Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva (previously DuoCover)
clopidogrel, acetylsalicylic acid

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva 75 mg/75 mg pilloli miksijin b’rita Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva 75 mg/100 mg pilloli miksijin b’rita clopidogrel/acetylsalicylic acid


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’ d an i l-fuljett:

  1. X’inhu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabell ma tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva

  3. Kif għandek tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva

  4. Effetti sekondarju possibbli

  5. Kif taħżen Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva u gћalxiex jintuża


    Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva fih clopidogrel u acetylsalicylic acid (ASA) u jifforma parti minn grupp ta’ mediċini msejħa prodotti mediċinali ta’ kontra l-plejtlets. Plejtlets huma strutturi żgħar ħafna fid-demm, li jinġemġħu flimkien waqt li jkun qed jagħqad id-demm. Il-prodotti mediċinali ta’ kontra l-plejtlets jilqgħu għal dan u jnaqqsu l-possibbiltajiet li jiffurmaw ċapep tad-demm (proċess imsejjaħ aterotrombożi).


    Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva jittieħed mill-adulti biex ma jħallix li ċapep tad-demm jifformaw fl-arterji mwebbsin li jista’ jwassal għal avvenimenti aterotrombotiċi (bħal puplesija, attakk tal-qalb, jew mewt).


    Ingħatajt Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva minflok ma tingħata żewġ mediċini separati, clopidogrel u ASA, biex jgħin biex ma jifformawx ċapep tad-demm u dan għaliex kellek uġigħ sever f’sidrek magħruf bħala ‘unstable angina’ jew ‘myocardial infarction’ (attakk ta’ qalb). Bħala kura għal din il-kundizzjoni t-tabib tiegħek seta’ poġġa stent fl-arterja misduda jew li djieqet biex iċ- ċirkolazzjoni effettiva tad-demm tiġi restawrata.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva Tiħux Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva:

    • jekk inti allerġiku/a għal clopidogrel, acetylsalicylic acid (ASA) jew għal xi sustanza oħra ta’

      din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

    • jekk inti allerġiku/a għal prodotti oħra msejħa prodotti anti-infjammatori li m’humiex sterojdi li ħafna drabi jintużaw għall-kura ta’ kundizzjonijiet ta’ uġigħ u/jew infjammatorji tal-muskoli jew tal-ġogi.

    • jekk għandek kundizzjoni medika li tinkludi l-ażma, tnixxija nażali (l-imnieħer iniżżel) u qarnit fl-imnieħer (tip ta’ tkabbir tal-mukoża ta’ l-imnieħer) kollha flimkien.

    • jekk tbati minn kundizzjoni medika li fil-preżent qiegħda tikkawża fsada, bħal ulċera fl-

      istonku jew fsada ġewwa l-moħħ.

    • jekk tbati minn mard sever tal-fwied;

    • jekk tbati minn mard sever tal-kliewi.

    • jekk qiegħda fl-aħħar trimestru tat-tqala


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Jekk xi sitwazzjoni msemmija hawn taħt tgħodd għalik, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva:

      • jekk tinsab f’riskju ta’ emorraġija bħal:

        kundizzjoni medika li tpoġġik f’riskju ta’ fsada interna (bħal ulċera fl-istonku).

        • mard fid-demm li jwassal għal fsada minn ġewwa (dmija f’xi tessuti, organi jew ġogi ta’ ġismek).

        • ferita serja riċenti.

        • operazzjoni riċenti (anki tas-snien).

        • operazzjoni li ser issirlek (anki tas-snien) fis-sebat ijiem li ġejjin.

      • jekk kellek xi embolu f’xi arterja tal-moħħ (puplesija iskemika) li seħħet f’dawn l-aħħar sebat ijiem

      • jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied.

      • jekk għandek passat mediku ta’ ażma jew ta’ reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu allerġija għal kwalunkwe mediċina użata fil-kura tal-marda tiegħek.

      • jekk għandek il-gotta.

      • jekk tixrob l-alkoħol, minħabba ż-żieda fir-riskju ta’ fsada jew ta’ ferita gastrointestinali.

