Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Protopic
tacrolimus

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Protopic 0.03% ingwent

tacrolimus monohydrate


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Protopic u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Protopic

  3. Kif għandek tuża Protopic

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Protopic

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Protopic u għalxiex jintuża


    Is-sustanza attiva ta’ Protopic, tacrolimus monohydrate, huwa aġent immuno-modulatorju.


    L-ingwent Protopic 0.03% jintuża biex jikkura dermatite atopika moderata sa severa (ekżema) fil-kbar li ma jkunux adegwatament responsivi għal jew intolleranti mill-kuri konvenzjonali bħala ma huma il- kortikosterojdi topikali u fit-tfal (ta’ sentejn jew akbar) li kura konvenzjonali bħalma huma il- kortikosterojdi topikali ma ħadmitx fuqhom biżżejjed.


    La darba dermatite atopika moderata gћal severa tkun għebet jew tkun kważi għebet wara kura ta’ mhux aktar minn 6 ġimgħat ta’ ħmura tal-ġilda, u jekk qiegħed tesperjenza ħmura tal-ġilda frekwenti (jiġifieri 4 jew aktar fis-sena), jista’ jkun possibbli li timpedixxi milli l-ħmura tal-ġilda tirritorna jew inkella tista’ ttawwal iż-żmien li tkun ħieles minn ħmura tal-ġilda billi tuża ingwent Protopic 0.03% darbtejn fil-ġimgħa.


    Fid-dermatite atopika, reazzjoni żejda tas-sistema immunitarja tal-ġilda toħloq infjammazzjoni tal- ġilda (ħakk, ħmura, nixfa). Protopic jibdel ir-rispons immunitarju anormali u jserraħ l-infjammazzjoni tal-ġilda kif ukoll il-ħakk.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Protopic Tużax Protopic

    • jekk inti allerġiku għal tacrolimus jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6) jew tal-antibijotiċi macrolide (eż. azithromycin, clarithromycin, erythromycin).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Protopic:

    • Jekk għandek insuffiċjenza tal-fwied.

    • Jekk għandek kwalunkwe tumuri malinni tal-ġilda jew jekk għandek sistema immuni dgħajfa (immuno-kompromessa) tkun xi tkun il-kawża.

    • Jekk għandek marda ereditarja fil-funzjoni protettiva tal-ġilda bħas-sindrome ta’ Netherton, iktijożi lamellari (formazzjoni estensiva ta’ qoxra fil-ġilda minħabba tħaxxin tas-saff ta’ barra


      41

      tal-ġilda) jew jekk tbati minn eritroderma ġeneralizzata (ħmura infjammatorja u l-ġilda kollha titqaxxar).

    • Jekk għandek Graft Versus Host Disease tal-ġilda (reazzjoni immunitarja tal-ġilda li hija kumplikazzjoni komuni f’pazjenti li għamlu trapjant tal-mudullun.

    • Jekk għandek għoqiedi limfatiċi minfuħin fil-bidu tal-kura. Jekk l-għoqiedi limfatiċi tiegħek jintefħu matul il-kura bi Protopic, kellem lit-tabib tiegħek.

    • Jekk għandek leżjonijiet infettati. Tidlikx l-ingwent fuq leżjonijiet infettati.

    • Jekk tinnota kwalunkwe bidla fid-dehra tal-ġilda tiegħek, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek.

    • Ma jistgħux jinsiltu konklużjonijiet definittivi, iżda abbażi tar-riżultati ta’ studji fit-tul u tal- esperjenza, ma ġietx ikkonfermata rabta bejn il-kura bl-ingwent Protopic u l-iżvilupp ta’ tumuri malinni.

    • Evita li tesponi l-ġilda għall-perjodi twal fid-dawl tax-xemx jew dawl tax-xemx artifiċjali bħal sodod tal-ikkunza. Jekk inti tqatta ħin barra wara l-applikazzjoni Protopic, uża sunscreen u ilbes ilbies laxk li jipproteġi l-ġilda mix-xemx. Barra minn hekk, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir dwar metodi adattati oħra ta’ protezzjoni mix-xemx. Jekk inti preskritt terapija tad-dawl, għarraf lit-tabib tiegħek li qed tuża Protopic għax mhux rakkomandat li tuża Protopic u terapija tad- dawl fl-istess ħin.

    • Jekk it-tabib tiegħek jgħidlek biex tuża Protopic darbtejn fil-ġimgħa biex iżomm id-dermatite atopika tiegħek kklerjati, il-kundizzjoni tiegħek għandha tiġi riveduta mit-tabib tiegħek mill- inqas kull 12-il xahar, anki jekk tibqa’ taħt kontroll. Fit-tfal, trattament ta’ manteniment għandhom jiġu sospiżi wara 12-il xahar, biex tevalwa jekk il-ħtieġa għal trattament kontinwu għadu jeżisti.

    • Huwa rakkomandat li l-ingwent Protopic jintuża bil-qawwa l-iktar baxxa possibli u fl-iktar frekwenza baxxa għall-iqsar perjodu ta’ żmien possibli neċessarju. Din id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata skont l-evalwazzjoni li ssir mit-tabib ta’ kif l-ekżema tirreaġixxi għall-ingwent Protopic.


