Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Votubia
everolimus

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Votubia 2.5 mg pilloli Votubia 5 mg pilloli Votubia 10 mg pilloli everolimus


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Votubia u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Votubia

  3. Kif għandek tieħu Votubia

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Votubia

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Votubia u gћalxiex jintuża


    Votubia huwa mediċina għal kontra t-tumur li tista’ żżomm ċerti ċelluli fil-ġisem milli jikbru. Fih sustanza attiva msejħa everolimus li tista’ tnaqqas id-daqs ta’ tumuri tal-kliewi msejħa anġjomijolipoma renali u t-tumuri fil-moħħ imsejħa astroċitomi subependimali b’ċellula ġganta (SEGA). Dawn it-tumuri jinħolqu minħabba disturb ġenetiku msejjaħ kumpless sklerożi tuberożi (TSC).


    Il-pilloli Votubia jintużaw biex jittrattaw:

    • TSC b’anġjomijolipoma renali f’adulti li ma jeħtiġux operazzjoni immedjata.

    • SEGA assoċjata ma’ TSC f’adulti u tfal li fil-każ tagħhom ma jistgħux ikunu operati.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Votubia


    Jekk qed tingħata trattament għal TSC b’anġjomijolipoma renali, Votubia se jingħatalek biss minn tabib bl-esperjenza fit-trattament ta’ pazjenti b’TSC.


    Jekk int qed tingħata trattament għal SEGA assoċjata ma’ TSC, Votubia jingħata biss minn tabib li għandu l-esperjenza fit-trattament ta' pazjenti b'SEGA u li għandu aċċess għat-testijiet tad-demm li se jkejlu kemm hemm Votubia fid-demm tiegħek.


    Segwi b’attenzjoni l-istruzzjonijiet kollha tat-tabib. Huma jistgħu ma jaqblux mal-informazzjoni ġenerali li hawn f’dan il-fuljett. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar Votubia jew inkella dwar għala ngħatalek, staqsi lit-tabib tiegħek.


    Tiħux Votubia

    • jekk inti allerġiku għal everolimus, għal sustanzi relatati miegħu bħal sirolimus jew temsirolimus, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

      Jekk kellek reazzjonijiet allerġiċi, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir.

      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Votubia:

    • jekk inti għandek xi problemi bil-fwied jew jekk inti qatt kellek xi marda li setgħet affettwatlek il-fwied. Jekk dan huwa l-każ, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jippreskrivi doża differenti ta’ Votubia jew waqqaf it-trattament, jew għal żmien qasir jew għal kollox.

    • jekk inti għandek id-dijabete (livell għoli ta’ zokkor fid-demm tiegħek). Votubia jista’ jżid

      il-livelli taz-zokkor fid-demm u jiggrava d-dijabete mellitus. Dan jista’jwassal li jkollok bżonn ta’ insulina u/jew ta’ terapija b'mezzi oħra kontra d-dijabete. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed

      ikollok għatx esaġerat jew jekk qed tgħaddi awrina aktar spiss.

    • jekk inti għandek bżonn tigħata xi tilqima waqt li tkun qed tieħu Votubia minħabba li t-tilqima tista’ tkun anqas effettiva. F’każ ta’ tfal b'SEGA, hu importanti li ssir diskussjoni mat-tabib dwar il-programm ta’ tilqim għat-tfal qabel it-trattament b'Votubia.

    • jekk inti għandek livell għoli ta’ kolesterol. Votubia jista’ jgħolli l-kolesterol u/jew xaħmijiet oħrajn fid-demm.

    • jekk inti għadek kemm għamilt operazzjoni serja, jew jekk għad għandek ferita minħabba

      l-operazzjoni u li għadha ma feqitx. Votubia jista’ jżid ir-riskju li jkun hemm problema biex ifiequ l-feriti.

    • jekk għandek xi infezzjoni. Jista’ jkun neċċessarju li titratta l-infezzjoni tiegħek qabel ma tibda Votubia.

    • jekk xi darba kellek l-epatite B, minħabba li din tista’ terġa’ sseħħ mill-ġdid waqt il-kura b’Votubia (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”).

