Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ketoconazole HRA
ketoconazole

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Ketoconazole HRA 200 mg pilloli

ketoconazole


imageDan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Tiħux Ketoconazole HRA jekk tapplika għalik xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq. Jekk m’intix ċert, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Ketoconazole HRA.


Twissijiet u prekawzjonijiet


Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Ketoconazole HRA.


Mard tal-fwied

Tkellem mat-tabib tiegħek jekk għandek storja ta’ mard tal-fwied. Għandek tkun taf li t-testijiet tal-enzimi tal- fwied tiegħek se jiġu mmonitorjati b’mod regolari qabel ma tibda l-kura, darba fil-ġimgħa matul l-ewwel xahar wara li jinbeda Ketoconazole HRA u mbagħad kull xahar għal 6 xhur minħabba r-riskju ta’ tossiċità epatika serja. Huma se jiġu ċċekkjati mill-ġdid wara f’każ li t-tabib tiegħek iżid id-doża ta’ kuljum tiegħek ta’ ketoconazole. Għandek twaqqaf il-kura tiegħek u tikkuntattja mill-ewwel lit-tabib tiegħek jekk tħossok ma tiflaħx jew jekk tħoss sintomi bħal telf tal-aptit, dardir, rimettar, għeja, suffejra, uġigħ addominali jew awrina skura.


Reġim ta’ dożaġġ speċifiku

Jekk tieħu terapija ta’ sostituzzjoni bil-glukokortikojdi flimkien mal-kura tiegħek b’Ketoconazole HRA, it- tabib tiegħek għandu jinfurmak dwar kif tadatta t-terapija ta’ sostituzzjoni tiegħek bil-glukokortikojdi jekk tkun taħt stress jew ikollok operazzjoni jew infezzjoni. Barra minn hekk, inti għandek tirċievi kard tal- emerġenza u għandek tkun mgħammar b’sett tal-glukokortikojdi tal-emerġenza.


Funzjoni adrenali

Il-funzjoni adrenali tiegħek se tiġi mmonitorjata f’intervalli regolari billi din hija l-kura standard fis-segwitu tat-terapija għas-sindrome ta’ Cushing u billi tista’ sseħħ insuffiċjenza adrenali waqt il-kura. Inti għandek tikkuntattja mill-ewwel lit-tabib tiegħek jekk ikollok sintomi bħal dgħufija, għeja, nuqqas ta’ aptit, dardir, rimettar jew pressjoni baxxa tad-demm.

Mard tal-qalb

Ketoconazole HRA jista’ jibdel il-mod kif tħabbat qalbek – din tista’ tkun ħaġa serja. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-ewwel, jekk ikollok palpitazzjonijiet jew taħbita tal-qalb irregolari waqt il-kura.


Disturbi infjammatorji/awtoimmuni koeżistenti

Għid lit-tabib tiegħek jekk tbati minn disturb awtoimmuni, inti tiġi mmonitorjat/a mill-qrib.


Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina mhijiex rakkomandata għal tfal ta’ taħt it-12-il sena minħabba n-nuqqas ta’ dejta f’dawn il- pazjenti.


Prodotti mediċinali oħra u Ketoconazole HRA

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Hemm xi mediċini li ma jridux jittieħdu ma’ Ketoconazole HRA (ara sezzjoni 2). Staqsi lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek għal aktar informazzjoni jekk qed tieħu Ketoconazole HRA ma’ mediċini oħra.


Il-mediċini li jistgħu jinteraġixxu ma’ Ketoconazole HRA jinkludu:


M’għandekx tieħu antaċidi (eż. idrossidu tal-aluminju) jew mediċini oħra għall-indiġestjoni tal-aċidu għal mill-anqas sagħtejn wara t-teħid ta’ Ketoconazole HRA (ara s-sezzjoni "Twissijiet u Prekawzjonijiet").


Ketoconazole HRA mal-alkoħol

M’għandux jiġi kkunsmat alkoħol waqt kura b’ketoconazole.


Tqala, treddigħ u fertilità

Tiħux dan il-prodott mediċinali waqt it-tqala. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek jekk qed tieħu Ketoconazole HRA.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Ġew irrappurtati sturdament jew ħedla ta’ ngħas waqt il-kura b’Ketoconazole HRA. M’għandekx issuq jew tħaddem magni jekk tħoss dawn is-sintomi.

Ketoconazole HRA fih il-lactose

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


  1. Kif għandek tieħu Ketoconazole HRA


    Il-bidu u s-segwitu tal-kura għandhom jiġu ssorveljati minn speċjalisti fl-endokrinoloġija.


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib tiegħek se jittestjalek id-demm qabel tibda l-kura u b’mod regolari matul il-kura biex isib kwalunkwe anormalità possibbli u anki biex ikejjel il-livelli tal-kortisol. Id-doża se tiġi adattata għall-kundizzjoni tiegħek bil-għan li jerġgħu jiġu stabbiliti livelli normali tal-kortisol.


    Id-doża tal-bidu rakkomandata ġeneralment hija 600 mg kuljum meħuda mill-ħalq (3 pilloli kuljum fi 3 ħinijiet maqsuma). Tista’ tkun meħtieġa doża ta’ kuljum minn 400 mg kuljum (2 pilloli) sa 1,200 mg kuljum (6 pilloli) meħuda b’mod orali fi 2 sa 3 dożi maqsuma biex jerġgħu jiġu stabbiliti l-livelli tal-kortisol normali tiegħek.


