Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ambirix
hepatitis A (inactivated) and hepatitis B (rDNA) (HAB) vaccine (adsorbed)


Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Ambirix, suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Vaċċin (adsorbit) ta’ l-epatite A (inattivat) u l-epatite B (rDNA) (HBV)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma inti/ibnek/bintek tibdew tirċievu dan il-vaċċin - peress li

fih informazzjoni importanti għalik.


Xi effetti sekondarji oħra li ġew irrapurtati waqt provi kliniċi b’tilqim ieħor mħallat tal-epatite A u l-epatite B li jixxiebah ħafna, jinkludu:


Komuni (Dawn jistgħu jseħħu f’sa doża 1 minn kull 10 dożi tal-vaċċin)

ta’ bard


Rari ħafna (Dawn jistgħu jseħħu f’sa doża 1 minn kull 10,000 doża tal-vaċċin)


Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk ikollok effetti sekondarji simili.


Effetti sekondarji li seħħew waqt użu normali ta’ Ambirix kienu kif ġej:


jew ħomor fil-kannella li jidrhu minn ġol-ġilda (purpura tromboċitopenika)


Rappurtar tal-effetti sekondarji


image

Jekk inti jkollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  1. Kif taħżen Ambirix


    Żomm dan il-vaċċin fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal

    Tużax dan il-vaċċin wara d-data ta’ meta jiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta jiskadi

    tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Aħżen fi friġġ (2°C sa 8°C). Tagħmlux fil-friża. L-iffriżar jeqred il-vaċċin. Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


    X’fih Ambirix


    • Is-sustanzi attivi huma:


      • Virus ta' l-epatite A (inattivat) 1,2 720 Unitajiet ELISA

      • Antiġen tal-wiċċ ta' l-epatite B3,4 20 mikrogramma


      1Magħmul fuq ċelluli diplojdi (MRC-5) umani

      2Adsorbit fuq aluminium hydroxide, idratat 0.05 milligrammi Al3+ 3Magħmul f’ċelluli tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae) b’teknoloġija rikombinanti

      tad-DNA

      4Adsorbit fuq aluminium phosphate, 0.4 milligrammi Al3+


    • Is-sustanzi l-oħra ta’ Ambirix huma: sodium chloride u ilma għall-injezzjonijiet.


    Kif jidher Ambirix u l-kontenut tal-pakkett


    Suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest.

    Ambirix huwa likwidu abjad, qisu ħalib ippreżentat f’siringa mimlija għal-lest tal-ħġieġ ta’ 1 ml. Ambirix huwa disponibbli f’pakketti b’siringa waħda mimlija għal-lest u b’10 siringi mimlija għal- lest (b’labar jew mingħajr labar) u f’daqsijiet ta’ pakkett ta’ 50 siringa mimlija għal-lest mingħajr labar.

    Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-Suq.


    Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


    GlaxoSmithKline Biologicals s.a. Rue de l’Institut 89

    B-1330 Rixensart

    Il-Belġju


    Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

    België/Belgique/Belgien GlaxoSmithKline Pharmaceuticals SA/NV Tél/Tel: + 32 10 85 52 00

    Lietuva

    GlaxoSmithKline Biologicals SA Tel. +370 80000334


    България

    GlaxoSmithKline Biologicals SA

    Тел.: +359 80018205

    Luxembourg/Luxemburg GlaxoSmithKline Pharmaceuticals SA/NV Tél/Tel: + 32 10 85 52 00


