Paġna ewlenija Paġna ewlenija

PegIntron
peginterferon alfa-2b

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


PegIntron 50 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni PegIntron 80 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni PegIntron 100 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni PegIntron 120 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni PegIntron 150 mikrogramma trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni peginterferon alfa-2b


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Ftakar: Jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni “Mediċini oħra” fil-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ ribavirin qabel ma tużah flimkien ma’ din il-mediċina.

- jekk qed tieħu telbivudine. Jekk qed tieħu telbivudine ma’ din il-mediċina jew kwalunkwe tip ta’ prodott interferon li jingħata b’injezzjoni, ir-riskju tiegħek li tiżviluppa newropatija periferali (tnemnim, tingiż u/jew sensazzjonijiet ta’ ħruq fid-dirgħajn u/jew fir-riġlejn) ikun ogħla. Dawn

l-avvenimenti jistgħu jkunu wkoll aktar severi. Għalhekk, m’għandekx tieħu din il-mediċina flimkien ma’ telbivudine.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Tqala

Fi studji fuq annimali waqt it-tqala, interferons xi daqqiet ikkawżaw korriment. L-effett ta’ din il- mediċina fuq it-tqala fil-bniedem mhux magħruf. Tfajliet jew nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw mezz effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt il-kura b’din il-mediċina.


Ribavirin jista’ jagħmel ħafna ħsara lil tarbija mhux imwielda. Għalhekk kemm int kif ukoll is- sieħeb/sieħba tiegħek għandkom tieħdu prekawzjonijiet speċjali fl-attività sesswali jekk ikun hemm xi possibilità li sseħħ tqala.

mill-ewwel. Jekk ma tkunx tista’ tintuża mill-ewwel, is-soluzzjoni tista’ titħalla fi friġġ sa 24 siegħa.


Kif tkejjel id-doża ta’ PegIntron mit-trab rikostitwit għall-injezzjoni

Dawwar il-kunjett u s-siringa ta’ taħt fuq f’id waħda. Aċċerta ruħek li t-tarf tal-labra tkun fis- soluzzjoni rikostitwita ta’ PegIntron. Idek l-oħra tkun ħielsa biex timbotta l-planġer. Iġbed il-planġer bil-mod lura biex tiġbed ftit aktar mid-doża li ordnalek it-tabib fis-siringa.

Żomm is-siringa bil-labra fil-kunjett tħares ’il fuq. Neħħi s-siringa minn mal-labra t-twila u ħalli l- labra fil-kunjett mingħajr ma tmiss it-tarf tas-siringa. Aqbad il-labra l-qasira u waħħalha sew mat-tarf

tas-siringa. Neħħi l-għatu ta’ protezzjoni mil-labra tas-siringa u iċċekkja jekk hemmx bżieżaq tal-arja fis-siringa. Jekk tara xi bżieżaq, iġbed il-planġer ftit lura; tektek is-siringa bil-mod, bil-labra tħares ’il

fuq, sakemm il-bżieżaq ma jibqgħux jidhru. Imbotta l-planġer ’il fuq bil-mod sad-doża t-tajba. Erġa’ poġġi lura l-għatu ta’ protezzjoni tal-labra u poġġi s-siringa bil-labra fuq wiċċ ċatt.


Aċċerta ruħek li s-soluzzjoni tkun ħadet it-temperatura tal-kamra sa 25ºC. Jekk is-soluzzjoni tkun kiesħa, saħħan is-siringa bejn idejk. Ifli sew is-soluzzjoni rikostitwita qabel tagħtiha: tużahiex jekk tara li bidlet il-kulur (bidla mill-kulur oriġinali tas-soluzzjoni) jew jekk ikun fiha xi frak. Issa lest biex tinjetta d-doża.


Kif tinjetta s-soluzzjoni

Agħżel is-sit tal-injezzjoni. L-aħjar postijiet għall-injezzjoni hu tessut li jkun fih saff ta’ xaħam bejn il- ġilda u l-muskoli. Dawn huma l-koxxa, il-parti ta’ barra tal-parti ta’ fuq tad-driegħ (jista’ jkollok

bżonn l-għajnuna ta’ xi ħadd biex tuża dan is-sit) u l-addome (minbarra ż-żokra jew il-qadd). Jekk int

irqiq ħafna, uża biss il-koxxa jew il-parti ta’ barra ta’ dirgħajk għall-injezzjoni.

Ibdel is-sit fejn tagħti l-injezzjoni kull darba.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Naddaf u ddiżinfetta l-ġilda fejn tkun ser tingħata l-injezzjoni. Stenna sakemm iż-żona tinxef. Neħħi l- għatu ta’ protezzjoni tal-labra. B’id waħda, oqros tinja ġilda. Bl-id l-oħra, żomm is-siringa qisek qed iżżomm lapes. Daħħal il-labra fil-ġilda maqrusa f’angolu ta’ madwar 45º. Wara li l-labra tkun iddaħħlet, neħħi l-id li kont qed tuża biex toqros il-ġilda u użaha biex iżżomm it-tubu tas-siringa. Iġbed il-planġer ftit lura b’id waħda. Jekk jiġi d-demm fis-siringa, ifisser li l-labra tkun daħlet ġo kanal tad- demm. Tinjettax f’dan il-post; iġbed il-labra ’l barra u rrepeti l-proċedura. Injetta s-soluzzjoni billi tagħfas il-planġer s’isfel nett bil-mod.

Iġbed il-labra ’l barra bi dritt minn ġol-ġilda. Agħfas is-sit fejn ingħatat l-injezzjoni b’xi faxxa żgħira jew garża sterili jekk ikun hemm bżonn għal diversi sekondi. M’għandekx togħrok il-post fejn ingħatat l-injezzjoni. Jekk joħroġ id-demm, għatti b’faxxa li teħel.

Il-kunjett, l-ampulla u l-materjal tal-injezzjoni li huma intenzjonati biex jintużaw darba biss, għandhom jintremew. Armi s-siringa u l-labar b’mod sigur f’kontenitur magħluq.