Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Ketek
telithromycin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Ketek 400 mg pilloli miksija b’rita

Telithromycin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Ketek u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ketek

  3. Kif għandek tieħu Ketek

  4. Effeti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Ketek

  6. Kontenu tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Ketek u gћalxiex jintuża


    Ketek fih is-sustanza attiva telithromycin.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Ketek huwa antibijotiku tat-tip makrolidi. L-antibijotiċi jwaqqfu l-mikrobi, li qegħdin jikkaġunaw l- infezzjonijiet, milli jikbru.


    Ketek jintuża biex ikunu kurati infezzjonijiet ikkawżati mill-batteri, li l-mediċina hija attiva kontrihom.

    • Fl-adulti, Ketek jintuża biex jittratta l-infezzjonijiet tal-gerżuma, infezzjonijiet tas-sinus (kavitajiet fl-għadam, mimlija bl-arja li huma konnessi ma’ l-imnifsejn) u infezzjonijiet tal- bronki f’pazjenti li ilhom ibatu minn problemi tan-nifs għal żmien twil, u infezzjoni fil-pulmun (pnewmonja).

    • Fl-adoloxxenti ta’ 12-il sena u akbar, Ketek jintuża biex ikunu ittrattati l-infezzjonijiet tal- gerżuma.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Ketek Tiħux Ketek:

    • jekk inti allerġiku/a għal telithromycin, għal kwalunkwe wieħed mill-antibijotiċi li jappartjenu għall-klassi tal-makrolidi, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni

      6). Jekk tiġi fid-dubju kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

    • jekk tbati minn myasthenia gravis, marda rari li tikkawża dgħjufija muskolari.

    • jekk kellek mard tal-fwied (epatite u/jew is-suffejra) waqt li kont qed tieħu Ketek fil-passat

    • jekk qed/a tieħu xi mediċini oħra li jistgħu jtawlu l-intervall QT tal-elettrokardjogramma (ECG) bħal:

      • terfenadine jew astemizole (problemi ta’ allerġija)

      • cisapride (problemi diġestivi)

      • pimozide (problemi psikjatriċi)

      • dronedarone (għal fibrillazzjoni atrijali)

      • saquinavir (kura kontra l-HIV)

        • jekk qed/a tieħu xi mediċini oħra li fihom waħda minn dawn is-sustanzi attivi:

          • ergotamine jew dihydroergotamine (pilloli jew sustanza li tittieħed man-nifs (inħejler) għall-emikranja)

        • jekk qed tieħu xi prodotti mediċinali biex jikkontrollawlek il-livell tal-kolesterol jew xaħmijiet oħra fid-demm bħal simvastatin, lovastatin jew atorvastatin , minħabba li l-effetti mhux mixtieqa tal-prodotti mediċinali jistgħu jiżdiedu.

    • jekk taf li inti jew xi ħadd fil-familja għandkom abnormalità fl-elettrokardjogramma (ECG) li tissejjaħ “is-sindromu tal-QT twil”.

      • jekk qed tbati minn problemi tal-kliewi (indeboliment sever renali) u/jew problemi tal-fwied (indeboliment sever tal-fwied), tieħux Ketek waqt li qed tieħu mediċini oħra li fihom kwalunkwe waħda minn dawn is-sustanzi attivi:

        • ketoconazole jew fluconazole (kura kontra l-infezzjonijiet tal-fungu)

        • mediċina li tissejaħ inibitur tal-protease (trattament kontra HIV)

        • colchicine (għall-gotta)


          Twissijiet u prekawzjonijiet

          Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Ketek

      • jekk għandek xi mard tal-qalb bħal mard koronarju tal-qalb, arritmjii tal-ventrikoli, bradikardja (tibdil fir-rata tat-taħbit tal-qalb jew fl-elettrokardjogramma), jew jekk għamilt xi testijiet li żvelaw kundizzjonijiet mediċi bħall-livelli baxxi fid-demm tal-potassium (ipokalimja), livelli baxxi fid-demm tal-magnesium (ipomanjesimja).

