Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Sprimeo HCT
aliskiren, hydrochlorothiazide

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Sprimeo HCT 150 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita Sprimeo HCT 150 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita Sprimeo HCT 300 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita Sprimeo HCT 300 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita Aliskiren/hydrochlorothiazide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Sprimeo HCT u għalxiex jintuża

  2. Qabel ma tieħu Sprimeo HCT

  3. Kif għandek tieħu Sprimeo HCT

  4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

  5. Kif taħżen Sprimeo HCT

  6. Aktar tagħrif


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  1. X’INHU SPRIMEO HCT U GĦALXIEX JINTUŻA


    Il-pilloli ta’ Sprimeo HCT fihom żewġ sustanzi attivi, li jisimhom aliskiren u hydrochlorothiazide. It- tnejn li huma jgħinu sabiex tikkontrolla il-pressjoni għolja (ipertensjoni).


    Aliskiren huwa sustanza li tagħmel parti minn klassi ġdida ta’ mediċini li jissejjħu inibituri ta’ renin. Dawn inaqqsu l-ammont ta’ angiotensin II li l-ġisem jista’ jipproduċi. B’angiotensin II il-vini tad- demm jidjiequ u l-pressjoni tad-demm togħla. Bit-tnaqqis ta’ angiotensin II, il-vini tad-demm jistrieħu, u l-pressjoni tad-demm titbaxxa.


    Hydrochlorothiazide jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu dijuretiċi thiazide. Hydrochlorothiazide iżid l-ammont ta’ awrina li tgħaddi, li ukoll tbaxxi il-pressjoni tad-demm.


    Pressjoni tad-demm għolja iżżid l-ammont ta’ xogħol fuq il-qalb u l-arterji. Jekk dan idum għal żmien twil, jista’ jagħmel il-ħsara fil-vini tad-demm fil-moħħ, qalb u kliewi, u jista’ jikkawża puplesija, insuffiċjenza tal-qalb, attakk tal-qalb jew insuffiċjenza tal-kliewi. Billi tbaxxi l-pressjoni tad-demm għal-livelli normali jitnaqqas ir-riskju li tiżviluppa dawn id-disturbi.


    Sprimeo HCT jintuża biex tiġi ikkurata l-pressjoni għolja tad-demm.

  2. QABEL MA TIEĦU SPRIMEO HCT


    Tieħux Sprimeo HCT

    • jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal aliskiren jew hydrochlorothiazide, derivati ta’ sulphonamide (mediċini li jintużaw għal-kura ta’ infezzjonijiet fis-sider jew tal- awrina) jew sustanzi oħra ta’ Sprimeo HCT. Jekk taħseb li tista’ tkun allerġiku/a, tieħux Sprimeo HCT u staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir.

    • jekk għaddejt minn dawn il-forom li ġejjin ta’ anġjoedima (tbatija biex tieħu n-nifs, jew biex tibla’, jew nefħa tal-wiċċ, idejn u saqajn, għajnejn u/jew l-ilsien):

    anġjoedima meta ħadt aliskiren.

    – anġjoedima ereditarja.

    anġjoedima mingħajr l-ebda kawża magħrufa.

    jekk inti għandek aktar minn 3 xhur tqala. (Huwa aħjar ukoll li tevita Sprimeo HCT fil-bidu tat- tqala – ara s-sezzjoni dwar it-Tqala).

    • jekk qiegħda bejn it-tielet u d-disa’ xahar tat-tqala.

    • jekk għandek problemi serji tal-fwied jew tal-kliewi.

    • jekk m’intix kapaċi tipproduċi l-awrina (anurija).

    • jekk il-livell ta’ potassju jew ta’ sodju fid-demm tiegħek huwa baxx wisq minkejja l-kura.

    • jekk il-livell ta’ kalċju fid-demm tiegħek huwa għoli wisq minkejja l-kura.

    • jekk inti għandek il-gotta (kristalli ta’ aċidu uriku fil-ġogi).

