Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Stayveer
bosentan monohydrate

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


STAYVEER 62.5 mg pilloli miksija b’rita

bosentan


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu STAYVEER u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu STAYVEER

  3. Kif għandek tieħu STAYVEER

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen STAYVEER

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu STAYVEER u gћalxiex jintuża


    Il-pilloli STAYVEER fihom bosentan, li jimblokka ormon li jseħħ b’mod naturali msejjaħ endothelin- 1 (ET-1), li jġiegħel lill-arterji u l-vini jidjiequ. Għalhekk STAYVEER iġiegħel lill-arterji u l-vini biex jespandu u jagħmel parti mill-klassi ta’ mediċini msejħa “antagonisti tar-riċettur ta’ endothelin”.


    STAYVEER jintuża għall-kura ta’:

    • Pressjoni għolja fl-arterji tal-pulmun (PAH - pulmonary arterial hypertension). PAH hija marda kkaratterizzata minn djuq sever tal-arterji u l-vini fil-pulmun li twassal għal pressjoni għolja fil-arterji u l-vini (l-arterji tal-pulmun) li jġorru d-demm mill-qalb għall-pulmun. Din il- pressjoni tnaqqas l-ammont ta’ ossiġnu li jista’ jidħol fid-demm fil-pulmun, u dan jagħmel l- attività fiżika aktar diffiċli. STAYVEER iwessa’ l-arterji tal-pulmun, u b’hekk ikun aktar faċli għall-qalb biex tippompja d-demm minn ġewwa fihom. Dan ibaxxi l-pressjoni tad-demm u jtaffi s-sintomi.


      STAYVEER jintuża biex jikkura pazjenti b’PAH ta’ klassi III biex itejjeb il-kapaċità li wieħed jagħmel eżerċizzju (il-ħila li twettaq attività fiżika) u s-sintomi. Il-‘klassi’ tirrifletti s-serjetà tal-marda: ‘klassi III’ tinvolvi limitazzjoni sostanzjali tal-attività fiżika. Intwera xi titjib ukoll f’pazjenti b’PAH ta’ klassi II. ‘Klassi II’ tinvolvi limitazzjoni ħafifa ta’ attività fiżika. PAH li għaliha STAYVEER

      huwa indikat tista’ tkun:

    • primarja (bl-ebda kawża identifikata jew familjari);

    • ikkawżata minn skleroderma (imsejħa wkoll sklerosi sistemika, marda fejn ikun hemm tkabbir mhux normali tat-tessut konnettiv li jsostni l-ġilda u organi oħra);

    • ikkawżata minn difetti konġenitali (titwieled bihom) tal-qalb b’shunts (passaġġi mhux normali) li jikkawżaw fluss mhux normali tad-demm mill-qalb u l-pulmun.


    • Ulċeri fis-swaba’: (feriti fis-swaba’ tal-idejn u tas-saqajn) f’pazjenti adulti b’kondizzjoni msejħa skleroderma. STAYVEER inaqqas in-numru ta’ ulċeri ġodda fis-swaba’ tal-idejn u tas- saqajn.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu STAYVEER Tiħux STAYVEER

    • jekk inti allerġiku għal bosentan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6)

    • jekk tbati minn problemi tal-fwied (staqsi lit-tabib tiegħek)

    • jekk int tqila, jew tista’ toħroġ tqila minħabba li m’intix qed tuża metodu ta’ kontraċezzjoni affidabbli. Jekk jogħġbok aqra l-informazzjoni taħt “Kontraċettivi” u “Mediċini oħra u STAYVEER”

    • jekk qed tieħu cyclosporine A (mediċina li tittieħed wara trapjant jew biex tikkura l-psorjasi) Jekk xi wieħed minn dawn jgħodd għalik, għid lit-tabib tiegħek.

      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Testijiet li se jagħmel it-tabib tiegħek qabel il-kura

    • test tad-demm biex jiċċekkja l-funzjoni tal-fwied tiegħek

    • test tad-demm biex jiċċekkja għall-anemija (emoglobina baxxa)

    • test tat-tqala jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila

      Xi pazjenti li jieħdu STAYVEER instabu li għandhom testijiet tal-funzjoni tal-fwied mhux nomali u anemija (emoglobina baxxa).


