Paġna ewlenija Paġna ewlenija

BeneFIX
nonacog alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


BeneFIX 250 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni BeneFIX 500 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni BeneFIX 1000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni BeneFIX 1500 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni BeneFIX 2000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni BeneFIX 3000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni nonacog alfa (fattur IX tal-koagulazzjoni rikombinanti)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



Mediċini oħra u BeneFIX


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Tqala u treddigħ


Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, inti għandek tieħu BeneFIX biss wara struzzjonijiet speċifiċi tat-tabib tiegħek. Mhux magħruf jekk BeneFIX jistax jagħmel ħsara lit-tarbija mhux imwielda meta jingħata lil nisa tqal. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik il- parir li twaqqaf il-kura b’BeneFIX jekk inti qiegħda tredda’ jew tinqabad tqila.


Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Sewqan u tħaddim ta’ magni


BeneFIX m’għandu l-ebda effett fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.


BeneFIX fih sodium


Wara r-rikostituzzjoni, BeneFIX fih 0.2 mmol sodium (4.6 mg) f’kull kunjett, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’. Minkejja dan, tista’ tingħata diversi kunjetti, skont il-piż tal-ġisem tiegħek u skont id-doża tiegħek ta’ BeneFIX. Dan għandu jiġi kkunsidrat jekk qiegħed fuq dieta baxxa mill- melħ.


  1. Kif għandek tieħu BeneFIX


Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


It-tabib tiegħek jiddeċiedi d-doża ta’ BeneFIX li inti se tieħu. Id-doża u t-tul ta’ żmien se jiddependu fuq il-bżonnijiet individwali tiegħek għat-terapija ta’ sostituzzjoni tal-fattur IX u kemm ġismek juża malajr il-fattur IX, li se jiġu ċċekkjati regolarment. Tista’ tinnota differenza fid-doża li tirċievi jekk qed tibdel minn fattur IX derivat mill-plażma għal BeneFIX.


It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li matul il-kura, jibdillek id-doża ta’ BeneFIX li qed tieħu.


Rikostituzzjoni u għoti


Il-proċeduri ta’ hawn taħt qed jingħataw bħala għajnuna għar-rikostituzzjoni u l-għoti ta’ BeneFIX. Il- pazjenti għandhom isegwu il-proċeduri speċifiċi ta’ titqib ġol-vina pprovduti mit-tabib tagħhom.


BeneFIX jingħata permezz ta’ infużjoni fil-vina (ġol-vina) wara r-rikostituzzjoni tat-trab għall- injezzjoni bis-solvent fornut (soluzzjoni ta' sodium chloride (melħ)) fis-siringa mimlija għal-lest.


Dejjem aħsel idejk qabel ma tibda dawn il-proċeduri li ġejjin. Waqt il-proċedura ta’ rikostituzzjoni, għandha tintuża teknika asettika (jiġifieri nadifa u mingħajr mikrobi).


Rikostituzzjoni:


BeneFIX se jingħata permezz ta’ infużjoni ġol-vina (IV) wara rikostituzzjoni b’solvent sterili għall- injezzjoni.


  1. Ħalli l-kunjett ta' BeneFIX lijofilizzat (imnixxef-iffriżat) u s-siringa mimlija għal-lest biex jilħqu t-temperatura tal-kamra.

  2. Neħħi l-għatu flip-top tal-plastik mill-kunjett ta' BeneFIX biex tikxef il-parti ċentrali tat-tapp tal-lastku.


    image


  3. Imsaħ il-parti ta’ fuq tal-fjala bil-biċċa li tnaddaf bl-alkoħol ipprovduta, jew uża soluzzjoni antisettika oħra, u ħalliha tinxef. Wara li tnaddaf, tmissx it-tapp tal-lastku b'idejk u tħallihx imiss ma' kwalunkwe wiċċ.


  4. Qaxxar lura l-għatu mill-pakkett ta' l-adapter tal-kunjett tal-plastik ċar. Tneħħix l-adapter mill- pakkett.


  5. Poġġi l-kunjett fuq wiċċ ċatt. Filwaqt li żżomm l-adapter fil-pakkett, poġġi l-adapter tal-kunjett fuq il-kunjett. Agħfas 'l isfel b'mod sod fuq il-pakkett sakemm l-adapter jikklikkja fil-post fin- naħa ta' fuq tal-kunjett, bil-ponta ta' l-adapter li tippenetra l-għatu tal-kunjett.


