Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Translarna
ataluren

Fuljett ta’ tagħrif:Informazzjoni għall-pazjent


Translarna 125 mg bċejjeċ żgħar li jitħalltu ma’ likwidu biex jittieħed mill-ħalq Translarna 250 mg bċejjeċ żgħar li jitħalltu ma’ likwidu biex jittieħed mill-ħalq Translarna 1000 mg bċejjeċ żgħar li jitħalltu ma’ likwidu biex jittieħed mill-ħalq ataluren


imageDan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  1. Kif taħżen Translarna


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-qartas wara EXP/JIS. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandha bżonn l-ebda kundizzjoni speċjali għall-ħażna.


    Ħu kull doża ppreparata eżattament wara l-preparazzjoni. Armi d-doża ppreparata jekk ma teħodiex fi żmien 24 siegħa mill-preparazzjoni jekk tinżamm ġo friġġ (2 - 8°C), jew fi żmien 3 sigħat f’temperatura ambjentali (15 - 30°C).


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Translarna

Translarna huwa disponibbli fi 3 qawwiet, li kull waħda minnhom fiha 125 mg, 250 mg u 1000 mg

tas-sustanza attiva, imsejħa ataluren. L-ingredjenti l-oħra huma: polydextrose (E1200), macrogol, poloxamer, mannitol (E421), crospovidone, hydroxyethyl cellulose, togħma artifiċjali ta’ vanilla

(maltodextrin, artificial flavours u propylene glycol), silica, colloidal anhydrous (E551), magnesium stearate.


Kif jidher Translarna u l-kontenut tal-pakkett

Translarna jikkonsisti fi bċejjeċ żgħar bojod għal bojod fl-isfar li jitħalltu ma’ likwidu biex jittieħed mill-ħalq li jkunu fi qratas.

Translarna huwa disponibbli f’pakketti li fihom 30 qartas.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

PTC Therapeutics International Limited 5th Floor

3 Grand Canal Plaza

Grand Canal Street Upper Dublin 4

D04 EE70

l-Irlanda


image

Manifattur

Almac Pharma Services

22 Seagoe Industrial Estate Craigavon BT63 5QD

Ir-Renju Unit

PTC Therapeutics International Limited 5th Floor

3 Grand Canal Plaza

Grand Canal Street Upper Dublin 4

D04 EE70

l-Irlanda


Almac Pharma Services (Ireland) Limited Finnabair Industrial Estate

Dundalk, Co. Louth, A91 P9KD

l-Irlanda


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


AT, BE, BG, CY, CZ, DK, DE, EE, EL, ES,

HR, HU, IE, IS, IT, LT, LU, LV, MT, NL, NO,

PL, PT, RO, SI, SK, FI, SE, UK (NI)

PTC Therapeutics International Ltd. (l-Irlanda)

+353 (0)1 447 5165

medinfo@ptcbio.com

FR

PTC Therapeutics France Tel: +33(0)1 76 70 10 01

medinfo@ptcbio.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Din il-mediċina ngħatat ‘approvazzjoni kondizzjonali’. Dan ifisser li hemm aktar evidenza li gћad trid toћroġ dwar din il-mediċina.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi kull tip ta’ informazzjoni ġdida dwar din il-mediċina

gћall-anqas darba fis-sena u l-fuljett ser jiġi aġġornat kif meħtieġ.


Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kuri.