      Testijiet li t-tabib tiegħek se jagħmel waqt il-kura

      Waqt kura b’STAYVEER, it-tabib tiegħek se jirranġa biex isiru testijiet tad-demm regolari biex jiċċekkja għal bidliet fil-funzjoni tal-fwied u fil-livell tal-emoglobina tiegħek.


      Għal dawn it-testijiet kollha jekk jogħġbok irreferi wkoll għall-Kartuna ta’ Twissija tal-Pazjent (fil- pakkett tiegħek ta’ pilloli STAYVEER). Huwa importanti li tagħmel dawn it-testijiet tad-demm b’mod regolari sakemm tibqa’ tieħu STAYVEER. Nissuġġerixxu li tikteb id-data tal-aktar test reċenti u wkoll tat-test li jmiss tiegħek (staqsi lit-tabib tiegħek għad-data) fuq il-Kartuna ta’ Twissija tal-Pazjent, biex b’hekk tgħinek tiftakar meta għandek it-test li jmiss tiegħek.


      Testijiet tad-demm għall-funzjoni tal-fwied

      Dawn se jsiru kull xahar tul il-kura b’STAYVEER. Wara żieda fid-doża se jsir test ieħor wara ġimagħtejn.


      Testijiet tad-demm għall-anemija

      Dawn se jsiru kull xahar għall-ewwel 4 xhur ta’ kura, wara dan kull 3 xhur, għax pazjenti li qed jieħdu STAYVEER jista’ jkollhom anemija.


      Jekk dawn ir-riżultati ma jkunux normali, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqas id-doża tiegħek jew li jwaqqaf il-kura b’STAYVEER u jwettaq aktar testijiet biex jinvestiġa l-kawża.


      Tfal u adolexxenti

      STAYVEER mhuwiex rakkomandat f’pazjenti pedjatriċi li jbatu minn sklerosi sistemika u mill-marda kronika ta’ ulċeri fis-swaba’. Jekk jogħġbok ara wkoll sezzjoni 3. Kif għandek tieħu STAYVEER.


      Mediċini oħra u STAYVEER

      Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta. B’mod speċjali, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu:

    • cyclosporine A (mediċina li tintuża wara trapjanti u biex tikkura l-psorjasi), li m’għandhiex tintuża flimkien ma’ STAYVEER.

    • sirolimus jew tacrolimus, li huma mediċini wżati wara trapjanti, peress li dawn mhumiex rakkomandati biex jintużaw flimkien ma’ STAYVEER.

    • glibenclamide (mediċina għad-dijabete), rifampicin (mediċina għat-tuberkulosi), fluconazole (mediċina kontra infezzjonijiet mill-fungu), ketoconazole (mediċina biex tittratta s-sindrome ta’ Cushing), jew nevirapine (mediċina għall-HIV), peress li dawn il-mediċini mhumiex

      rakkomandati biex jintużaw flimkien ma’ STAYVEER.

    • mediċini oħra għall-kura tal-infezzjoni tal-HIV, li jistgħu jeħtieġu sorveljanza speċjali jekk jintużaw flimkien ma’ STAYVEER.

    • kontraċettivi ormonali, li mhumiex effettivi bħala metodu uniku ta’ kontraċezzjoni meta inti tieħu STAYVEER. Fil-pakkett tiegħek tal-pilloli STAYVEER se ssib Kartuna ta’ Twissija tal- Pazjent li inti għandek taqra b’attenzjoni. It-tabib u/jew ġinekologu tiegħek se jistabbilixxu liema kontraċezzjoni hija xierqa għalik.

    • mediċini oħra għat-trattament ta’ pressjoni fil-pulmun: sildenafil u tadalafil;

    • warfarina (sustanza antikoagulanti);

    • simvastatin (użat għal trattament ta’ iperkolesterolemija).


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      STAYVEER m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, STAYVEER jista’ jinduċi pressjoni baxxa (tnaqqis fil-pressjoni tiegħek) li tista’

      ġġiegħlek tħossok sturdut, taffettwa l-vista tiegħek u taffettwa l-ħila tiegħek li ssuq u tħaddem magni.

      Għalhekk, jekk tħossok sturdut jew li l-vista tiegħek hija mċajpra waqt li tkun qed tieħu STAYVEER, issuqx u tħaddimx għodda jew magni.