    Česká republika GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 2 22 00 11 11

    cz.info@gsk.com

    Magyarország GlaxoSmithKline Biologicals SA Tel.: +36 80088309


    Danmark

    GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00

    dk-info@gsk.com

    Malta

    GlaxoSmithKline Biologicals SA Tel: +356 80065004


    Deutschland

    GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG Tel: + 49 (0)89 360448701

    produkt.info@gsk.com

    Nederland GlaxoSmithKline BV Tel: + 31 (0)33 2081100


    Eesti

    GlaxoSmithKline Biologicals SA Tel: +372 8002640

    Norge GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00


    Ελλάδα

    GlaxoSmithKline Μονοπρόσωπη A.E.B.E. Tηλ: + 30 210 68 82 100

    Österreich

    GlaxoSmithKline Pharma GmbH. Tel: + 43 1 970 75-0

    at.info@gsk.com


    España GlaxoSmithKline, S.A. Tel: + 34 900 202 700

    es-ci@gsk.com

    Polska

    GSK Services Sp. z o.o. Tel.: + 48 (22) 576 9000


    France

    Laboratoire GlaxoSmithKline Tél: + 33 (0) 1 39 17 84 44

    diam@gsk.com


    Hrvatska

    GlaxoSmithKline Biologicals SA Tel.: +385 800787089

    Portugal

    Smith Kline & French Portuguesa - Produtos Farmacêuticos, Lda.

    Tel: + 351 21 412 95 00

    FI.PT@gsk.com


    România

    GlaxoSmithKline Biologicals SA Tel: +40 800672524


    Ireland

    GlaxoSmithKline (Ireland) Ltd Tel: + 353 (0)1 495 5000

    Slovenija

    GlaxoSmithKline Biologicals SA Tel: +386 80688869


    Ísland

    Vistor hf.

    Sími: +354 535 7000

    Slovenská republika GlaxoSmithKline Biologicals SA Tel: +421 800500589


    Italia

    GlaxoSmithKline S.p.A. Tel: + 39 (0)45 77411 11


    Suomi/Finland

    GlaxoSmithKline Oy

    Puh/Tel: + 358 (0) 10 30 30 30


    Κύπρος

    GlaxoSmithKline Biologicals SA

    Τηλ: +357 80070017

    Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

    info.produkt@gsk.com


    Latvija

    GlaxoSmithKline Biologicals SA Tel: +371 80205045

    United Kingdom (Northern Ireland) GlaxoSmithKline Biologicals SA Tel: +44(0)800 221441

    customercontactuk@gsk.com


    Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’



    .


    ------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


    It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


    Meta jinħażen, jista’ jiġi osservat depożitu abjad fin b’saff likwidu ċar bla kulur fuq.


    Il-vaċċin għandu jerġa’ jsir f’suspensjoni mill-ġdid qabel l-użu. Meta jerġa’ jsir f’suspensjoni mill- ġdid, il-vaċċin ikollu dehra bajda mċajpra uniformi.


    Suspensjoni mill-ġdid tal-vaċċin sabiex tinkiseb suspensjoni bajda mċajpra uniformi


    Il-vaċċin jista’ jerġa’ jsir f’suspensjoni mill-ġdid meta wieħed isegwi l-passi ta’ hawn taħt.

    1. Żomm is-siringa ’l fuq f’id magħluqa.

    2. Ħawwad is-siringa billi taqlibha rasha ’l isfel u lura.

    3. Irrepeti din l-azzjoni bis-saħħa għal mill-anqas 15-il sekonda.

    4. Erġa’ spezzjona l-vaċċin:

      1. Jekk il-vaċċin jidher bħala suspensjoni bajda mċajpra uniformi, huwa lest għall-użu – id-dehra m’għandhiex tkun ċara.

      2. Jekk il-vaċċin ikun għadu ma jidhirx bħala suspensjoni bajda mċajpra uniformi – aqilbu rasu l-isfel u lura għal mill-anqas 15-il sekonda oħra – imbagħad erġa’ spezzjona.


Il-vaċċin għandu jiġi spezzjonat viżwalment għal xi frak barrani u/jew għal dehra fiżika mhux normali qabel jingħata. F’każ li tiġi osservata xi waħda minn dawn it-tnejn, tagħtix il-vaċċin.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa wara l-użu tal-prodott għandu

jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.