-dawl, tnixxija mill-għajn, infjammazzjoni tal-kappell tal-għajn, ħmura fil-kappell tal- għajn, nefħa madwar l-għajn, ħakk fil-kappell tal-għajn, vista mċajpra, żieda fil-produzzjoni tad- dmugħ, infezzjoni jew infjammazzjoni tal-konġuntiva (konġuntivite), il-kappell t’isfel tal-għajnejn idur il-barra b’mod mhux normali, l-għajn tiċċajpar, qxur fuq il-kpiepel tal-għajnejn, tkabbir tax- xagħar tal-għajnejn.
Effetti sekondarji ġenerali: żieda fis-sintomi ta’ allerġija, uġigħ ta’ ras, taħbit irregolari tal-qalb, sogħla, imnieħer misdud, irritazzjoni fil-griżmejn, il-ġilda madwar l-għajn(ejn) tiskura, il-ġilda tiskura, ix-xagħar jinħass mhux normali, tkabbir eċċessiv ta’ xagħar.
Effetti fl-għajn: perċezzjoni ta’ leħħ ta’ dwal, ekżema fuq il-kpiepel tal-għajnejn, xagħar tal-għajnejn f’pożizzjoni mhux normali u jikbru ’l ġewwa lejn l-għajn, nefħa tal-għajn, vista mnaqqsa, vista b’awreola, tnaqqis fis-sensazzjoni tal-għajn, infjammazzjoni tal-glandoli tal-kappell tal-għajnejn, pigmentazzjoni ġewwa l-għajn, żieda fid-daqs tal-ħabba, ix-xagħar tal-għajnejn jeħxien, bidla fil-kulur tax-xagħar tal-għajnejn, għajnejn għajjenin.
Effetti sekondarji ġenerali: infezzjoni fl-għajn ikkawżata minn virus, sturdament, togħma ħażina, rata tal-qalb irregolari jew imnaqqsa, żieda jew tnaqqis fil-pressjoni tad-demm, qtugħ ta’ nifs, ażżma, allerġija jew infjammazzjoni tal-imnieħer, imnieħer jinħass xott, bidliet fil-vuċi, tax-xagħar tal- għajnejn jew ulċera gastrointestinali, stitikezza, ħalq xott, ħmura jew ħakk tal-ġilda, raxx, bidla fil- kulur tax-xagħar, telf tax-xagħar tal-għajnejn, uġigħ fil-ġogi, uġigħ muskoluskeletriku, dgħjufija ġeneralizzata.
Effetti fl-għajn: infjammazzjoni fin-naħa ta’ wara tal-għajn, għajnejn jidhru aktar imdaħħla ’l ġewwa.
Effetti sekondarji ġenerali: depressjoni, ansjetà, nuqqas ta’ rqad, sensazzjoni ta’ moviment falz, żarżir fil-widnejn, uġigħ fis-sider, ritmu tal-qalb mhux normali, żieda fit-taħbit tal-qalb, deterjorament tal- ażżma, dijarea, fsada mill-imnieħer, uġigħ addominali, dardir, rimettar, ħakk, tkabbir ta’ xagħar mhux normali, uġigħ meta tgħaddi l-awrina jew awrina involontarja, żieda fil-markatur tal-kanċer tal- prostata.
Fit-tfal u l-adolexxenti, l-effetti sekondarji l-aktar komuni osservati bil-mediċina li jkun fih qawwa ogħla ta’ travoprost (40 mikrogramma/mL) huma ħmura fl-għajnejn u t-tkabbir ta’ xagħar tal- għajnejn. Iż-żewġ effetti sekondarji kienu osservati b’inċidenza ogħla fi tfal u adolexxenti meta mqabbel mal-adulti.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kaxxa wara ‘EXP’. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Din il-mediċini m’għandhiex bżonn kondizzjonijiet speċjali ta’ ħażna.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hi travoprost. Kull mL ta’ soluzzjoni fiha 30 mikrogramma ta’ travoprost.
Is-sustanzi l-oħra huma: polyquaternium-1, polyoxyethylene hydrogenated castor oil 40, propylene glycol (ara l-aħħar ta’ sezzjoni 2), sodium chloride, boric acid, mannitol, u ilma ppurifikat. Jiġu miżjuda ammonti żgħar ħafna ta’ hydrochloric acid jew sodium hydroxide biex iżommu l-livelli tal-aċidità (livelli tal-pH) normali.
IZBA qatra għall-għajnejn huwa likwidu (soluzzjoni ċara u mingħajr kulur) fornut fi flixkun tal-plastik ta’ 4 mL b’għatu tal-kamin. Kull flixkun fih 2.5 mL ta’ travoprost qtar għall-għajnejn u kull flixkun jinstab f’kisja ta’ protezzjoni.
Daqsijiet tal-pakkett: flixkun wieħed jew 3 flixken.
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Novartis Europharm Limited Vista Building
Elm Park, Merrion Road Dublin 4
L-Irlanda
S.A. Alcon Couvreur N.V. Rijksweg 14
B-2870 Puurs Il-Belġju
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas Tel: +370 5 269 16 50
Novartis Bulgaria EOOD Тел.: +359 2 489 98 28
Novartis s.r.o.
Tel: +420 225 775 111
Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872
Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0
Novartis Pharma B.V. Tel: +31 88 04 52 111
SIA Novartis Baltics Eesti filiaal Tel: +372 66 30 810
Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00
Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12
Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570
Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00
Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888
Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00
Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600
Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220
Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01
Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50
Vistor hf.
Sími: +354 535 7000
Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1
Novartis Finland Oy
Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200
Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690
Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00
SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070
Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370