      • jekk għandek mard tal-fwied

      • jekk ikollok ħass ħażin (telf mis-sensi għal żmien qasir)

        Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

        Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk ikollok tħabbit irregolari tal-qalb. Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk ikollok disturbi fil-vista (vista mċajpra, diffikulta biex wieħed jiffoka, vista doppja). Dawn id-disturbi fil-vista jistgħu jiġu f’daqqa u jdumu bosta sigħat. Dawn jistgħu jseħħu fi żmien ftit sigħat mill-ewwel jew it-tieni darba li tieħu d-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Ketek. Jistgħu jerġew jiġru meta tieħu d-doża li jmiss ta’ Ketek. Ħafna drabi dawn l-effeti jisparixxu waqt il-kura jew wara li tispiċċa l-kura b’Ketek.


        Jekk taħseb li xi waħda minn dawn tgħodd għalik, jew jekk għandek xi dubju, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Ketek.

        Jekk tiżviluppa dijarrea severa jew fit-tul, jew bid-demm, waqt jew wara li tkun ħadt il-pilloli Ketek, kellem lit-tabib tiegħek immedjatament għax jista’ jagħti l-każ li jkollok twaqqaf il-kura. Dan jista’ jkun sinjal ta’ infjammazzjoni tal-musrana li tista’ isseħħ wara l-kura bl-antibijotiċi.


        Biex tnaqqas l-effetti li jista’ jikkawża d-distubi fil-vista, ħu l-pilloli qabel ma torqod (ara sezzjoni 3).


        Tfal u adolexxenti

        Ketek mhux irrakkomandati għall-użu fit-tfal taħt it-12-il sena.


        Ara wkoll is-sezzjonijiet “Tieħux Ketek” u “Mediċini oħra u Ketek” u “Sewqan u tħaddim ta’ magni”.


        Mediċini oħra u Ketek

        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta tat- tabib, għax xi wħud minnhom jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati b’Ketek.


        Dawn il-mediċini li m’għandhomx jittieħdu ma’ Ketek:

        - prodotti mediċinali biex jikkontrollawlek il-livell tal-kolesterol fid-demm jew xaħmijiet oħrajn bħal simvastatin, atorvastatin, jew lovastatin, minħabba li l-effetti mhux mixtieqa tal-prodotti mediċinali jistgħu jiżdiedu.

      • mediċini oħra li jistgħu jtawlu l-intervall QT tal-elettrokardjogramma (ECG) bħal:

        • terfenadine jew astemizole (problemi ta’ allerġija)

        • cisapride (problemi diġestivi)

      • pimozide (problemi psikjatriċi)

      • dronedarone (għal fibrillazzjoni atrijali)

      • saquinavir (kura kontra l-HIV)

      • mediċini oħra li fihom waħda minn dawn is-sustanzi attivi li ġejjin

        • ergotamine jew dihydroergotamine (pilloli jew sustanza li tittieħed man-nifs (inħejler) għall- emikranja)

    • jekk qed tbati minn problemi tal-kliewi (indeboliment renali sever) u/jew problemi tal-fwied (indeboliment tal-fwied sever), mediċini oħra li fihom kwalunkwe waħda minn dawn is-sustanzi attivi li ġejjin:

      • ketoconazole jew fluconazole (kura kontra l-infezzjonijiet tal-fungu)

      • mediċina li tissejaħ inibitur tal-protease (trattament kontra HIV)

      • colchicine (għall-gotta)


        Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu:

        • xi mediċini li fihom phenytoin u carbamazepine (għall-epilessija)

        • rifampicin (antibijotiku)

        • phenobarbital jew St John’s wort (mediċina tal-ħxejjex tintuża biex tittratta d-dipressjoni ħafifa)

        • medicini bħal tacrolimus, cyclosporin u sirolimus (għat-trapjanti ta’ l-organi)

        • metoprolol (għad-disturbi fil-qalb)

        • sotalol (għad-disturbi fil-qalb)

        • ritonavir (mediċina kontra l-HIV)

          Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

        • mediċini magħrufa li jaffettwaw il-mod kif tħabbat qalbek (mediċini li jtawlu l-intervall QT). Dawn jinkludu mediċini li jintużaw meta l-qalb ma tħabbatx b’ritmu normali (antiarritmitiċi bħal quinidine, amiodarone), għad-dipressjoni (citalopram, antidipressivi triċikliċi), methadone, xi antipsikotiċi (phenothiazines), xi antibijotiċi (fluoroquinolones bħal moxifloxacin), xi mediċini contra l-fungi (fluconazole, pentamidine), u xi mediċini antivirali (telaprevir).