    image


  6. Erfa' l-pakkett lilhemm mill-adapter u armi l-pakkett.


    image


  7. Waħħal il-lasta tal-planġer mas-siringa bis-solvent billi timbotta u ddawwar b'mod sod.


  8. Ikser l-għatu tat-tarf tal-plastik, li hu reżistenti għat-tbagħbis, mis-siringa bis-solvent billi tqaċċat il-perforazzjoni ta' l-għatu. Dan jista' jsir billi tilwi l-għatu 'l fuq u 'l isfel sakemm il- perforazzjoni tinkiser. Tmissx in-naħa ta' ġewwa ta' l-għatu jew it-tarf tas-siringa. L-għatu jista' jkollu bżonn jinbidel (jekk mhux ser tagħti BeneFIX rikostitwit immedjatament), allura, poġġih fil-ġenb billi tpoġġih ta' taħt fuq.


    image

  9. Poġġi l-kunjett fuq wiċċ ċatt. Waħħal is-siringa bis-solvent ma' l-adapter tal-kunjett billi ddaħħal it-tarf tas-siringa ġol-ftuħ ta' l-adapter filwaqt li timbotta b'mod sod u ddawwar is- siringa lejn il-lemin sakemm issir il-konnessjoni.


    image


  10. Agħfas bil-mod il-lasta tal-planġer biex tinjetta s-solvent kollu ġol-kunjett ta' BeneFIX.


    image


  11. Bis-siringa għadha mwaħħla ma' l-adapter, dawwar il-kunjett bil-mod sakemm it-trab jinħall.


    image


  12. Is-soluzzjoni finali għandha tiġi eżaminata viżwalment għal partiċelli fini qabel ma tingħata. Is- soluzzjoni għandha tidher ċara u bla kulur.


    Nota: Jekk tuża iktar minn kunjett wieħed ta' BeneFIX għal kull infużjoni, kull kunjett għandha tiġi rikostitwita skont l-istruzzjonijiet li ngħataw qabel. Is-siringa bis-solvent għandha titneħħa, filwaqt li tħalli l-adapter tal-kunjett f'postu, u siringa luer lock kbira (apparat li jqabbad is- siringa mal-kunjett) separata tista' tintuża biex tiġbed lura il-kontenut rikostitwit ta' kull kunjett individwali.


  13. Filwaqt li taċċerta ruħek li l-lasta tal-planġer tas-siringa għada magħfus kollu 'l isfel, aqleb il- kunjett. Iġbed bil-mod is-soluzzjoni kollha ġos-siringa.


    image


  14. Aqla' s-siringa mill-adapter tal-kunjett billi tiġbed u ddawwar is-siringa bil-mod lejn ix-xellug.

Armi l-kunjett bl-adapter imwaħħal.


Nota: Jekk is-soluzzjoni ma tkunx ser tintuża immedjatament, l-għatu tas-siringa għandu jitpoġġa f'postu bl-attenzjoni. Tmissx it-tarf tas-siringa jew in-naħa ta' ġewwa ta' l-għatu.


BeneFIX għandu jintuża immedjatament jew fi żmien tliet sigħat wara r-rikostituzzjoni. Is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħażen f’temperatura tal-kamra qabel ma tittieħed.

Għoti (Injezzjoni ġol-vina):


BeneFIX għandu jingħata bl-użu tas-siringa mimlija għal-lest bis-solvent ipprovduta, jew b’siringa sterili luer lock tal-plastik waħda, li tintrema wara li tintuża. Barra minn hekk, is-soluzzjoni għandha tinġibed mill-kunjett bl-użu ta' l-adapter tal-kunjett.


BeneFIX għandu jiġi injettat ġol-vina għal perijodu ta' diversi minuti. It-tabib tiegħek jista’ jibdel ir- rata ta' infużjoni rakkomandata tiegħek biex jagħmel l-infużjoni iktar komda.


Kien hemm rapporti ta’ ġbir (agglutinazzjoni) ta’ ċelluli ħomor tad-demm fit-tubu/siringa bl-għoti ta’ BeneFIX. Ma ġewx irrappurtati effetti sekondarji assoċjati ma’ din l-osservazzjoni. Biex il-possibbiltà ta’ agglutinazzjoni tkun imminimizzata, hu importanti li tillimita l-ammont ta’ demm li jidħol fit-tubi. Id-demm m’għandux jidħol ġos-siringa. Jekk ikun hemm ġbir ta’ ċelluli ħomor tad-demm fit- tubu/siringa, armi l-apparat kollu (tubi, siringa u s-soluzzjoni BeneFIX) u kompli t-teħid minn pakkett ġdid.


Minħabba li l-użu ta’ BeneFIX permezz ta’ infużjoni kontinwa (dripp) ma ġiex evalwat, BeneFIX m’għandux jitħallat ma’ soluzzjonijiet oħra ta’ infużjoni jew ikun mogħti permezz tad-dripp.