    • jekk irċevejt jew wasalt biex tirċievi terapija bir-radjazzjoni.


      Votubia jista’ wkoll:

    • jikkawża ulċeri fil-ħalq (ulċerazzjoni orali).

    • idgħajjef is-sistema immunitarja tiegħek. Għaldaqstant, tista’ tkun f’riskju li tieħu xi infezzjoni waqt li qed tieħu Votubia. Jekk għandek id-deni jew sinjali oħrajn ta’ infezzjoni, kellem lit-tabib tiegħek. Xi infezzjonijiet jistgħu jkunu severi u jista’ jkollhom konsegwenzi fatali fl-adulti u

      t-tfal.

    • jaffettwa l-funzjoni tal-kliewi. Għaldaqstant, it-tabib se josserva l-funzjoni tal-kliewi inti u tieħu Votubia.

    • iwassal għal qtugħ ta’ nifs, sogħla jew deni (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”).

    • jikkawża kumplikazzjonijiet mit-terapija bir-radjazzjoni. Kumplikazzjonijiet severi mir- radjuterapija (bħal qtugħ ta’ nifs, dardir, dijarea, raxx tal-ġilda u wġigħ fil-ħalq, il-ħanek u l-

      griżmejn), inkluż każijiet fatali, li kienu osservati f’xi pazjenti li kienu qed jieħdu everolimus fl- istess żmien bħala terapija bir-radjazzjoni jew li kienu qed jieħdu everolimus ftit wara li kellhom

      terapija bir-radjazzjoni. Barra dan, kien irrappurtat l-hekk imsejjaħ sindrome ta’ recall għar- radjazzjoni (inkluż ħmura fil-ġilda jew infjammazzjoni tal-pulmun fil-post fejn kienet ingħatat

      terapija bir-radjazzjoni) kienu rrapportati f’pazjenti li kellhom terapija bir-radjazzjoni fil-passat. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tippjana li jkollok terapija bir-radjazzjoni fil-futur qrib, jew jekk kellek terapija bir-radjazzjoni qabel.


      Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk qed tbati minn dawn is-sintomi.


      Inti se jkollok testijiet tad-demm qabel u minn żmien għal żmien waqt il-kura. Dawn se jiċċekkjaw

      l-ammont ta’ ċelluli tad-demm (ċelluli bojod tad-demm, ċelluli ħomor tad-demm u plejtlits) fil-ġisem tiegħek biex tara jekk Votubia huwiex qed ikollu effett mhux mixtieq fuq dawn iċ-ċelluli. Testijiet

      oħra tad-demm jistgħu jsiru wkoll biex tiġi ċċekkjata l-funzjoni tal-kliewi tiegħek (livelli

      tal-kreatinina, nitroġenu tal-urea tad-demm jew proteini urinarji), il-funzjoni tal-fwied (livell

      tat-transaminasi) u l-livelli taz-zokkor u tal-lipidi fid-demm. Dan minħabba li dawn jistgħu wkoll jiġu affettwati minn Votubia.


      Jekk tingħata Votuba għat-trattament ta’ SEGA assoċjata ma’ TSC, huwa meħtieġ ukoll li jsiru

      testijiet regolari tad-demm biex jitkejjel l-ammont ta’ Votubia fid-demm tiegħek minħabba li dan jista’ jgħin lit-tabib tiegħek jiddeċiedi kemm għandek bżonn tieħu Votubia.

      Tfal u adolexxenti

      Votubia jista’ jintuża fi tfal u adolexxenti b’SEGA assoċjata ma’ TSC.


      Votubia m’għandux jintuża fi tfal jew adoloxxenti b’TSC li għandhom anġjomijolipoma renali fin-nuqqas ta’ SEGA, minħabba li għadu ma ġiex studjat f’dawn il-pazjenti.


      Mediċini oħra u Votubia

      Votubia jista’ jaffettwa l-mod li bih jaħdmu xi mediċini oħra. Jekk inti qed tieħu mediċini oħra fl-istess waqt ta’ Votubia, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża ta’ Votubia jew

      tal-mediċini l-oħra.