      Nisa ta’ età li jista’ jkollhom it-tfal

      TIĦUX STAYVEER jekk inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija.


      Testijiet tat-tqala

      STAYVEER jista’ jagħmel ħsara lil trabi li għadhom ma tweldux li ġew konċeputi qabel inbdiet il- kura jew waqt il-kura. Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, it-tabib tiegħek se jgħidlek tagħmel test tat- tqala qabel tibda tieħu STAYVEER, u b’mod regolari waqt li tkun qed tieħu STAYVEER.


      Kontraċettivi

      Jekk hemm possibbiltà li toħroġ tqila, uża mezz affidabbli ta’ kontroll tat-twelid (kontraċezzjoni) waqt li tkun qed tieħu STAYVEER. It-tabib jew ġinekologu tiegħek se jagħtuk parir dwar metodi affidabbli ta’ kontraċezzjoni għal waqt li tkun qed tieħu STAYVEER. Peress li STAYVEER jista’ jirrendi l- kontraċezzjoni ormonali (eż. orali, injezzjoni, impjant jew garżi li jipprovdu mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda) mhux effettiva, dan il-metodu waħdu mhux affidabbli. Għalhekk, jekk tuża kontraċettivi ormonali għandek tuża wkoll metodu ta’ barriera (eż., kondom tan-nisa, dijaframma, sponża kontraċettiva jew is-sieħeb tiegħek għandu juża wkoll kondom). Ġewwa l-pakkett tiegħek ta’ pilloli STAYVEER se ssib Kartuna ta’ Twissija tal-Pazjent. Għandek timla din il-kartuna u teħodha lit-tabib tiegħek fil-vista li jmiss biex it-tabib jew ġinekologu jkun jista’ jivvaluta jekk għandekx bżonn metodi ta’ kontraċezzjoni affidabbli addizzjonali jew alternattivi. Jekk għandek età li jista’ jkollok it-tfal huwa rakkomandat li tagħmel test tat-tqala kull xahar waqt li tkun qed tieħu STAYVEER.


      Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk toħroġ tqila waqt li tkun qed tieħu STAYVEER, jew jekk qed tippjana li jkollok tarbija fil-futur qrib.


      Treddigħ

      Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk qed tredda’. Inti avżata biex twaqqaf it-treddigħ jekk tiġi preskritta STAYVEER, għax mhux magħruf jekk din il-mediċina tgħaddix fil-ħalib tas-sider.


      Fertilità

      Jekk inti raġel li tieħu STAYVEER, huwa possibbli li din il-mediċina tista’ tbaxxi l-għadd tal-isperma tiegħek. Ma jistax jiġi eskluż li dan jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek li jkollok it-tfal. Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet jew tħassib dwar din.


      STAYVEER fih sodium

      Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, li tista’ tgħid hija essenzjalment ‘mingħajr sodium’.

  3. Kif għandek tieħu STAYVEER


    Il-kura b’STAYVEER għandha tinbeda u tiġi ssorveljata biss minn tabib li għandu esperjenza fil-kura ta’ PAH jew ta’ sklerosi sistemika. Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    STAYVEER ma’ ikel u xorb

    STAYVEER jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajr ikel.

    Doża rakkomandata Adulti

    Il-kura fl-adulti ġeneralment tinbeda b’62.5 mg darbtejn kuljum (filgħodu u filgħaxija) għall-ewwel 4 ġimgħat, u wara t-tabib tiegħek normalment se jagħtik parir biex tieħu pillola ta’ 125 mg darbtejn

    kuljum, skont kif tirreaġixxi għal STAYVEER.


    Tfal u adolexxenti

    Ir-rakkomandazzjoni tad-doża fit-tfal hija biss għall-PAH. Għat-tfal ta’ sena jew aktar, il-kura b’STAYVEER normalment tinbeda b’2 mg kull kg ta’ piż tal-ġisem darbtejn kuljum (filgħodu u

    filgħaxija). It-tabib tiegħek se jagħtik parir dwar id-dożaġġ tiegħek.


    Jekk għandek l-impressjoni li l-effett ta’ STAYVEER huwa qawwi wisq jew dgħajjef wisq, kellem lit- tabib tiegħek sabiex issir taf jekk id-doża tiegħek għandhiex bżonn tinbidel.