Jekk jogħġbok armi s-soluzzjoni kollha li ma ntużatx, fjali vojta, labar u siringi użati f’kontenitur xieraq għal rimi ta’ skart, għax dawn jistgħu jweġġħu lil ħaddieħor jekk ma jkunux immaniġġjati kif suppost.


Jekk tieħu BeneFIX aktar milli suppost


Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinjetta aktar BeneFIX milli t-tabib tiegħek jirrakomandalek.


Jekk tieqaf tieħu BeneFIX


Tiqafx tieħu BeneFIX mingħajr ma tikkonsulta lit-tabib tiegħek.


Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva/allerġiċi


    Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva ta’ tip allerġiku huma possibbli b’BeneFIX. Reazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu nefħa tal-wiċċ jew tal-griżmejn, ħruq u tingiż fis-sit tal-infużjoni, tertir, fwawar, ħakk, uġigħ ta’ ras, urtikarja, pressjoni tad-demm baxxa, letarġija, dardir, irrikwetezza, rata tat-taħbit tal-qalb mgħaġġla, għafis fuq is-sider, tagħrix, rimettar, tħarħir. F’xi każi, dawn ir-reazzjonijiet wasslu għal anafilassi gravi. Ir-reazzjonijiet allerġiċi jistgħu jseħħu flimkien mal-iżvilupp ta’ inibitur tal-fattur IX (ara wkoll “Twissijiet u prekawzjonijiet”).


    Dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ħajja. Jekk iseħħu reazzjonijiet allerġiċi anafilattiċi, waqqaf l-infużjoni immedjatament u kkuntattja lit-tabib tiegħek jew fittex kura medika tal-emerġenza immedjatament. It-trattament meħtieġ jiddependi fuq in-natura u s-severità tal-effetti sekondarji (ara wkoll “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

    Żvilupp ta’ inibituri


    Pazjenti b’emofilja B jistgħu jiżviluppaw antikorpi li jinnewtralizzaw (inibituri) għall-fattur IX. Jekk jiżviluppaw dawn l-inibituri, wieħed mis-sinjali jista’ jkun żieda fl-ammont ta’ BeneFIX li ġeneralment huwa meħtieġ sabiex tiġi ttrattata fsada jew fsada kontinwa wara t-trattament. F'każijiet bħal dawn, hu rakkomandat li jiġi kkuntattjat ċentru speċjalizzat tal-emofilja. It-tabib tiegħek jista’ jkun irid jimmonitorjak għall-iżvilupp ta’ inibituri (ara “Twissijiet u prekawzjonijiet”).


    Ġie rrappurtat disturb fil-kliewi wara dożi għoljin ta’ fattur IX derivat mill-plażma sabiex jinduċi t- tolleranza immuni f’pazjenti b’emofilja B li kellhom inibituri tal-fattur IX u storja ta’ reazzjonijiet allerġiċi (ara wkoll “Twissijiet u prekawzjonijiet”).


    Avvenimenti trombotiċi


    BeneFIX jista’ jżid ir-riskju ta’ trombożi (emboli anormali) f’ġismek jekk għandek fatturi ta’ riskju li tiżviluppa emboli, li jinkludu kateter venuż indwelling. Kien hemm rapporti ta’ avvenimenti ta’ emboli severi tad-demm, li kienu jinkludu emboli ta’ periklu għall-ħajja fi trabi morda b’mod kritiku, waqt li kienu qed jirċievu infużjoni kontinwa ta’ BeneFIX minn ġo kateter venuż ċentrali. Kienu rrappurtati wkoll każijiet ta’ tromboflebite (uġigħ u ħmura fil-vini) periferali u trombożi fonda fil-vini kienu; fil- biċċa l-kbira ta’ dawn il-każijiet, BeneFIX ingħata permezz ta’ infużjoni kontinwa, li mhuwiex metodu approvat għall-għoti.