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dawn li ġejjin jistgħu jżidu r-riskju li jkun hemm effetti sekondarji b’Votubia:

    • ketoconazole, itraconazole, voriconazole, jew fluconazole u mediċini oħra kontra l-fungu li

      jintużaw biex jikkuraw infezzjonijiet tal-fungu.

    • clarithromycin, telithromycin jew erythromycin, antibijotiċi li jintużaw biex jikkuraw infezzjonijiet tal-batterji.

    • ritonavir, u mediċini oħrajn li jintużaw biex jikkuraw infezzjoni HIV/AIDS.

    • verapamil jew diltiazem, li jintużaw biex jikkuraw kundizzjonijiet tal-qalb jew pressjoni għolja.

    • dronedarone, medicina li tintuża biex tirregola it-taħbit tal-qalb.

    • ciclosporin, mediċina użata biex twaqqaf lill-ġisem milli jirriġetta trapjanti tal-organi.

    • imatinib, użat biex jimpedixxi l-iżvilupp ta’ ċelluli abnormali.

    • inibituri tal-enzima li tikkonverti l-anġjotensin (ACE) (bħal ramipril) użati sabiex jittrattaw il-pressjoni għolja jew problemi oħra kardjovaskulari.

    • cannabidiol (użi, fost oħrajn, jinkludu t-trattament ta’ aċċessjonijiet).


      Dawn li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effettività ta’ Votubia:

    • rifampicin, li jintuża biex jikkura t-tuberkulożi (TB).

    • efavirenz jew nevirapine, li jintużaw biex jikkuraw infezzjoni HIV/AIDS.

    • St. John’s wort (Hypericum perforatum), prodott tal-ħxejjex li jintuża biex jikkura d-depressjoni u kundizzjonijiet oħra.

    • dexamethasone, kortikosterojda użata biex jikkuraw firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet inkluż problemi infjammatorji jew immuni.

    • phenytoin, carbamazepine jew phenobarbital u mediċini oħra kontra l-epilessija li jintużaw biex iwaqqfu aċċessjonijiet jew attakki ta’ epilessija.


      Il-mediċini kollha mniżżla hawn fuq għandhom jiġu evitati waqt kura b’Votubia. Jekk inti qed tieħu kwalunkwe waħda minnhom, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik mediċina differenti, jew jista’ jbiddillek id-doża li għandek ta’ Votubia.


      Jekk qed tieħu mediċini għal kontra l-aċċessjonijiet, bidla fid-doża tal-mediċina għal kontra

      l-aċċessjonijiet (żieda jew tnaqqis) tista’ twassal għall-ħtieġa ta’ bidla fid-doża ta’ Votubia. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi dan. Jekk id-doża tal-mediċina tiegħek għal kontra l-aċċessjonijiet tinbidel, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek.


      Votubia ma’ ikel u xorb

      Inti m’għandekx tiekol grejpfrut jew tixrob meraq tal-grejpfrut waqt it-trattament tiegħek b’Votubia. Dan jista' jżid l-ammont ta’ Votubia fid-demm tiegħek, potenzjalment ghall-livelli perikolużi.

      Tqala, treddigħ u fertilità

      Tqala

      Votubia jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx u mhuwiex irrakkomandat waqt it-tqala. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li tista’ tkun tqila.


      Nisa li jistgħu joħorġu tqal iridu jużaw kontraċezzjoni mill-aktar effettiva waqt il-kura, u sa 8 ġimgħa wara t-tmiem tat-trattament. Jekk, minkejja dawn il-miżuri, inti taħseb li stajt ħriġt tqila, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir qabel ma tieħu aktar Votubia.


      Treddigħ

      Votubia jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li qed titredda’. M’għandekx tredda’ waqt il-kura u għal ġimagħtejn wara l-aħħar doża ta’ Votubia. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’.


      Fertilità

      Votubia jista’ jaffettwa l-fertilità fl-irġiel u n-nisa. Kellem lit-tabib tiegħek jekk tixtieq li jkollok it-tfal.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Jekk tħossok għajjien/a b’mod mhux tas-soltu (l-għeja hija effett sekondarju komuni), oqgħod attent/a meta ssuq jew tħaddem magni.