      • jekk għandek kondizzjoni magħrufa bħala defiċjenza ta’ glucose-6-phosphate dehydrogenase (G6PD) minħabba r-riskju ta’ forma partikulari ta’ anemija (l-għadd taċ-ċelluli ħomor tad- demm ikun baxx).


        Waqt li qed/a tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva:

      • Għandek tgħid lit-tabib tiegħek

        • jekk ser issirlek xi operazzjoni (anki tas-snien)

        • jekk għandek xi uġigħ fl-istonku jew fl-addome jew fsada fl-istonku jew fl-imsaren (l-

        ippurgar ikun aħmar jew iswed).

      • Għandek ukoll minnufih tgħid lit-tabib tiegħek jekk toħroġlok xi kundizzjoni medika magħrufa bħala Purpura Tromboċitopenika Trombotika jew PTT li tinkludi deni u tbenġil taħt il-ġilda li jista’ jidher bħala ponot zgħar ħomor flimkien ma’ jew mingħajr għeja kbira, konfużjoni, sfurija tal-ġilda jew tal-għajnejn (suffejra) li jkunu bla spjegazzjoni (ara sezzjoni 4).

      • Jekk taqta’ x’imkien jew tweġġa’, id-demm jista’ jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan huwa minħabba il-mod ta’ kif taħdem il-mediċina tiegħek minħabba li ma tħallix li jifformaw ċapep tad-demm. Ħafna drabi, għal qatgħat u weġgħat żgħar, eż. taqta’ lilek innifsek waqt li qed tqaxxar, dan ma jkunx importanti. Madankollu, jekk id-demm ikun qed jinkwetak, għandek minnufih tagħmel kuntatt mat-tabib tiegħek (ara sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’).

      • It-tabib jista’ jordnalek xi testijiet tad-demm


    Tfal u adolexxenti

    Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva m’għandux jintuża fit-tfal jew fl-adolexxenti li għandhom

    inqas minn 18-il sena. Hemm il-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn acetylsalicylic acid (ASA) u s- sindromu ta’ Reye meta prodotti li fihom ASA jingħataw lit-tfal jew lill-adolexxenti li għandhom infezzjoni virali. Is-sindromu ta’ Reye hija marda rari ħafna li tista’ tkun fatali.


    Mediċini oħra u Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina

    oħra

    Xi mediċini oħra jistgħu jeffettwaw l-użu ta’ Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva u viċe-versa.


    Għandek speċifikament tgħid lit-tabib tiegħek jekk tieħu

    • mediċini li jistgħu jżidu r-riskju li inti jkollok xi fsada bħal:

      • sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq, mediċini użati biex iraqqu d-demm,

      • ASA jew mediċina oħra anti-infjammatorja li mhijiex sterojde, normalment użata biex jiġi ittrattat l-uġigħ u/jew kundizzjonijiet infjammatorji tal- muskoli jew tal-ġogi,,

      • l-eparina jew xi mediċina oħra li tiġi injettata biex tnaqqas il-koagulazzjoni tad-demm,

      • ticlopidine, sustanza oħra kontra l-plejtlits,

      • inibitur selettiv tal-ġbir mill-ġdid ta’ serotonin (li jinkludi iżda mhux limitat għal fluoxetine

    jew fluvoxamine), mediċini li ssoltu jintużaw fil-kura tad-dipressjoni,

    • omeprazole jew esomeprazole, mediċini għat-taqlib tal-istonku

    • methotrexate, mediċina użati għat-trattament ta’ mard sever fil-ġogi (artrite rewmatojde) jew mard fil-ġilda (psoriasis)

    • acetazolamide, mediċina użata għat-trattament tal-glawkoma (żieda fil-pressjoni okulari) jew tal-

      epilessija jew biex iżżid il-fluss tal-awrina,

    • probenecid, benzbromarone, jew sulfinpyrazone, mediċini użati għat-trattament tal-gotta,

    - fluconazole jew voriconazole, mediċini li jittrattaw infezzjonijiet tal-fungu,

    - efavirenz jew tenofovir, mediċini għat-trattament tal-infezzjonijiet mill-HIV (virus tal- immunodefiċjenza umana),