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)


    • Uġigħ ta’ ras

    • Sogħla

    • Deni


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)


    • Sensittività eċċessiva/reazzjonijiet allerġiċi

    • Sturdament, togħma mibdula

    • Flebite (uġigħ u ħmura tal-vini), fwawar

    • Rimettar, dardir

    • Raxx, ħorriqija

    • Skumdità fis-sider (inkluż uġigħ fis-sider)

    • Reazzjoni fis-sit tal-infużjoni (inkluż ħakk u ħmura fis-sit tal-infużjoni), uġigħ u skumdità fis-sit tal-infużjoni


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)


    • Żvilupp ta’ antikorpi newtralizzanti (inibituri)

    • Ċellulite fis-sit tal-infużjoni (uġigħ u ħmura tal-ġilda)

    • Ngħas, rogħda

    • Indeboliment fil-vista (inklużi vista mċajpra, dehra ta’ tikek/dwal)

    • Rata tal-qalb tħabbat tgħaġġel, pressjoni tad-demm baxxa

    • Infart renali (interruzzjoni tal-provvista tad-demm lejn il-kliewi)


      Effetti sekondarji bi frekwenza mhix magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)


    • Reazzjoni anafilattika

    • Episodji trombotiċi (emboli mhux normali tad-demm)

    • Nuqqas ta’ rispons għall-kura (nuqqas li twaqqaf jew li timpedixxi episodji ta’ fsada)

      Rappurtar tal-effetti sekondarji


      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


  2. Kif taħżen BeneFIX


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa ta' barra u t-tikketta tal- kunjett. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    BeneFIX għandu jinħażen f’temperatura taħt 30°C u għandu jintuża sad-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta.


    Tagħmlux fil-friża biex ma ssirx ħsara lis-siringa mimlija għal-lest. Uża s-soluzzjoni rikostitwita immedjatament jew fi żmien 3 sigħat. Tużax din il-mediċina jekk is-soluzzjoni ma tkunx ċara jew bla kulur.

    Uża s-siringa mimlija għal-lest biss, ipprovduta fil-kaxxa għar-rikostituzzjoni. Għall-għoti, jistgħu jintużaw siringi sterili oħrajn li jintremew wara li jintużaw.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih BeneFIX


Tabella 1. Il-qawwa ta’ BeneFIX għal kull 1 ml ta’ soluzzjoni ppreparata


Ammont ta’ BeneFIX f’kull

Kunjett

Ammont ta’ BeneFIX f’kull

1 ml ta’ soluzzjoni ppreparata għall-injezzjoni

250 IU

50 IU

500 IU

100 IU

1000 IU

200 IU

1500 IU

300 IU

2000 IU

400 IU

3000 IU

600 IU

Kif jidher BeneFIX u l-kontenut tal-pakkett


BeneFIX hu pprovdut bħala trab għall-injezzjoni f’kunjett tal-ħġieġ u solvent ipprovdut f'siringa mimlija għal-lest.


Il-pakkett ikun fih:



Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Pfizer Europe MA EEIG Boulevard de la Plaine 17 1050 Bruxelles

Il-Belġju


Manifattur


Wyeth Farma S.A

Autovia del Norte. A-1, Km. 23. Desvio Algete, Km. 1, 28700 S. Sebastian de los Reyes, Madrid Spanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België /Belgique / Belgien Lietuva

Pfizer S.A./N.V. Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11 Tel. +3705 2514000


България Luxembourg/Luxemburg

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Тел.: +359 2 970 4333

Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11


Česká Republika Magyarország

Pfizer, spol. s r.o. Pfizer Kft.

Tel: +420 283 004 111 Tel.: + 36 1 488 37 00


Danmark Malta

Pfizer ApS Vivian Corporation Ltd.

Tlf: +45 44 20 11 00 Tel: +35621 344610


Deutschland Nederland

Pfizer Pharma GmbH Pfizer bv

Tel: +49 (0)30 550055 51000 Tel: +31 (0)10 406 43 01

Eesti Norge

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Pfizer AS

Tel: +372 666 7500 Tlf: +47 67 52 61 00


Ελλάδα Österreich

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 67 85 800 Tel: +43 (0)1 521 15-0


España Polska

Pfizer S.L. Pfizer Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 490 99 00 Tel.: +48 22 335 61 00


France

Pfizer

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: +351 21 423 5500


Hrvatska România

Pfizer Croatia d.o.o. Pfizer România S.R.L.

Tel: + 385 1 3908 777 Tel: +40 21 207 28 00


Ireland Slovenija

Pfizer Healthcare Ireland Tel: 1800 633 363 (toll free)

+44 (0)1304 616161

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel: + 386 (0) 1 52 11 400


Ísland Slovenská republika

Icepharma hf. Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Sími: + 354 540 8000 Tel: +421-2-3355 5500


Italia Suomi/Finland

Pfizer S.r.l. Pfizer Oy

Tel: +39 06 33 18 21 Puh/Tel: +358 (0)9 43 00 40


Κύπρος Sverige

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH)

Τηλ: +357 22 817690

Pfizer AB

Tel: +46 (0)8 550 520 00


Latvija United Kingdom

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Pfizer Limited

Tel: +371 670 35 775 Tel: +44 (0)1304 616161


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.