      Votubia fih il-lactose

      Votubia fih il-lactose (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta' zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


  3. Kif gћandek tieћu Votubia


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Votubia jeżisti bħala pilloli u pilloli li jinxterdu. Dejjem ħu l-pilloli biss jew il-pilloli li jinxterdu biss, u qatt m’għandek tħallathom flimkien. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu Votubia

    Jekk qed tingħata Votubia għat-trattament ta’ TSC b’anġjomijolipoma renali, id-doża tas-soltu hi ta’ 10 mg, li trid tittieħed darba kuljum.


    It-tabib tiegħek jista’ jirrakkomanda doża ogħla jew aktar baxxa skont il-ħtiġijiet tat-trattament individwali, ngħidu aħna jekk għandek problemi bil-fwied tiegħek jew jekk qed tieħu ċerti mediċini oħrajn barra Votubia.


    Jekk qed tieħu Votubia għat-trattament ta’ TSC b’SEGA, it-tabib tiegħek se jiddetermina d-doża ta’ Votubia li teħtieġ tieħu u dan skont:

    • l-età tiegħek

    • il-piż tiegħek

    • kemm hu b’saħħtu l-fwied tiegħek

    • il-mediċini l-oħrajn li qed tieħu.


      Isirulek testijiet tad-demm waqt it-trattament b’Votubia. Dan sabiex jitkejjel l-ammont ta’ Votubia fid-demm tiegħek u tinstab l-aħjar doża għalik kuljum.


      Jekk inti qed tħoss ċerti effetti sekondarji (ara sezzjoni 4) waqt li inti tkun qed tieħu Votubia, it-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża jew iwaqqaf il-kura, għal żmien qasir jew għal kollox.

      Kif għandek tieħu din il-mediċina

    • Ħu l-pilloli Votubia darba kuljum.

    • Ħudhom fl-istess ħin kuljum.

    • Tista’ toħodhom kemm mal-ikel jew mingħajr, imma jeħtieġ li tagħmel dan bl-istess mod kuljum.


      Ibla’ l-pillolai sħiħa ma’ tazza ilma. Tomgħodx u tfarrakx il-pilloli. Jekk qed tieħu l-pilloli Votubia għat-trattament ta’ TSC b’SEGA u jekk ma tistax tibla l-pilloli sħaħ, tista’ tħollhom f’tazza bl-ilma:

    • Itfa’ l-ammont ta’ pilloli meħtieġa f’tazza bl-ilma (madwar 30 ml).

    • Ħawwad bil-mod il-kontenut fit-tazza sakemm il-pilloli titfarrak (jitfarrku) (madwar 7 minuti) u wara ixrob il-kontenut minnufih.

    • Erġa’ imla t-tazza bl-istess ammont ta' ilma (madwar 30 ml), ħawwad bi-mod l-kontenut li fadal u ixrob l-ammont sħiħ biex tkun ċert li ħadt id-doża sħiħa tal-pilloli Votubia.

    • Jekk meħtieġ, ixrob aktar ilma biex tlaħlaħ kull fdal li jifdal f’ħalqek.


      Tagħrif speċjali għal dawk li jipprovdu l-kura

      Nissuġġerixxu lil dawk li jipprovdu l-kura sabiex jevitaw kuntatt mas-sospensjonijiet tal-pilloli Votubia. Aħsel idejk sew qabel tħejji u wara li tħejji s-sospensjoni.


      Jekk tieħu Votubia aktar milli suppost

    • Jekk ħadt iż-żejjed Votubia, jew jekk xi ħaddieħor jieħu l-pilloli tiegħek bi żball, ara tabib jew mur l-isptar minnufih. Tista’ tkun meħtieġa kura urġenti.

    • Ħu l-kaxxa u dan il-fuljett biex it-tabib ikun jaf xi tkun ħadt.