    • valproic acid, valproate jew carbamazepine, mediċini għat-trattament ta’ xi forom tal-epilessija,

    • it-tilqima kontra l-varicella, mediċina użata biex tippreveni l-ġidri r-riħ jew il-ħruq ta’ Sant’Antnin, fi żmien 6 ġimgħat minn mindu ħadt Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva jew jekk għandek infezzjoni attiva ta’ ġidri r-riħ jew ħruq ta’ Sant’Antnin (ara sezzjoni 2 “Tfal u adolexxenti”),

    • moclobemide, mediċina għat-trattament tad-dipressjoni,

    • repaglinide, mediċina għat-trattament tad-dijabete,

    • paclitaxel, mediċina għat-trattament tal-kanċer.

    • nicorandil, mediċina għat-trattament ta’ wġigħ fis-sider ikkawżat mill-qalb,

    • opjodi: waqt li qed tiġi ttrattat b’clopidogrel, għandek tinforma lit-tabib tiegħek qabel ma tiġi mogħti riċetta għal xi trattament b’opjodi.

    Għandek twaqqaf kura oħra b’clopidogrel waqt li qed/a tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva. L-użu ta’ kultant ta’ ASA (ta’ mhux aktar minn 1000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa) ġeneralment

    m’għandux joħloq problema , iżda l-użu fit-tul f’cirkostanzi oħrajn għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.


    Tqala u treddigħ

    Tiħux Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva waqt it-tielet trimestru tat-tqala.

    Ikun aħjar jekk ma tiħux din il-mediċina waqt l-ewwel u t-tieni trimestru tat-tqala.


    Huwa importanti li qabel ma tibda tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva, tinforma lit-tabib jew lill-ispiżjar/a tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila. Jekk toħroġ tqila waqt li qiegħda tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva, għarraf minnufih lit-tabib tiegħek għax mhux rakkomandat li tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva waqt li inti tqila.


    M’għandekx tredda’ waqt li qiegħda tuża din il-mediċina.

    Jekk qiegħda tredda’ jew qiegħda taħseb biex tredda’, tkellem mat-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il- mediċina.


    Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar/a tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni

    Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva m’għandux jaffettwa is-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.


    Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva fih il-lactose.

    Jekk it-tabib qallek li għandek xi intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor (eż. lactose), ikkuntatja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


    Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva fih castor oil idroġenat

    Dan jikkawża taqlib ta’ l-istonku jew dijarea


  3. Kif gћandek tieћu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva

    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem

    għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju

    Id-doża rrakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva kuljum,

    meħuda mill-ħalq b’tazza ilma, ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt. Għandek tieħu l-mediċina tiegħek kuljum fl-istess ħin.

    Skont il-kundizzjoni tiegħek, it-tabib tiegħek se jgħidlek it-tul ta’ żmien li għandek tibqa’ tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva. Jekk kellek attakk tal-qalb, it-tabib għandu jagħmillek riċetta biex tibqa’ tieħdu għal mill-inqas erba’ ġimgħat. F’kwalunkwe każ, għandek tieħdu sakemm it-tabib jibqa’ jagħmillek ir-riċetta.


    Jekk tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva aktar milli suppost:

    Għarraf lit-tabib tiegħek jew mur fl-eqreb dipartiment ta’ l-emerġenza ta’ sptar minħabba ż-żieda fir-

    riskju ta’ dmija.


    Jekk tinsa tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva:

    Jekk tinsa tieħu xi doża ta’ Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva, iżda tiftakar fi żmien 12-il siegħa

    minn meta s-soltu teħodha, ħu l-pillola mill-ewwel, imbagħad ħu l-pillola li jkun imiss fil-ħin tas- soltu.


    Jekk tinsa tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva għal aktar minn 12-il siegħa minn mindu teħodha s-soltu, sempliċiment ħu d-doża waħda li jkun imiss fil-ħin tas-soltu. Tiħux doża doppja biex tagħmel tajjeb għa ll-pillola li tkun insejt tieħu.