    • jekk qed tieħu ciclosporin (mediċina li tintuża f’każ ta’ trapjant sabiex jiġi evitat li l-organu jiġi riġettat jew għal kundizzjonijiet oħra, eż. artrite rewmatojde jew dermatite atopika), itraconazole (mediċina wżata biex tikkura infezzjonijiet tal-fungu) jew quinidine (mediċina li tintuża biex tirranġa r-ritmu tal-qalb).

    • jekk inti għandek dijabete mellitus jew indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi u qed tingħata kura b’waħda minn dawn il-klassijiet ta’ mediċini użati għall-kura tal-pressjoni għolja:

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      • b’ “impeditur tal-enzima li tikkonverti angiotensin” bħal enalapril, lisinopril, ramipril eċċ.

        jew

      • b’ “imblukkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin 2” bħal valsartan, telmisartan, irbesartan, eċċ. Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tgħodd għalik, tieħux Sprimeo HCT u kellem lit-tabib tiegħek.


        Oqgħod attent ħafna b’Sprimeo HCT

    • jekk għandek ideboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek jikkunsidra sew jekk Sprimeo HCT huwiex xieraq għalik, u jista’ jiddeċiedi li jissorveljak mill-qrib.

    • jekk kellek trapjant tal-kliewi.

    • jekk tbati minn problemi tal-fwied.

    • jekk tbati minn problemi tal-qalb.

    • jekk tbati minn anġjoedima (tbatija biex tieħu n-nifs, jew biex tibla’, jew nefħa tal-wiċċ, idejn u saqajn, għajnejn u/jew l-ilsien). Jekk dan jiġri, waqqaf Sprimeo HCT u kkuntattja lit-tabib tiegħek.

    • jekk għandek id-dijabete (livell għoli ta’ zokkor fid-demm tiegħek).

    • jekk għandek livell għoli ta’ kolesterol jew trigliċeridi fid-demm tiegħek.

    • jekk tbati minn marda li tissejjaħ lupus erythematosus (magħrufa wkoll bħala “lupus” jew “SLE”).

    • jekk tbati minn allerġija jew ażżma.

    • jekk qed tieħu waħda minn dawn il-klassijiet ta’ mediċini użati għall-kura tal-pressjoni għolja:

      • “impeditur tal-enzima li tikkonverti angiotensin” bħal enalapril, lisinopril, ramipril eċċ. jew

      • “imblukkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin 2” bħal valsartan, telmisartan, irbesartan, eċċ.

    • jekk qiegħed/qiegħda fuq dieta baxxa mill-melħ.

    • jekk għandek sinjali u sintomi bħal għatx anormali, ħalq xott, dgħjufija ġenerali, ngħas, uġigħ fil-muskoli jew bugħawwieġ, dardir, jew il-qalb tħabbat mgħaġġla b’mod anormali li tista’ tindika effett eċċessiv ta; hydrochlorothiazide (li jinsab f’Sprimeo HCT).

    • jekk ikollok reazzjonijiet fil-ġilda bħal raxx wara esponiment għax-xemx.

    • jekk ikollok tnaqqis fil-vista jew uġigħ fl-għajn. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ żieda tal- pressjoni f’għajnejk u dan jista’ jseħħ fi ftit sigħat jew ġimgħat wara li tieħu Sprimeo HCT. Dan jista’ jwassal biex titlef id-dawl għal kollox, jekk ma tikkurahiex (ara s-sezzjoni dwar it- Tqala).

      Għid lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tgħodd għalik.


      Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti taħseb li inti tqila (jewtista’toħroġtqila). Sprimeo HCT mhuwiex irrakkomandat fil-bidu tat-tqala, u m’għandux jittieħed meta jkollok aktar minn 3 xhur tqala, minħabba li jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dan l-istadju. (ara s-sezzjoni dwar it-Tqala).


      Mhuwiex irrakkomandat l-użu ta’ Sprimeo HCT fi tfal u f’adoloxxenti ta’ taħt it-18-il sena.