      Jekk tinsa tieħu Votubia

      Jekk tinsa tieħu doża, ħu d-doża li jkun imiss kif skedat. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Votubia

      Tiqafx tieħu l-pilloli Votubia sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    WAQQAF it-teħid ta’ Votubia u fittex għajnuna medika immedjatament jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek ikollhom xi wieħed mis-sinjali ta’ reazzjoni allerġika li ġejjin:

    • diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’

    • nefħa fil-wiċċ, xufftejn, ilsien jew griżmejn (sinjali ta’ anġjoedima)

    • ħakk sever tal-ġilda, b’raxx aħmar jew b’ponot imqabbża


    Effetti sekondarji serji ta’ Votubia jinkludu:


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

    • Deni, sogħla, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir (sinjali ta’ infjammazzjoni tal-pulmun minħabba infezzjoni, magħrufa wkoll bħala pulmonite)

    • Nefħa, sensazzjoni ta’ toqla jew għafis, uġigħ, mobilità limitata ta’ partijiet tal-ġisem (dan jista’ jseħħ f’kull parti tal-ġisem u huwa sinjal potenzjali ta’ akkumulazzjoni mhux normali ta’ fluwidu fit-tessut l-artab minħabba sadd fis-sistema limfatika, magħrufa wkoll bħala limfoedima)

    • Raxx, ħakk, urtikarja, diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, sturdament (sinjali ta’ reazzjoni allerġika serja, magħrufa wkoll bħala sensittività eċċessiva)

    • Deni, sogħla, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir (sinjali ta’ infjammazzjoni tal-pulmun, magħrufa wkoll bħala pulmonite)


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • Raxx ta’ nfafet żgħar mimlija b’likwidu, li jidhru fuq ġilda ħamra (sinjali ta’ infezzjoni kkawżata minn virus li potenzjalment tista’ tkun severa, magħruf ukoll bħala herpes zoster)

    • Deni, tertir, nifs u rata tat-taħbit tal-qalb mgħaġġla, raxx, u possibbilment konfużjoni u diżorjentament (sinjali ta’ infezzjoni serja, magħrufa wkoll bħala sepsi)


      Jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji, għid lit-tabib tiegħek immedjatament għax dan jista’ jkollu konsegwenzi fatali.


      Effetti sekondarji possibli oħra ta’ Votubia jinkludu:


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

    • Infezzjoni tal-passaġġ respiratorju ta’ fuq

    • Uġigħ fil-griżmejn u imnieħer iqattar (nażofarinġite)

    • Uġigħ ta’ ras, pressjoni fl-għajnejn, imnieħer jew fiż-żona tal-ħaddejn (sinjali ta’ infjammazzjoni tas-sinusis u passaġġi fl-imnieħer, magħrufa wkoll bħala sinożite)

    • Infezzjoni fl-apparat tal-awrina

    • Livell għoli ta’ lipidi (xaħmijiet) fid-demm (iperkolesterolimja)

    • Tnaqqis fl-aptit

    • Uġigħ ta’ ras

    • Sogħla

    • Ulċeri fil-ħalq

    • Dijarrea

    • Rimettar

    • Akne

    • Raxx fil-ġilda

    • Tħossok għajjien

    • Deni

    • Disturbi fil-mestrwazzjoni bħal nuqqas ta’ periods (amenorrea) jew periods irregolari

    • Uġigħ fil-griżmejn (farinġite)

    • Uġigħ ta’ ras, sturdament, sinjali ta’ pressjoni għolja

    • Infezzjoni fil-parti tan-nofs tal-widna

    • Ħniek minfuħin u li jnixxu d-demm (sinjali ta’ infjammazzjoni tal-ħanek, magħrufa wkoll bħala ġinġivite)

    • Infjammazzjoni fil-ġilda (ċellulite)

    • Livell għoli ta’ lipidi (xaħmijiet) fid-demm (iperlipidimja, żieda fit-trigliċeridi)

    • Livell baxx ta’ fosfat fid-demm (ipofosfatemija)

    • Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija)

    • Għeja, qtugħ ta’ nifs, sturdament, ġilda pallida (sinjali ta’ livell baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm, magħrufa wkoll bħala anemija)