      Tfal

    • Protopic ingwent mhuwiex approvat għal tfal li għandhom inqas minn sentejn. Għalhekk m’għandux jintuża fi tfal ta’ din l-età. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek.

    • L-effett tal-kura bi Protopic fuq is-sistema immuni tat-tfal li tkun għadha qed tiżviluppa, speċjalment tfal żgħar, ma ġietx stabbilita.


      Mediċini oħra, kosmetiċi u Protopic

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċini oħra.


      Mal-kura ta’ Protopic tista’ tuża xi dlik rinfreskanti jew lozzjonijiet iżda dawn il-prodotti ma għandhomx jintużaw qabel ma jgħaddu sagħtejn minn meta tkun użajt Protopic.


      Ma sarx studju dwar l-użu ta’ Protopic flimkien ma’ preparazzjonijiet oħra għal fuq il-ġilda jew waqt li jittieħdu l-kortikosterojdi (eż. cortisone) mill-ħalq jew mediċini li jistgħu jolqtu s-sistema immunitarja.


      Protopic mal-alkoħol

      Meta tixrob alkoħol waqt li tkun qed tuża Protopic il-ġilda jew il-wiċċ jistgħu jiħmaru u jisħnu.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Protopic fih butylhydroxytoluene (E321)

      Protopic fih butylhydroxytoluene (E321), li jista’ jikkawża reazzjonijiet lokali fil-ġilda (eż. dermatite tal-kuntatt), jew irritazzjoni fl-għajnejn jew fil-membrani mukużi.


      42

  3. Kif għandek tuża Protopic


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    • Idlek Protopic bħala saff irqiq fuq iż-żoni affettwati tal-ġilda tiegħek.

    • Protopic jista’ jintuża fuq il-biċċa l-kbira tal-partijiet tal-ġisem, li jinkludu l-wiċċ u l-għonq u fit-tikmix tal-ġilda fil-minkeb u l-irkoppa.

    • Evita li tuża l-ingwent ġo mnieħrek, ħalqek jew għajnejk. Jekk l-ingwent jidħol f’xi waħda minn dawn iż-żoni, għandu jintmesaħ bir-reqqa u/jew jitlaħlaħ bl-ilma.

    • Tgħattix il-ġilda li tkun qed tiġi kkurata b’xi faxxa jew materjal ieħor.

    • Aħsel idejk wara li tidlek Protopic, ħlief jekk idejk ukoll ikunu qed jiġu ttrattati.

    • Qabel ma tidlek Protopic wara banju jew doċċa, aċċerta ruħek li l-ġilda tiegħek tkun kompletament xotta.


      Tfal (sentejn u akbar)

      Idlek Protopic 0.03% ingwent darbtejn kuljum għal tliet ġimgħat, darba filgħodu u darba filgħaxija. Wara dan iz-żmien imbagħad darba kuljum fuq il-parti marida tal-ġilda sakemm il-ħmura ittaffi.


      Adulti (minn 16-il sena ’l fuq)

      Għall-adulti (minn 16-il sena ’l fuq) Protopic hu disponibbli f’żewġ konċentrazzjonijiet (Protopic 0.03% u Protopic 0.1% ingwent). It-tabib tiegħek jiddeċidi liema aħjar għalik.


      It-trattament tibda s-soltu b’Protopic 0.1% ingwent darbtejn kuljum, darba filgħodu u darba filgħaxija, sakemm il-ħmura ittaffi. It-tabib tiegħek jiddeċidi fuq il-frekwenza tal-użu skont kif ittaffi il-ħmura tal-ġilda jew jista’ jintuża Protopic ingwent ta’ 0.03%.


      Uża t-trattament fuq il-parti marida tal-ġilda sakemm ittaffi l-ħmura. Is-soltu l-ġilda ssir aħjar f’perjodu ta’ ġimgħa. Jekk wara ħmistax ma jkunx hemm tibdil għall-aħjar, kellem lit-tabib biex jara hemmx bżonn ta’ trattament oħra.


      It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tuża ingwent Protopic darbtejn fil-ġimgħa ladarba d-dermatite atopika tiegħek tkun għebet jew kważi għebet (Protopic 0.03% għat-tfal u Protopic 0.1% għall-adulti). L-ingwent Protopic għandu jiġi applikat darba kuljum darbtejn fil-ġimgħa (eż. it-Tnejn u l-Ħamis) fuq partijiet ta’ ġismek li huma affettwati b’mod komuni minn dermatite atopka. Għandu jkun hemm

      2 – 3 ijiem bejn l-applikazzjonijiet, mingħajr kura bi Protopic.

      Jekk is-sintomi jerġgħu jfeġġu, għandek tuża Protopic darbtejn kuljum kif deskritt fuq u għandek tagħmel appuntament mat-tabib tiegħek biex jirrevedi l-kura tiegħek.


      Jekk forsi b’aċċident tibla ftit ingwent

      Jekk tibla xi ftit ingwent b’aċċident, kellem malajr lit-tabib jew l-ispizjar. Tipprovax tirremetti.