    Għall-pakketti ta’ 14, 28 u 84 pillola, tista’ tiċċekkja l-ġurnata li fiha ħadt l-aħħar il-pillola ta’ Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva billi tirreferi għall-kalendarju stampat fuq il-folja.


    Jekk tieqaf tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva :

    Twaqqafx il-kura sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Informa lit-tabib tiegħek qabel twaqqaf

    jew terġa’ tibda l-kura tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.


    Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok:

    • id-deni, sinjali ta’ infezzjoni jew ħafna għeja. Dawn jista’ jkunu minħabba tnaqqis rari ta’ xi ċelluli tad-demm.

    • sinjali ta’ mard tal-fwied bħal sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-għajnejn (suffejra), kemm jekk dan huwa assoċjat ma’ emoraġija li tidher taħt il-ġilda bħala ponot żgħar ħomor u/jew konfużjoni

      u kemm jekk le (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’.

    • nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxx u ħakk u nfafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika.


      Il-fsada hija l-iżjed effett sekondarju komuni li deher b’Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva. Din tista’ sseħħ bħala fsada fl-istonku jew fl-imsaren, tbenġil,ematoma (fsada jew tbenġil mhux tas-

      soltu taħt il-ġilda), tinfaraġ, demm fl-urina, dmija fl-istonku jew fl-imsaren. F’numru żgħir ta’ każijiet ġiet irrappurtata fsada fl-għajn, fir-ras (speċjalment fl-anzjani), fil-pulmun jew fil-ġogi.


      Jekk id-demm idum aktar mis-soltu biex jieqaf waqt li qed tieħu Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva

      Jekk taqta’ x’imkien jew tweġġa’, id-demm jista’ jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan huwa minħabba il-mod ta’ kif taħdem il-mediċina tiegħek minħabba li ma tħallix li jifformaw ċapep tad-

      demm. Ħafna drabi, għal qatgħat u weġgħat żgħar, eż. taqta’ lilek innifsek waqt li qed tqaxxar, dan ma jkunx importanti. Madankollu, jekk id-demm ikun qed jinkwetak, għandek minnufih tagħmel kuntatt mat-tabib tiegħek (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’).


      Effetti sekondarji oħra jinkludu:

      Effetti sekondarji komuni(jistgħujaffettwawsa1minnkull10persuni): Dijarrea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew ħruq fl-istonku.


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħujaffettwawsa1minnkull100persuna):

      Uġigħ ta’ ras, ulċera fl-istonku, rimettar, tqalligħ, stitikezza, gass eċċessiv fl-istonku jew fl-imsaren, raxx ,ħakk, sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim u tirżiħ.


      Effett sekondarju rari (jista’jaffettwasa1minnkull1000persuna): Vertigo, tkabbir tas-sider fl-irġiel.


      Effettisekondarjirariħafna(jistgħujaffettwawsa1minnkull10,000persuna):

      Suffejra (il-ġilda u/jew l-għajnejn jisfaru); ħruq fl-istonku u/jew fl-esofagu (gerżuma tal-ikel); uġigħ

      addominali sever flimkien ma’ jew mingħajr uġigħ fid-dahar; deni, diffikultajiet biex tieħu n-nifs, xi mdaqqiet assoċjati mas-sogħla; reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati ( per eżempju, sensazzjoni ta’ sħana ma’ ġismek kollu b’skonfort ġenerali f’daqqa sakemm tħossok ħażin); nefħa fil-ħalq; infafet fil-ġilda; allerġija tal-ġilda; uġigħ fil-ħalq (stomatite); tnaqqis fil-pressjoni tad-demm; konfużjoni; alluċinazzjonijiet; uġigħ fil-ġogi; uġigħ muskolari; tibdil fil-mod ta’ kif jintiegħem l-ikel jew ma tibqax ittiegħem l-ikel, infjammazzjoni tal-arterji u l-vini ż-żgħar.