    • Deni, uġigħ fil-griżmejn jew ulċeri fil-ħalq minħabba infezzjonijiet (sinjali ta’ livell baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm, magħrufa wkoll bħala lewkopenija, limfopenija, newtropenija)

    • Fsada jew tbenġil spontanju (sinjali ta’ livell baxx ta’ plejtlits, magħrufa wkoll bħala tromboċitopenija)

    • Uġigħ fil-ħalq

    • Fsada mill-imnieħer (epistassi)

    • Stonku mhux f’postu bħal tħossok imdardar (dardir)

    • Uġigħ addominali

    • Uġigħ sever fil-parti t’isfel tal-addome u tal-pelvi li jista’ jkun qawwi, b’irregolaritajiet mestrwali (ċesta fl-ovarji)

    • Ammont eċċessiv ta’ gass fl-imsaren (gass)

    • Konstipazzjoni

    • Uġigħ addominali, dardir, rimettar, dijarea, nefħa u okkupazzjoni fl-addome (sinjali ta’ infjammazzjoni tal-rita tal-istonku, magħrufa wkoll bħala gastrite jew gastroenterite virali)

    • Ġilda xotta, ħakk (prurite)

    • Kondizzjoni ta’ infjammazzjoni fil-ġilda kkaratterizzata minn ħmura, ħakk, u ċesti mimlija b’likwidu li jnixxu li jiffurmaw qoxra jew jibbiesu (dermatite akneiform)

    • Twaqqigħ tax-xagħar (allopeċja)

    • Proteini fl-awrina

    • Disturbi fil-mestrwazzjoni bħal periods qawwija (menorraġija), jew fsada vaġinali

    • Diffikultà biex torqod (insomnja)

    • Irritabbiltà

    • Aggressjoni

    • Livell għoli ta’ enzima msejjaħ lactate dehydrogenase fid-demm li jagħti informazzjoni dwar is-saħħa ta’ ċerti organi

    • Livell għoli tal-ormon li jibda’ l-ovulazzjoni (żieda tal-ormon li jillutenizza fid-demm)

    • Telf tal-piż


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • Spażmi fil-muskoli, deni, awrina ħamra fil-kannella li jistgħu jkunu sintomi ta’ disturb muskulari (rabdomijoli)

    • Sogħla bil-bili, uġigħ fis-sider, deni (sinjali ta’ infjammazzjoni tal-passaġġi tal-arja, magħrufa wkoll bħala bronkite virali)

    • Sens ta’ tegħim disturbat (diżgweżja)

    • Disturbi fil-mestrwazzjoni bħal ittardjar tal-periods

    • Livell ogħla tal-ormon riproduttiv tan-nisa (żieda tal-ormon li jistimula l-follikoli fid-demm)


      Mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli)

    • Radjazzjoni fis-sit ta’ terapija bir-radjazzjoni preċedenti, eż. ħmura fil-ġilda jew infjammazzjoni tal-pulmun (l-hekk imsejjaħ sindrome ta’ recall tar-radjazzjoni)

    • Aggravazzjoni tal-effetti sekondarji mit-trattament tar-radjazzjoni


      Jekk dawn l-effetti sekondarji jaggravaw jekk jogħġbok għid lit-tabib u/jew lill-ispiżjar tiegħek. Il-biċċa l-kbira tal-effetti sekondarji huma ħfief sa moderati u ġeneralment jgħaddu jekk il-kura tiegħek tiġi nterrotta għal ftit jiem.

      L-effetti sekondarji li ġejjin ġew irrappurtati f’pazjenti mogħtija everolimus għat-trattament ta’ kundizzjonijiet minn barra TSC:

    • Disturbi fil-kliewi: tibdil fil-frekwenza jew nuqqas ta’ awrina jistgħu jkunu sintomi ta’ kollass tal-kliewi u kienu osservati f’xi pazjenti mogħtija everolimus. Sintomi oħrajn jistgħu jinkludu tibdil fit-test tal-funzjoni tal-kliewi (żieda fil-kreatinina).