        • mediċini li fihom digoxin (għad-disturbi fil-qalb) jew dabigatran (għall-prevenzjoni ta’ ċapep fid-demm).

        • colchicine (għall-gotta).

        • xi imblokkaturi tal-kanali tal-kalċju (eż. verapamil, nifedipine, felodipine) (għad-disturbi fil- qalb).


          Ketek ma’ ikel,xorb u alkoħol

          Ketek jista’ jittieħed qabel jew wara l-ikel.


          Tqala, treddigħ u fertilità

          Jekk inti tqila b’tarbija tieħux pilloli għax is-sigurtà ta’ din il-mediċina fit-tqala mhix suffiċjentement stabbilita. Jekk qed tredda’ tieħux Ketek.


          Sewqan u tħaddim ta’ magni

          Waqt li qiegħed tieħu Ketek, illimita s-sewqan u attivitajiet oħra ta’ periklu. Jekk ikollok problemi fil-vista, ħass ħażin jew tesperjenza konfużjoni jew alluċinazzjoni waqt li qiegħed tieħu Ketek, issuqx, tħaddimx makkinarju kbir, jew tagħmel attivitajiet oħra ta’ periklu.


          Meta tieħu Ketek jistgħu jitfaċċaw xi effetti sekondarji bħal disturbi fil-vista, konfużjoni jew alluċinazzjoni li jistgħu jnaqqsu l-abbiltà biex tagħmel ċertu xogħol. Każijiet rari ta’ ħass ħażin ( telf mis-sensi għal żmien qasir ), li jistgħu jkunu preċeduti minn sensazzjoni ġenerali ta’ dardir (e.ż. dardir, tqalligħ ta’ l-istonku) kienu irrapportati. Dawn is-sintomi jistgħu jitfaċċaw anki wara l-ewwel doża ta’ Ketek.

  3. Kif gћandek tieћu Ketek


    It-tabib tiegħek jgħidlek kemm għandek tieħu pilloli Ketek, x’ħin u għal kemm żmien. Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tul ta’ żmien tal-kura huwa normalment 5 ijiem għall-infezzjonijiet tal-gerżuma, infezzjonijiet tas- sinuses ta’ l-imnieħer, u infezzjonijiet tal-passaġġi respiratorji f’dawk il-pazjenti li ilhom ibatu minn diffikultajiet fin-nifs, u minn 7 sa 10 ijiem għall-pulmonite.


    Id-doża rakkomandata ta’ Ketek għall-adulti u t-tfal ta’ 12-il sena jew akbar hija ta’ żewġ pilloli ta’ 400 mg darba kuljum (800 mg darba kuljum).


    Jekk għandek problemi tal-kliewi (indeboliment sever tal-kliewi) għandek tieħu 800 mg kuljum (żewġ pilloli ta’ 400 mg) li talterna ma 400 mg kuljum (pillola waħda ta’ 400 mg), u tibda bid-doża ta’ 800 mg.


    Ibla’ l-pilloli sħaħ b’tazza ilma.


    L-aħjar li tieħu l-pilloli kuljum fl-istess ħin. Jekk hu possibli ħu l-pilloli qabel tidħol torqod, biex tnaqqas l-impatt potenzjali ta’disturbi fil-vista u telf mis-sensi


    Jekk tieħu Ketek aktar milli suppost

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Jekk aċċidentalment tieħu pillola waħda żejda, x’aktarx m’hu ser jiġri xejn. Jekk tieħu aktar pilloli bi żball, ħu parir tat-tabib jew ta` l-ispiżjar tiegħek. Jekk huwa possibli ħu l-pilloli jew il-kaxxa miegħek biex turihom / turiha lit-tabib jew lill-ispiżjar.