      Effetti sekondarji b’frekwenza mhux magħrufa(il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli):

      Perforazzjoni tal-ulċera; żanżin fil-widnejn, telf tas-smigħ, reazzjonijiet allerġiċi jew ta’ sensittività

      eċċessiva għall-għarrieda li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja b’uġigħ fis-sider jew fiż-żaqq, mard tal-kliewi, livell baxx ta’ zokkor fid-demm, gotta (kundizzjoni fejn ikun hemm uġigħ u infjammazzjoni fil-ġogi minħabba l-kristalli tal-aċidu uriku) u jsiru aktar serji l-allerġiji għall-ikel, forma partikulari ta’ anemija (l-għadd taċ-ċelluli ħomor fid-demm ikun baxx) (ara sezzjoni 2 “Twissijiet u prekawzjonijiet”).


      Barra minn hekk, it-tabib jista’ jara xi tibdil fil-komponenti tad-demm jew ta’ l-awrina tiegħek.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

      image

      sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il- kaxxa u fuq il-folja, wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen taħt 25°C

    Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi sinjali visibli ta’ deterjorament.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva

Clopidogrel/Acetylsalicylic acid Zentiva 75 mg/75 mg pilloli miksijin b’rita


Is-sustanzi attivi huma clopidogrel u acetylsalicylic acid (ASA). Kull pillola fiha 75 mg ta’ clopidogrel (bħala hydrogen sulphate) u 75 mg ta’ acetylsalicylic acid.


Is-sustanzi l-oħra huma:

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: sanofi-aventis groupe

54, rue La Boétie

F-75008 Paris Franza


Manifattur:

Sanofi Winthrop Industrie

1, rue de la Vierge, Ambarès & Lagrave, F-33565 Carbon Blanc cedex, Franza


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok, ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

Sanofi Belgium

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00

Lietuva

UAB «SANOFI-AVENTIS LIETUVA»

Tel: +370 5 2755224


България

SANOFI BULGARIA EOOD

Тел: +359 (0)2 970 53 00

Luxembourg/Luxemburg

Sanofi Belgium

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien)


Česká republika sanofi-aventis, s.r.o. Tel: +420 233 086 111

Magyarország SANOFI-AVENTIS Zrt. Tel.: +36 1 505 0050


Danmark

Sanofi A/S

Tlf: +45 45 16 70 00

Malta

Sanofi Malta Ltd.

Tel: +356 21493022


Deutschland

Zentiva Pharma GmbH Tel.: +49 (0)180 20 200 10

Nederland

sanofi-aventis Netherlands B.V. Tel: +31 20 245 4000


Eesti

sanofi-aventis Estonia OÜ Tel: +372 627 3488

Norge

sanofi-aventis Norge AS Tlf: +47 67 10 71 00


Ελλάδα

sanofi-aventis AEBE

Τηλ: +30 210 900 16 00

Österreich

sanofi-aventis GmbH

Tel: +43 1 80 185 – 0


España

sanofi-aventis, S.A.

Tel: +34 93 485 94 00

Polska

sanofi-aventis Sp. z o.o.

Tel: +48 22 280 00 00

France

sanofi-aventis France

Tél: 0 800 222 555

Appel depuis l’étranger: +33 1 57 63 23 23

Portugal

Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tel: +351 21 35 89 400


Hrvatska

sanofi-aventis Croatia d.o.o.

Tel: +385 1 600 34 00

România

Sanofi Romania SRL

Tel: +40 (0) 21 317 31 36


Ireland

sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI

Tel: +353 (0) 1 403 56 00

Slovenija

sanofi-aventis d.o.o.

Tel: +386 1 560 48 00


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika

sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o.

Tel: +421 2 33 100 100


Italia

Zentiva Italia S.r.l.

Tel: 800.536 389

Suomi/Finland

Sanofi Oy

Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300


Κύπρος

sanofi-aventis Cyprus Ltd. Τηλ: +357 22 871600

Sverige

Sanofi AB

Tel: +46 (0)8 634 50 00


Latvija

sanofi-aventis Latvia SIA Tel: +371 67 33 24 51

United Kingdom

Sanofi

Tel: +44 (0) 845 372 7101


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ { xahar SSSS }