    Kif għandek tieħu STAYVEER

    Il-pilloli għandhom jittieħdu (filgħodu u filgħaxija), u jinbelgħu mal-ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew mingħajr ikel.


    Jekk tieħu STAYVEER aktar milli suppost

    Jekk tieħu STAYVEER aktar milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.


    Jekk tinsa tieħu STAYVEER

    Jekk tinsa tieħu STAYVEER, ħu d-doża malli tiftakar, u mbagħad kompli ħu l-pilloli fil-ħinijiet li suppost. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal pilloli li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu STAYVEER

    Jekk tieqaf tieħu STAYVEER f’daqqa waħda, dan jista’ jwassal biex is-sintomi tiegħek imorru għall- agħar. Tiqafx tieħu STAYVEER ħlief jekk it-tabib tiegħek jgħidlek tagħmel hekk. It-tabib tiegħek

    jista’ jgħidlek biex tnaqqas id-doża fuq medda ta’ ftit jiem qabel ma tieqaf kompletament.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    L-aktar effetti sekondarji serji b’STAYVEER huma

    • Funzjoni tal-fwied mhux normali li tista’ taffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10

    • Anemija (valur tad-demm baxx) li tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 10. Anemija tista’ kultant teħtieġ trasfużjoni tad-demm

      Il-valuri tal-fwied u tad-demm tiegħek se jiġu ssorveljati matul il-kura b’STAYVEER (ara sezzjoni 2). Huwa importanti li inti tagħmel dawn it-testijiet kif ordnat mit-tabib tiegħek.


      Sinjali li l-fwied tiegħek jista’ ma jkunx qed jaħdem sew jinkludu:

    • tqalligħ (tħossok se tirremetti)

    • rimettar

    • deni (temperatura għolja)

    • uġigħ fl-istonku tiegħek (addome)

    • suffejra (il-ġilda jew l-abjad ta’ għajnejk jisfaru)

    • awrina b’kulur skur

    • ħakk fil-ġilda tiegħek

    • letarġija jew għeja (għeja mhux tas-soltu jew tħossok bla saħħa)

    • sindrome tixbah lill-influwenza (uġigħ fil-ġogi u fil-muskoli flimkien ma’ deni) Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sinjali għid lit-tabib tiegħek minnufih

      Effetti sekondarji oħra


      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):


    • Uġigħ ta’ ras

    • Edima (nefħa fis-saqajn u l-għekiesi jew sinjali oħra ta’ żamma ta’ fluwidu)


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):


    • Dehra li għandek fawra jew ħmura tal-ġilda

    • Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva (inkluż infjammazzjoni fil-ġilda, ħakk u raxx)

    • Marda ta’ rifluss gastro-esofagali (rifluss tal-aċidu)

    • Dijarea

    • Sinkope (ħass ħażin)

    • Palpitazzjonijiet (taħbit tal-qalb mgħaġġel jew irregolari)

    • Pressjoni tad-demm baxxa

    • Konġestjoni fl-imnieħer


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):


    • Tromboċitopenija (numru baxx ta’ plejtlits fid-demm)

    • Newtropenija/lewkopenija (għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm)

    • Testijiet tal-funzjoni tal-fwied elevati flimkien ma’ epatite (infjammazzjoni tal-fwied) inkluż il- possibbiltà ta’ aggravar ta’ epatite eżistenti u/jew suffejra (sfurija tal-ġilda jew tal-abjad tal- għajnejn)


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1 000):


    • Anafilassi (reazzjoni allerġika ġenerali), anġjoedima (nefħa, l-aktar komuni madwar l-għajnejn, xofftejn, ilsien jew griżmejn)

    • Ċirrożi (ċikatriċi) tal-fwied, insuffiċjenza tal-fwied (disturb serju fil-funzjoni tal-fwied)


      Vista mċajpra kienet irrappurtata wkoll bi frekwenza mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli).


      Effetti sekondarji fit-tfal u l-adolexxenti

      L-effetti sekondarji li kienu rrappurtati fi tfal ikkurati b’STAYVEER huma l-istess bħal dawk fl-adulti.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

      direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

      effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

  5. Kif taħżen STAYVEER


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara “EXP”. Għall-fliexken bojod tal-polyethylene ta’ densità għolja, uża fi żmien 30 ġurnata wara l-ewwel ftuħ.