      Meta tieħu mediċini oħra

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


      Huwa importanti b’mod partikolari li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża il-mediċini li ġejjin:

    • litju (mediċina li tintuża biex tikkura xi tipi ta’ dipressjoni);

    • mediċini jew sustanzi li jżidu l-ammont ta’ potassju fid-demm tiegħek. Dawn jinkludu supplimenti ta’ potassju jew sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, mediċini li ma jitilfux il- potassju u eparina.

    • mediċini li jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ potassju fid-demm tiegħek, bħal dijuretiċi (pilloli tal- ilma), kortikosterojdi, lassativi, carbenoxolone, amphotericin jew penisillin G.

    • mediċini li jistgħu jwasslu għal “torsades de pointes” (taħbit tal-qalb irregolari), bħall- antiirritmiċi (mediċini użati biex jittrattaw problemi tal-qalb) u xi antipsikotiċi.

    • mediċini li jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ sodju fid-demm tiegħek, bħal antidipressanti, antipsikotiċi, antiepliettiċi (carbamazepine).

    • mediċini użati biex itaffu l-uġigħ jew l-infjammazzjoni, speċjalment sustanzi anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs), inkluż inibituri selettivi ta’ cyclooxygenase-2 (inibituri Cox-2).

    • mediċini oħra li jikkuraw pressjoni għolja, inkuż metildopa.

    • mediċini biex iżidu l-pressjoni bħal adrenalina jew noradrenalina.

    • digoxin jew gliċosidi diġitalis oħrajn (mediċini użati għat-trattament ta’ problemi tal-qalb).

    • vitamina D u mluħa tal-kalċju.

    • mediċini għall-kura tad-dijabete (sustanzi mill-ħalq bħal metformin jew insulini).

    • mediċini li jistgħu jżidu l-livelli taz-zokkor fid-demm bħal imblukkaturi beta u diazoxide.

    • mediċini użati għat-trattament tal-gotta, bħal allopurinol.

    • sustanzi antikolinerġiċi (mediċini li jintużaw għall-kura ta’ diversi disturbi bħal brim gastrointestinali, spażmi fil-bużżieqa tal-awrina, ażma, tqalligħ minn ċaqliq, spażmi fil-muskoli, marda ta’ Parkinson u bħala għajnuna għall-anestesija).

    • amantadina (mediċina li tintuża għall-kura tal-marda ta’ Parkinson, li tintuża wkoll biex tittratta jew tipprevjeni ċertu mard li ġej minn viruses).

    • kolestiramina, kolestipol jew rażi oħrajn (sustanzi użati l-aktar fil-kura ta’ livelli għoljin ta’ xaħmijiet fid-demm).

    • mediċini ċitotossiċi (użati għall-kura tal-kanċer), bħal methotrexate jew cyclophosphamide.

    • rilassanti tal-muskoli (mediċini li jirrissaw il-muskoli li jintużaw waqt l-operazzjonijiet).

    • l-alkoħol, pilloli tal-irqad u anestetiċi (mediċini li bihom il-pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu operazzjonijiet u proċeduri oħra).

    • mezzi kontrastanti jodiċi (sustanzi użati waqt eżaminazzjoni ta’ immaġini)

    • mediċini għall-artrite


      It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdillek id-doża u/jew jieħu xi prekawzjonijiet oħra jekk qed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:

    • furosemide, mediċina li tagħmel parti minn dawk magħrufin bħala dijuretiċi, jew pilloli “tal- pipi”, li jintużaw biex jiżdied l-ammont ta’ awrina li tagħmel.

    • xi mediċina li tintuża biex tikkura infezzjonijiet, bħal ketoconazole.

    • verapamil, mediċina li tintuża biex tbaxxi l-pressjoni għolja, biex tirranġa r-ritmu tal-qalb jew għall-kura ta’ anġina pectoris.


      Meta tieħu Sprimeo HCT mal-ikel u max-xorb

      Għandek tieħu Sprimeo HCT ma’ ikla ħafifa darba kuljum, l-aħjar fl-istess ħin kuljum. M’għandekx tieħu Sprimeo HCT mal-meraq tal-grejpfrut.