      Jekk tinsa tuża Protopic

      Jekk tinsa tuża Protopic fil-ħin li jmissek, użah kif tiftakar u kompli bħas-soltu.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 persuni):

    • sensazzjoni ta’ ħruq u ħakk

      Dawn is-sintomi normalment ikun minn ħfief sa moderati u ġeneralment jgħibu fi żmien ġimgħa minn meta jintuża Protopic.


      43

      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni):

    • ħmura

    • sensazzjoni ta’ sħana

    • uġigħ

    • żieda fis-sensittività tal-ġilda (speċjalment għas-sħana u l-ksieħ)

    • tnemnim tal-ġilda

    • raxx

    • infezzjoni lokali tal-ġilda irrispettivament mill-kawża speċifika li tinkludi iżda mhux limitata għal: follikuli tax-xagħar infjammati jew infettati, infezzjonijiet b’herpes virali (eż. ponot minħabba d-deni, infezzjonijiet ġeneralizzati b’herpes simplex)

    • fwawar tal-wiċċ jew irritazzjoni tal-ġilda wara li tixrob l-alkoħol huma wkoll komuni


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw inqas minn 1 minn kull 100 persuna):

    • akne


      Wara l-kura darbtejn fil-ġimgħa, ġew irrappurtati infezzjonijiet fis-sit tal-applikazzjoni fit-tfal u f’persuni adulti. Impetigo, infezzjoni superfiċjali batterjali tal-ġilda li normalment tipproduċi infafet jew feriti fuq il-ġilda, kienet irrappurtata fit-tfal.


      Rosaċea (ħmura tal-wiċċ), dermatite qisha rosaċea, lentigo (preżenza ta dbabar ċatti u kanella fuq il- ġilda), edema fis-sit minn fejn jingħata u infezzjonijiet tal-Herpes fl-għajnejn ġew irrappurtati matul l- esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

      direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-

      mediċina.


  5. Kif taħżen Protopic


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tubu u ta’ fuq il-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Protopic


44

Kif jidher Protopic u l-kontenut tal-pakkett

Protopic hu ingwent abjad ikanġi fl-isfar li jiġi f’tubi ta’ 10, 30 jew 60 grammi ta’ ingwent. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq. Protopic hu disponibbli f’żewġ konċentrazzjonijiet (Protopic 0.03% u Protopic 0.1% ingwent).


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

LEO Pharma A/S Industriparken 55

2750 Ballerup Id-Danimarka


image

Manifattur

Astellas Ireland Co. Ltd. Killorglin

County Kerry L-Irlanda


LEO Laboratories Ltd. 285 Cashel Road

Crumlin, Dublin 12 L-Irlanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien LEO Pharma N.V./S.A Tél/Tel: +32 3 740 7868

Lietuva

Biocodex UAB

Tel: +370 37 408 681


България

Borola Ltd

Teл.: +359 2 9156 136

Luxembourg/Luxemburg LEO Pharma N.V./S.A Tél/Tel: +32 3 740 7868


Česká republika

LEO Pharma s.r.o. Tel: +420 225 992 272

Magyarország

LEO Pharma

Tel: +36 1 888 0525


Danmark

LEO Pharma AB Tlf: +45 70 22 49 11

Malta

E.J. Busuttil Ltd

Tel: +356 2144 7184


Deutschland

LEO Pharma GmbH Tel: +49 6102 2010

Nederland

LEO Pharma B.V. Tel: +31 205104141


Eesti

Biocodex OÜ

Tel: +372 6 056 014

Norge

LEO Pharma AS Tlf: +47 22514900


Ελλάδα

LEO Pharmaceutical Hellas S.A. Τηλ: +30 210 68 34322

Österreich

LEO Pharma GmbH Tel: +43 1 503 6979


45

España

Laboratorios LEO Pharma, S.A. Tel: +34 93 221 3366

Polska

LEO Pharma Sp. z o.o. Tel: +48 22 244 18 40


France

Laboratoires LEO SA Tél: +33 1 3014 40 00

Portugal

LEO Farmacêuticos Lda. Tel: +351 21 711 0760


Hrvatska

Remedia d.o.o. Tel:+385 1 3778 770

România

LEO Pharma A/S România Tel: +40 213121963


Ireland

LEO Laboratories Ltd Tel: +353 1 490 8924

Slovenija PHARMAGAN d.o.o. Tel: +386 4 2366 700


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika LEO Pharma s.r.o. Tel: +421 2 5939 6236


Italia

LEO Pharma S.p.A. Tel: +39 06 52625500

Suomi/Finland

LEO Pharma Oy

Puh./Tel: +358 20 721 8440


Κύπρος

The Star Medicines Importers Co. Ltd. Τηλ: +357 2537 1056

Sverige

LEO Pharma AB Tel: +46 40 3522 00


Latvija

Biocodex SIA

Tel: +371 6761 9365

United Kingdom (Northern Ireland)

LEO Laboratories Ltd Tel: +44 1844 347333


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’.


.


46