    Għall-folji tal-PVC/PE/PVDC/aluminju: Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30C.


    Għall-fliexken bojod tal-polyethylene ta’ densità għolja:

    Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni speċjali għall-ħażna.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih STAYVEER


Kif jidher STAYVEER u l-kontenut tal-pakkett


STAYVEER 62.5 mg, pilloli miksija b’rita huma pilloli, oranġjo-bojod, tondi, miksija b’rita, b’“62.5” fuq naħa minnhom.


Folji ta’ PVC/PE/PVDC/aluminju li fihom 14-il pillola miksija b’rita. Kaxxi tal-kartun fihom 56 jew 112-il pillola miksija b’rita (STAYVEER 62.5 mg pilloli miksija b’rita).


Fliexken bojod magħmula minn polyethylene ta’ densità għolja b’dessikant tas-silika ġell li fihom 56 pillola miksija b’rita. Kaxxi tal-kartun fihom 56 pillola miksija b’rita (STAYVEER 62.5 mg pillola miksija b’rita).

Tiblax id-dessikant.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Janssen-Cilag International NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse Il-Belġju


Manifattur:

Janssen Pharmaceutica NV

Turnhoutseweg 30 B-2340 Beerse

Il-Belġju

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien Janssen-Cilag NV Tel/Tél: +32 14 64 94 11

janssen@jacbe.jnj.com

Lietuva

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Tel: +370 5 278 68 88

lt@its.jnj.com


България

„Джонсън & Джонсън България” ЕООД Тел.: +359 2 489 94 00

jjsafety@its.jnj.com

Luxembourg/Luxemburg

Janssen-Cilag NV Tél/Tel: +32 14 64 94 11

janssen@jacbe.jnj.com


Česká republika Janssen-Cilag s.r.o. Tel: +420 227 012 227

Magyarország Janssen-Cilag Kft. Tel.: +36 1 884 2858

janssenhu@its.jnj.com


Danmark

Janssen-Cilag A/S Tlf: +45 4594 8282

jacdk@its.jnj.com

Malta

AM MANGION LTD Tel: +356 2397 6000


Deutschland

Janssen-Cilag GmbH Tel: +49 2137 955 955

jancil@its.jnj.com

Nederland

Janssen-Cilag B.V. Tel: +31 76 711 1111

janssen@jacnl.jnj.com


Eesti

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal Tel: +372 617 7410

ee@its.jnj.com

Norge

Janssen-Cilag AS Tlf: +47 24 12 65 00

jacno@its.jnj.com


Ελλάδα

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε. Tηλ: +30 210 80 90 000

Österreich

Janssen-Cilag Pharma GmbH Tel: +43 1 610 300


España

Janssen-Cilag, S.A. Tel: +34 91 722 81 00

contacto@its.jnj.com

Polska

Janssen-Cilag Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 237 60 00


France

Janssen-Cilag

Tél: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

medisource@its.jnj.com

Portugal

Janssen-Cilag Farmacêutica, Lda. Tel: +351 214 368 600


Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o. Tel: +385 1 6610 700

jjsafety@JNJCR.JNJ.com

România

Johnson & Johnson România SRL Tel: +40 21 207 1800


Ireland

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +353 1 800 709 122

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Tel: +386 1 401 18 00

Janssen_safety_slo@its.jnj.com

Ísland

Janssen-Cilag AB c/o Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

janssen@vistor.is

Slovenská republika Johnson & Johnson, s.r.o. Tel: +421 232 408 400


Italia

Janssen-Cilag SpA

Tel: 800.688.777 / +39 02 2510 1

janssenita@its.jnj.com

Suomi/Finland

Janssen-Cilag Oy

Puh/Tel: +358 207 531 300

jacfi@its.jnj.com


Κύπρος

Βαρνάβας Χατζηπαναγής Λτδ Τηλ: +357 22 207 700

Sverige

Janssen-Cilag AB Tfn: +46 8 626 50 00

jacse@its.jnj.com


Latvija

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā Tel: +371 678 93561

lv@its.jnj.com

United Kingdom (Northern Ireland)

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +44 1 494 567 444


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


/