    Jekk tieħu Ketoconazole HRA aktar milli suppost

    Jekk tieħu aktar mid-doża preskritta ta’ Ketoconazole HRA, inti trid tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.


    Jekk tinsa tieħu Ketoconazole HRA

    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal xi doża li tkun insejt tieħu. Jekk tinsa tieħu doża waħda, ħu din id-doża malli tiftakar. Imbagħad kompli bl-iskeda regolari kif preskritta. M’għandekx tbiddel id-doża preskritta waħdek.


    Jekk tieqaf tieħu Ketoconazole HRA

    Jekk twaqqaf il-kura tiegħek b’Ketoconazole HRA, il-livell tal-kortisol tiegħek jista’ jerġa’ jiżdied u s- sintomi tiegħek jistgħu jerġgħu jitfaċċaw. Għalhekk, tiqafx tieħu Ketoconazole HRA sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji. Rarament jistgħu jseħħu problemi fil-fwied (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000).

    Tieħux Ketoconazole HRA u għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk tħoss xi wieħed minn dawn li ġejjin:

    • uġigħ ta’ ras qawwi jew vista mċajpra li jdumu għal ħin twil

    • nuqqas qawwi tal-aptit (anoressija)

    • telf tal-piż

    • dardir jew rimettar

    • għeja mhux tas-soltu jew deni

    • uġigħ fl-istonku

    • dgħufija fil-muskoli

    • sfura fil-ġilda jew fl-abjad tal-għajnejn

    • awrina skura mhux tas-soltu jew ippurgar ċar


      Insuffiċjenza adrenali hija komuni u tista’ tkun effett sekondarju serju. Ketoconazole HRA jista’ jbaxxi temporanjament l-ammont ta’ ormoni prodotti mill-glandoli adrenali tiegħek (kortisol) għal taħt il-medda normali, iżda t-tabib tiegħek se jikkoreġi dan billi juża mediċini xierqa bl-ormoni jew billi jaġġusta d-doża ta’

      Ketoconazole HRA. Inti għandek tikkuntattja mill-ewwel lit-tabib tiegħek jekk ikollok sintomi bħal dgħufija, għeja, telf tal-aptit, dardir, rimettar, pressjoni baxxa tad-demm.


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10):


      • Livelli għoljin ta’ enzimi tal-fwied fid-demm tiegħek


        Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):


      • Dardir

      • Uġigħ fiż-żaqq

      • Rimettar

      • Dijarea

      • Reazzjonijiet tal-ġilda (ħakk, raxx)


        Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):


      • Reazzjonijiet allerġiċi li, rarament, jistgħu jkunu serji

      • Tibdil fil-markers tal-laboratorju

      • Tnaqqis fl-ammont tal-plejtlits

      • Uġigħ ta’ ras

      • Sturdament

      • Ngħas

      • Reazzjonijiet tal-ġilda (urtikarja)

      • Twaqqigħ tax-xagħar

      • Għeja


        Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000):


      • Piressija (deni)


        Effetti sekondarji bi frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):


      • Nuqqas ta’ rqad

      • Nervożiżmu

      • Intolleranza għall-alkoħol

      • Telf tal-aptit jew żieda fl-aptit

      • Uġigħ ta’ ras

      • Sensazzjoni ta’ tingiż jew tnemnim

      • Dwejjaq mid-dawl

      • Fsada mill-imnieħer

      • Dispepsja (diġestjoni mhux tajba)

      • Gass fl-istonku

      • Telf tal-kulur tal-ilsien

      • Ħalq xott

      • Tfixkil fis-sens tat-togħma

      • Ħmura fil-ġilda, tinxef il-ġilda, ħakk fil- ġilda

      • Fotosensittività (żieda fir-reazzjoni għad- dawl tax-xemx: ħmura, raxx bil-ħakk)

      • Majalġja (uġigħ fil-muskoli)

      • Artralġja (uġigħ fil-ġogi)

      • Disturbi mestrwali

      • Azoospermja (l-ebda għadd tal-isperma)

      • Disfunzjoni tal-erezzjoni

      • Ginekomastja (tkabbir fit-tessut tas-sider fl-irġiel)

      • Edima periferali (idropsija fl-estremitajiet)

      • Telqa

      • Fwawar

      • Tnaqqis temporanju fit-testosteron, ormon tal-irġiel (androġen) magħmul mill-ġisem, prodott l-aktar fit-testikoli


        Rappurtar tal-effetti sekondarji

        image

        Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Ketoconazole HRA


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Din il-mediċina ma teħtieġ ebda kundizzjoni ta’ ħżin speċjali

    • Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Ketoconazole HRA


Kif jidher Ketoconazole HRA u l-kontenut tal-pakkett

Ketoconazole HRA jiġi f’pakketti li fihom 60 pillola.

Il-pillola hija offwajt għal lewn il-krema ċar, tonda, b’dijametru ta’ 10 mm, bikonvessa.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

HRA Pharma Rare Diseases 200 avenue de Paris

92320 CHATILLON

Franza

Tel : + 33 1 40 33 93 14


Manifattur

Centre Spécialités Pharmaceutiques 76-78 avenue du Midi

63800 Courron d‘Auvergne Franza


jew


Polfarmex S.A. ul. Józefów 9,

99-300 Kutno Il-Polonja

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’.

Mediċini: . Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.