      Tqala

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li jista’ jkun li ħriġt tqila (jew qed tippjana li toħroġ tqila). It-tabib tiegħek normalment javżak biex tieqaf tieħu Sprimeo HCT qabel ma toħroġ tqila jew malli tkun taf li inti tqila u se jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Sprimeo HCT. Sprimeo HCT mhux irrakkomandat waqt it-tqala, u m’għandux jittieħed meta jkollok aktar minn 3 xhur tqala, minħabba li jista’ jagħmel ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.


      Treddigħ

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew se tibda tredda’ dalwaqt. Sprimeo HCT mhuwiex irrakkomandat għal ommijiet li qed ireddgħu u t-tabib jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk inti tixtieq tredda’, speċjalment meta t-tarbija tiegħek tkun għadha titwield, jew tkun twieldet qabel iż-żmien.


      Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Bħall- ħafna mediċini oħrajn li jintużaw biex ibaxxu l-pressjoni, b’din il-mediċina tista’ tħossok sturdut. Jekk iġġarrab dan is-sintomu, issuqx u tħaddimx għodod jew magni.


      Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Sprimeo HCT

      Sprimeo HCT fih lactose (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


      Sprimeo HCT fih il-wheat starch (lamtu tal-qamħ). Indikat għan-nies li jbatu minn mard tas-coeliac. Pazjenti li jbatu minn allerġija għal qamħ (differenti mill-marda tas-coeliac) m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

  3. KIF GĦANDEK TIEĦU SPRIMEO HCT


    Dejjem għandek tieħu Sprimeo HCT eżatt skond il-parir tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża ta’ Sprimeo HCT li ssoltu tingħata hija pillola waħda kuljum. Ibla’ l-pillola sħiħa bi ftit ilma. Għandek tieħu Sprimeo HCT ma’ ikla ħafifa darba kuljum, l-aħjar fl-istess ħin kuljum. M’għandekx tieħu Rasiler HCT flimkien mal-meraq tal-grejpfrut. Waqt il-kura tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jaġġusta d-doża tiegħek skond ir-rispons tal-pressjoni tad-demm tiegħek.


    Sprimeo HCT jista’ jkun ġie ordnat lilek minħabba li l-kura li ingħatajt qabel ma baxxietlekx il- pressjoni tad-demm tiegħek biżżejjed. Jekk dan huwa l-każ, it-tabib tiegħek ser jgħidlek kif taqleb minn dik il-kura għal Sprimeo HCT.


    Jekk tieħu Sprimeo HCT aktar milli suppost

    Jekk bi żball ħadt wisq pilloli Sprimeo HCT, ikkonsulta mat-tabib tiegħek minnufih. Jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.


    Jekk tinsa tieħu Sprimeo HCT

    Jekk tinsa tieħu doża ta’ din il-mediċina, ħuda malli tiftakar u imbagħad ħu d-doża li jmiss fil-ħin tagħha tas-soltu. Jekk ikun kważi wasal il-ħin tad-doża li jmissek għandek sempliċiment tieħu il- pillola li jmiss fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja (żewġ pilloli f’daqqa) biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


    Tieqafx tieħu din il-mediċina, anki jekk tkun qed tħossok tajjeb/tajba (sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan).

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Nies li jkolhom il-pressjoni tad-demm għolja ħafna drabi ma jinnutaw l-ebda sinjal tal-problema. Ħafna nies iħossuhom normali. Huwa importanti ħafna li tieħu din il-mediċina eżattament kif jgħidlek it-tabib tiegħek sabiex tikseb l-aqwa riżultati u tnaqqas ir-riskju li jkollok effetti sekondarji. Żomm l- appuntamenti mat-tabib tiegħek anki jekk tkun qed tħossok tajjeb.

    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Sprimeo HCT jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Jista’ jkun li jkollok twaqqaf Sprimeo HCT.