    Jekk tinsa tieħu Ketek

    Jekk insejt tieħu doża, ħudha kemm jista’ jkun malajr. Madankollu, jekk ikun wasal il-ħin għad-doża li tmiss, aqbeż id-doża li tlift u ħu l-pillola li jmiss fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Ketek

    Ħu l-kors sħiħ ta’ pilloli li ordnalek it-tabib. Anki jekk tibda tħossok aħjar qabel ma tkun spiċċajthom kollha. Jekk twaqqaf il-pilloli qabel iż-żmien, l-infezzjoni tista’ terġa’ tiġi lura, jew il-kundizzjoni tiegħek tista’ taqleb għall-agħar


    Jekk twaqqaf il-pilloli malajr wisq tista’ toħloq reżistenza tal-mikrobi għall-mediċina.


    Jekk tħoss li qed tbati minn xi effett sekondarju, għid lit-tabib immedjatament biex tieħu parir qabel ma jmissek tieħu d-doża li tmiss.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. Ħafna minnhom huma ħfief u jgħaddu, iżda każijiet rari ħafna ta’ reazzjonijiet avversi u serji li jinvolvu l-fwied u jikkaġunaw indeboliment epatiku, inklużi każijiet fatali kienu rapportati.


    Jekk tinnota xi waħda minn dawn l-effetti msemmija hawn taħt, waqqaf Ketek u għid lit-tabib tiegħek immedjatament:

    • Reazzjonijiet tal-ġilda jew dawk allerġiċi bħall-nefħa tal-wiċċ jew kondizzjonijiet serji tal- ġilda ikkaratterizzati minn tbajja’ ħomor jew infafet (frekwenza mhux magħrufa).

    • Dijarrea severa, persistenti jew bid-demm, flimkien ma` wġigħ ta’ żaqq jew deni, jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni serja tal-musrana, li tista’ isseħħ wara kura bl-antibijotiċi (rari

      ħafna).

    • Sinjali u sintomi ta’ mard tal-fwied (epatite) bħal sfurija tal-ġilda u ta’ l-għajnejn, awrina skura, ħakk, nuqqas ta’ aptit jew uġigħ addominali (mhux komuni).

    • Deterjorament ta’ marda msejħa myasthenia gravis, marda rari li tikkawża dgħjufija tal- muskoli (frekwenza mhux magħrufa).

    • Tħabbit irregolari tal-qalb


      Dawn l-effetti serji msemmija hawn fuq jistgħu jinħtieġu attenzjoni medika urġenti.


      L-effetti l-oħra mhux mixtieqa u imniżżla hawn taħt qed jingħataw b’estimu tal-frekwenza li bihom jistgħu iseħħu b’Ketek:


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

      • dijarrea, normalment ħafifa u temporanja.


        Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

    • dardir, rimettar, uġigħ ta’ żaqq, gass

    • sturdament, uġigħ ta’ ras, tibdil fit-togħma

    • infezzjoni bil-Candida tal-vaġina (infezzjoni b’fungus karatterizzat b’ħakk lokali, ħruq u tisfija bajda)

    • żieda fil-livell ta’ l-enżimi tal-fwied (tinduna biha permezz ta’ test tad-demm).


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)jew rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1000)

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      • stitikezza, nuqqas t’aptit (anoressija )

    • infjammazzjoni tal-ħalq, infezzjoni tal-fungu tal-ħalq (infezzjoni bil-Candida)()

    • Problemi tal-fwied(epatite)

    • raxx, urtikarja, ħakk, ekżema

    • ħedla, diffikultajiet biex torqod (insomnja), nervożiżmu, vertigo

    • tnemnim ta’ l-idejn u s-saqajn (parasteżja )

    • disturbi fil-vista (vista mċajpra, diffikulta biex wieħed jiffoka, vista doppja)( jekk jogħġbok aqra sezzjoni 2)

    • fwawar, ħass ħażin (telf mis-sensi għal żmien qasir )

    • tibdil fir-rata tat-taħbit tal-qalb (taħbit bil-mod tal-qalb) jew abnormalità fl- elettrokardjogramma (ECG),

    • pressjoni baxxa (ipotensjoni)

    • żieda ta’ tip ta’ ċerti ċelluli bojod fid-demm, tinduna biha permezz ta’ test tad-demm (eżinofilja).


    Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

    • disturbi fix-xamm, bugħawwieġ.