    • Sintomi ta’ kollass tal-qalb bħal qtugħ ta’ nifs, diffikultà biex tieħu n-nifs meta timtedd, nefħa tas-saqajn jew ir-riġlejn

    • Imblukkar jew sadd tal-vini tad-demm fir-riġlejn (trombożi tal-vini profonda). Is-sintomi jistgħu jinkludu nefħa u/jew uġigħ f’wieħed minn riġlejk, normalment fil-pexxun, ġilda ħamra jew sħuna fil-partijiet affettwati

    • Problemi biex jitfejqu l-feriti

    • Livelli għolja ta' zokkor fid-demm (ipergliċemija)


      Ġiet osservata attivazzjoni mill-ġdid tal-epatite B f’xi pazjenti li kienu qed jieħdu everolimus. Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok xi sintomi ta’ epatite B waqt il-kura tiegħek b’everolimus. L-ewwel sintomi jistgħu jinkludu deni, raxx fil-ġilda, uġigħ fil-ġogi u infjammazzjoni. Sintomi oħra jistgħu

      jinkludu għeja, telf tal-aptit, dardir, suffejra (tisfar il-ġilda), u uġigħ ta’ żaqq in-naħa tal-lemin ta’ fuq. Ippurgar ċar jew awrina skura jistgħu wkoll ikunu sinjali tal-epatite.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

      direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din

      il-mediċina.


  5. Kif taħżen Votubia


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew fuq il-folja.

      Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25C.

    • Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdità.

    • Iftaħ il-folja eżatt qabel ma tieħu l-pilloli Votubia.

    • Tużax din il-mediċina jekk il-pakkett ikollu ħsara jew juri sinjali li nfetaħ.


      Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fihom il-pilloli Votubia

Kif jidhru l-pilloli Votubia u l-kontenut tal-pakkett

Votubia 2.5 mg pilloli huma minn bojod sa kemxejn sofor, tawwalin. Huma mnaqqxin b’“LCL” fuq naħa waħda u b’“NVR” fuq in-naħa l-oħra.

Votubia 5 mg pilloli huma minn bojod sa kemxejn sofor, tawwalin. Huma mnaqqxin b’“5” fuq naħa waħda u b’“NVR” fuq in-naħa l-oħra.

Votubia 10 mg pilloli huma minn bojod sa kemxejn sofor, tawwalin. Huma mnaqqxin b’“UHE” fuq naħa waħda u b’“NVR” fuq in-naħa l-oħra.


Il-pilloli Votubia 2.5 mg huma disponibbli f'pakketti li fihom 10 x 1, 30 x 1 jew 100 x 1 pillola f’folji mtaqqbin ta’ doża waħda ta’ 10 x 1 pillola kull waħda.

Il-pilloli Votubia 5 mg huma disponibbli f’pakketti li fihom 30 x 1 jew 100 x 1 pillola f’folji mtaqqbin ta’ doża waħda ta’ 10 x 1 pillola kull waħda.

Il-pilloli Votubia 10 mg huma disponibbli f’pakketti li fihom10 x 1, 30 x 1 jew 100 x 1 pillola f’folji

mtaqqbin ta’ doża waħda ta’ 10 x 1 pillola kull waħda.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet jew il-qawwiet kollha jkunu fis-suq f’pajjiżek.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited Vista Building

Elm Park, Merrion Road Dublin 4

L-Irlanda


Manifattur

Novartis Farmacéutica SA

Gran Via de les Corts Catalanes, 764 08013 Barcelona

Spanja


Novartis Pharma GmbH Roonstraße 25

D-90429 Norimberga Il-Ġermanja


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Lietuva

SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas Tel: +370 5 269 16 50


България

Novartis Bulgaria EOOD Тел.: +359 2 489 98 28

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Magyarország Novartis Hungária Kft. Tel.: +36 1 457 65 00


Danmark

Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00

Malta

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 26 37 82 555


Eesti

SIA Novartis Baltics Eesti filiaal Tel: +372 66 30 810

Norge

Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12

Österreich

Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570


España

Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888


France

Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600


Hrvatska

Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220

România

Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01


Ireland

Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Novartis Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5542 5439


Italia

Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200


Κύπρος

Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070

United Kingdom (Northern Ireland)

Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


u