    Effetti sekondarji irrappurtati fi provi kliniċi għal pazjenti b’Sprimeo HCT kienu: Komuni (jaffettwaw anqas minn 1 f’kull10pazjenti):

    • Dijarea


      Bħal ma jgħodd għall-kwalunkwe taħlita ta’ żewġ sustanzi attivi, effetti sekondarji assoċjati ma’ kull komponent individwali ma jistgħux jiġu esklużi.

      Aliskiren: Effettikomuni(jeffettwawanqasminn1f’kull10pazjenti):

    • Dijarrea

    • Uġigħ fil-ġogi (artralġja)

    • Livell għoli ta’ potassium fid-demm

    • Sturdament

      Mhuxkomuni(jeffettwawanqasminn1f’kull100pazjent):

    • Raxx tal-ġilda (dan jista’ jkun sinjali ta’ reazzjonijiet allerġiċi jew anġjoedima – ara l-effetti sekondarji “Rari” hawn taħt)

    • Problemi bil-kliewi li jinkludu indeboliment akut tal-kliewi (tnaqqis serju fl-awrina)

    • Nefħa tal-idejn, għekiesi jew saqajn (edema periferali)

    • Reazzjonijiet serji fuq il-ġilda (nekroliżi epidermali tossika u/jew reazzjonijiet mukużi fil-ħalq

      – ħmura fil-ġilda, infafet fix-xofftejn, fl-għajnejn jew il-ħalq, tqaxxir tal-ġilda, deni)

    • Pressjoni tad-demm baxxa


      Rari (jeffettwaw anqasminn1f’kull1,000 pazjent):

    • Reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva) u anġjoedima (is-sintomi tagħha jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, raxx, ħakk, ħorriqija jew nefħa fil-wiċċ, fl-idejn u fis-saqajn, fl-għajnejn, fix-xofftejn u/jew fl-ilsien, sturdament)

    • Żieda fil-livell ta’ kreatinina fid-demm


      Hydrochlorothiazide:

      Effetti komuniħafna(jeffettwaw aktar minn 1 f’kull10pazjenti)

    • Livell baxx ta’ potassju fid-demm

    • Żieda fil-lipid fid-demm


      Effetti komuni (jeffettwawanqasminn1f’kull10pazjenti)

    • Livell għoli ta’ aċidu uriku fid-demm

    • Livell baxx ta’ manjesju fid-demm

    • Livell baxx ta’ sodju fid-demm

    • Sturdament, mejt meta tkun bilwieqfa

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Nuqqas ta’ aptit

    • Dardir u rimettar

    • Raxx bil-ħakk u tipi oħrajn ta’ raxx

    • Nuqqas ta’ ħila li jkollok jew iżżomm erezzjoni


      Rari (jeffettwaw anqas minn 1 f’kull1,000 pazjent)

    • Livell baxx ta’ plejtlits tad-demm (kultant bid-demm jew tbenġil taħt il-ġilda)

    • Livell għoli ta’ kalċju fid-demm

    • Livell għoli ta’ zokkor fid-demm

    • L-istat metaboliku tad-dijabete jmur għall-agħar

    • Burdata ħażina (depressjoni)

    • Disturbi fl-irqad

    • Sturdament

    • Uġigħ ta’ ras

    • Tnemnim jew titrix

    • Disturb fil-vista

    • Taħbit tal-qalb mhux normali

    • Skonfort fiż-żaqq

    • Stitikezza

    • Dijarea

    • Disturbi fil-fwied li jista’ jseħħ flimkien ma’ sfurija fil-ġilda u fl-abjad tal-għajnejn

    • Żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx

    • Zokkor fl-awrina

      Rariħafna(jeffettwaw anqas minn 1 f’kull 10,000 pazjent)

    • Deni, griżmejn ħomor jew ulċeri fil-ħalq, infezzjonijiet aktar frekwenti (nuqqas totali jew livell baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod)

    • Ġilda ċassa, għeja, qtugħ ta’ nifs, awrina ta’ lewn skur (anemija emolitika)

    • Raxx, ħakk, ħobbejż, diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, sturdament (reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva)

    • Konfużjoni, għeja, ġbid u spażi tal-muskoli, in-nifs jittieħed b’ħatf (alkalożi ipokloremika)

    • Diffikultà biex tieħu n-nifs flimkien ma’ deni, sogħla, tisfir, qtugħ ta’ nifs (distress respiratorju li jinkludi pulmonite u edima fil-pulmuni)

    • Uġigħ qawwi fil-parti ta’ fuq tal-istonku (infjammazzjoni tal-frixa)

    • Raxx fil-wiċċ, uġigħ fil-ġogi, disturb fil-mukskoli, deni (lupus erythematosus)

    • Infjammazzjoni tal-arterji u tal-vini b’sintomi bħal raxx, tikek vjola fl-aħmar, deni (vaskulite)

    • Mard qawwi fil-ġilda li jikkawża raxx, ġilda ħamra, nfafet fix-xofftejn fl-għajnejn jew fil-ħalq, tqaxxir tal-ġilda, deni (nekrolożi epidermali tossika)


      Mhuxmagħruf(il-frekwenzamatistaxtiġikkalkulatamid-dejta disponibbli)

    • Dgħufija

    • Tbenġil u infezzjonijiet frekwenti (anemija aplastika)

    • Tnaqqis fil-vista jew uġigħ f'għajnejk minħabba pressjoni għolja (sinjali possibbli ta' glawkoma gravi tal-għeluq tal-angolu)

    • Mard gravi tal-ġilda li jikkawża raxx, ġilda ħamra, infafet fuq ix-xofftejn, l-għajnejn jew il- ħalq, ġilda titqaxxar, deni (eritema multiformi)

    • Spażmi fil-muskoli

    • Tnaqqis gravi fl-ammont ta' awrina li għaddi (sinjali possibbli ta' disturb fil-kliewi jew insuffiċjenza renali), dgħufija (astenja)

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Deni


  5. KIF TAĦŻEN SPRIMEO HCT


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

    Tużax Sprimeo HCT wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30C.

    Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.


  6. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Sprimeo HCT


Id-Dehra ta’ Sprimeo HCT u l-kontenuti tal-pakkett

Sprimeo HCT 150 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli miksijin b’rita bojod, ovali stampati b’ “LCI” fuq naħa u “NVR” fuq l-oħra.

Sprimeo HCT 150 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli miksijin b’rita jagħtu fl-isfar, ovali stampati b’ “CLL” fuq naħa u “NVR” fuq l-oħra.

Sprimeo HCT 300 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli miksijin b’rita vjola bojod, ovali stampati b’ “CVI” fuq naħa u “NVR” fuq l-oħra.

Sprimeo HCT 300 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli miksijin b’rita sofor ċari, ovali

stampati b’ “CVV” fuq naħa u “NVR” fuq l-oħra.


Sprimeo HCT jiġi f’pakketti li jkun fihom 7, 14, 28, 30, 50, 56, 90 jew 98 pillola. Pakketti li fihom 90 (3x30), 98 (2x49) jew 280 (20x14) pillola huma pakketti b’ħafna.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jew il-qawwiet kollha jkunu għal skop kummerċjali f’pajjiżek.


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited Wimblehurst Road

Horsham

West Sussex, RH12 5AB Ir-Renju Unit


Manifattur

Novartis Farma S.p.A.

Via Provinciale Schito 131

I-80058 Torre Annunziata/NA L-Italja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma GmbH Tél/Tel: +49 911 273 0


България

Novartis Pharma Services Inc. Тел.: +359 2 489 98 28

Magyarország

Novartis Hungária Kft. Pharma Tel.: +36 1 457 65 00


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Malta

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2298 3217

Danmark

Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 26 37 82 111


Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Norge

Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00


Eesti

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +372 66 30 810

Österreich

Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888


España

Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600


France

Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00

România

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel: +40 21 31299 01


Ireland

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Novartis Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5542 5439


Italia

Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200


Κύπρος

Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +371 67 887 070

United Kingdom

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd. Tel: +44 1276 698370


Lietuva

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +370 5 269 16 50


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’


a.europa.eu