      Effetti sekondarji oħra (frekwenza mhux magħrufa-il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli) li jistgħu jiġru b’Ketek huma:

    • rogħda, konvulżjonijiet

    • abnormalità fl-elettrokardjogramma (ECG) li tissejjaħ intervall tal-QT imtawwal

    • infjammazzjoni tal-frixa

    • uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi

    • konfużjoni

    • alluċinazzjoni (taqriq l-għajnejn jew il-widnejn meta wieħed jidhirlu li qed jara jew jisma’ xi ħaġa li ma teżistix)

    • telf mit-togħma u xamm

    • indeboliment tal-fwied.

      Jekk waħda minn dawn l-effetti mhux mixtieqa qiegħda tagħtik fastidju, hija severa, jew ma tmurx waħidha meta tkompli tieħu l-kura, għid lit-tabib tiegħek.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Ketek


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta' ħażna speċjali.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Ketek

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat


Kif jidherKetek u l-kontenut tal-pakkett


Il-pilloli ta’ Ketek 400 mg huma ta’ kulur oranġjo ċar, oblongi, imbuzzati miż-żewġ naħat, miksija b’rita, b’ “H3647” imnaqqax fuq naħa waħda u “400” fuq in-naħa l-oħra.


Il-pilloli ta’ Ketek jiġu ġo folji. Hemm żewġ pilloli f’kull kavità tal-folja. Huma disponibbli f’pakketti ta’ 10, 14, 20 u 100 pillola. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakketti jistgħu jkunu għal skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq ta’ Ketek huwa: Aventis Pharma S.A.

20 Avenue Raymond Aron F-92160 ANTONY

Franza


Il-manifattur ta’ Ketek huwa:

S.C. Zentiva S.A.

B-dul Theodor Pallady nr. 50, sector 3, Bucureşti, cod 032266, Ir-Rumanija


Għal kull tagħrif dwar dan il- mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja ir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-suq.

België/Belgique/Belgien

Sanofi Belgium

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00

Lietuva

UAB sanofi-aventis Lietuva Tel: +370 5 2755224


България

sanofi-aventis Bulgaria EOOD Тел.: +359 (0)2 970 53 00

Luxembourg/Luxemburg

Sanofi Belgium

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien)


Česká republika sanofi-aventis, s.r.o. Tel: +420 233 086 111

Magyarország

sanofi-aventis zrt., Magyarország Tel.: +36 1 505 0050


Danmark

sanofi-aventis Denmark A/S Tlf: +45 45 16 70 00

Malta

Sanofi Malta Ltd. Tel: +356 21493022


Deutschland

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH Tel: +49 (0)180 2 222010

Nederland

sanofi-aventis Netherlands B.V. Tel: +31 (0)182 557 755


Eesti

sanofi-aventis Estonia OÜ Tel: +372 627 34 88

Norge

sanofi-aventis Norge AS Tlf: +47 67 10 71 00


Ελλάδα

sanofi-aventis AEBE Τηλ: +30 210 900 16 00

Österreich

sanofi-aventis GmbH Tel: +43 1 80 185 – 0


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

España

sanofi-aventis, S.A. Tel: +34 93 485 94 00

Polska

sanofi-aventis Sp. z o.o. Tel.: +48 22 280 00 00


France

sanofi-aventis France Tél: 0 800 222 555

Appel depuis l’étranger : +33 1 57 63 23 23

Hrvatska

sanofi-aventis Croatia d.o.o. Tel: +385 1 600 34 00

Portugal

Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 21 35 89 400


România

sanofi-aventis România S.R.L. Tel: +40 (0) 21 317 31 36


Ireland

sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI Tel: +353 (0) 1 403 56 00

Slovenija

sanofi-aventis d.o.o. Tel: +386 1 560 48 00


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika

sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 33 100 100


Italia

sanofi-aventis S.p.A. Tel: +39 02 393 91

Suomi/Finland

Sanofi Oy

Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300


Κύπρος

sanofi-aventis Cyprus Ltd. Τηλ: +357 22 871600

Sverige

Sanofi AB

Tel: +46 (0)8 634 50 00

Latvija

sanofi-aventis Latvia SIA Tel: +371 67 33 24 51

United Kingdom

Sanofi

Tel: +44 (0) 845 372 7101


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}>


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat