Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Xultophy
insulin degludec, liraglutide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Xultophy 100 unità/mL + 3.6 mg/mL soluzzjoni għall-injezzjoni

insulina degludec + liraglutide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Kif jidher Xultophy u l-kontenut tal-pakkett

Xultophy huwa soluzzjoni ċara u bla kulur.

Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1, 3, 5 u pakkett multiplu li fih 10 (2 pakketti ta’ 5) pinen ta’ 3 mL. Jista’ jkun

li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Novo Nordisk A/S

Novo Allé

DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka


Issa aqleb wara għal tagħrif dwar kif tuża l-pinna tiegħek mimlija għal-lest. Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'



.

image

Istruzzjonijiet dwar kif tuża Xultophy 100 unità/mL + 3.6 mg/mL soluzzjoni għall-injezzjoni


Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet sew qabel ma tuża l-pinna Xultophy mimlija għal-lest tiegħek.

Tużax il-pinna mingħajr taħriġ kif suppost mit-tabib jew l-infermier

tiegħek.

Ibda billi tiċċekka l-pinna tiegħek biex tiżgura li fiha Xultophy

100 unità/mL + 3.6 mg/mL, imbagħad ħares lejn l-illustrazzjonijiet ta’ hawn taħt biex issir taf fuq il-partijiet differenti tal-pinna tiegħek u l-labra.


Jekk inti persuna għamja jew għandek vista batuta u ma tistax taqra l- kontatur tad-doża fuq il-pinna , tużax din il-pinna mingħajr għajnuna. Fittex persuna b’vista tajba mħarrġa biex tuża l-pinna Xultophy mimlija għal- lest biex tgħinek.


Xultophy huwa mediċina li fiha insulina degludec u liraglutide. Xultophy jingħata bħala ‘eskalazzjonijiet fid-doża’. Eskalazzjoni waħda fid-doża fiha unità 1 ta’ insulina degludec + 0.036 mg liraglutide.


Il-pinna tiegħek hija pinna mimlija għal-lest li tħallik tagħżel id-doża. Fiha

3 mL ta’ soluzzjoni Xultophy. Hija tagħti dożi minn:

1.8 mg liraglutide)


Il-pinna tiegħek tagħti dożi f’żidiet ta’ eskalazzjoni waħda fid-doża. Tagħmel ebda konverżjoni tad-doża tiegħek. L-eskalazzjonijiet fid-doża magħżula jaqblu man-numru muri fil-kontatur tad-doża.


Il-pinna tiegħek hi maħsuba biex tintuża ma’ labar NovoTwist jew NovoFine li jintremew wara li jintużaw u b’tul sa 8 mm u rqaq anke sa 32G. Il-labar mhumiex inklużi fil-pakkett.


Informazzjoni importanti

Oqgħod attent ħafna għal dawn in-noti għax huma importanti għall-użu tal- pinna mingħajr periklu.

image

image


Għatu ta’ ġewwa tal- labra



Xultophy pinna mimlija għal- lest u labra (eżempju)


Għatu Għatu ta’

tal- barra tal-

pinna labra


Għatu ta’ ġewwa tal- labra


Labra


Siġill protettiv


Skala tal- pinna

Tieqa tal- pinna


Tikketta

tal-pinna


Kontatur tad-doża Indikatur tad-

doża Buttuna

tad-

Selettur tad- doża

doża b’wiċc

Buttuna lixx

tad-doża

1 Ipprepara l-pinna tiegħek b’labra ġdida


  • Iċċekkja l-isem u t-tikketta bil-kulur tal-pinna tiegħek, biex taċċerta ruħek li jkun fiha Xultophy.

  • Neħħi l-għatu tal-pinna.

Dan hu importanti b'mod speċjali jekk tieħu iktar minn tip wieħed ta'

mediċina li tinjettaha. Jekk tieħu l-mediċina l-ħażina tista’ tagħmel ħsara lil saħħtek.


A

image

image

image

image

image

image


  • Iċċekkja li s-soluzzjoni fil-pinna tiegħek tkun ċara u bla kulur. Ħares minn ġot-tieqa tal-pinna. Jekk is-soluzzjoni tidher imċajpra, tużax il- pinna.


B

  • Ħu labra ġdida u qatta’ s-siġill protettiv.


C

  • Imbotta l-labra dritt fuq il-pinna. Dawwar sakemm tkun issikkata.


D

  • Neħħi l-għatu ta’ barra tal-labra u żommu għal wara. Se jkollok bżonnu wara l-injezzjoni, biex tneħħi l-labra minn mal-pinna bla periklu.


E

  • Neħħi l-għatu ta’ ġewwa tal-labra u armih. Jekk tipprova terġa’ tpoġġih f’postu, bi żball tista’ tniggeż lilek innifsek bil-labra.

Qatra soluzzjoni tista' tidher fil-ponta tal-labra. Dan hu normali, iżda xorta trid tiċċekkja l-fluss.

Tqabbadx labra ġdida mal-pinna tiegħek sakemm tkun lest li tieħu l- injezzjoni tiegħek.


image Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni.

Dan jista’ jevita labar imblukkati, kontaminazzjoni, infezzjoni u dożaġġ mhux preċiż.

image Qatt m’għandek tuża labra mgħawġa jew fiha ħsara.


F

2 Iċċekkja l-fluss


  • Dawwar is-selettur tad-doża biex tagħżel 2 eskalazzjonijiet tad-doża.

  • Il-kontatur tad-doża u l-indikatur tad-doża juru kemm-il eskalazzjoni

Kun ċert li l-kontatur tad-doża juri 2.

fid-doża ta’ Xultophy għażilt.


A


2

eskalazzjoni jiet fid-doża magħżula

image

image

image


  • Żomm il-pinna bil-labra tipponta ’l fuq.

Taptap in-naħa ta’ fuq tal-pinna bil-mod għal ftit drabi biex jekk ikun hemm xi bżieżaq tal-arja dawn jitilgħu fuq nett.


B

  • Agħfas u żomm il-buttuna tal-injezzjoni magħfusa ’l ġewwa sakemm

il-kontatur tad-doża jerġa’ lura fuq iż-0. Iż-0 irid ikun bi dritt l-indikatur tad-doża.

Qatra soluzzjoni għandha tidher fil-ponta tal-labra.


Qatra żgħira tista' tibqa' fil-ponta tal-labra, iżda mhux se tiġi injettata. Jekk ma tidher l-ebda qatra, irrepeti passi 2A sa 2C għal massimu ta’ 6 darbiet. Jekk il-qatra xorta tibqa’ ma tidhirx, ibdel il-labra u rrepeti passi 2A sa 2C għal darba oħra.

Jekk qatra tas-soluzzjoni xorta tibqa’ ma titfaċċax, armi l-pinna u uża waħda ġdida.


image Qabel ma tinjetta, dejjem aċċerta ruħek li tidher qatra fil-ponta tal- labra. Dan jiżgura li hemm fluss tas-soluzzjoni.

Jekk ma tidher l-ebda qatra, inti m'inti se tinjetta l-ebda mediċina, anki jekk il-kontatur tad-doża jista' jiċċaqlaq. Dan jista’ jindika labra imblukkata jew fiha ħsara.


image Dejjem importanti li tiċċekkja l-fluss qabel tinjetta. Jekk ma tiċċekkjax il-fluss, tista’ tieħu ftit wisq mediċina, jew ma tieħu l-ebda mediċina. Dan jista’ jwassal għal livell għoli ta’ zokkor fid-demm.


C

3 Agħżel id-doża tiegħek


  • Dawwar is-selettur tad-doża biex tagħżel id-doża li teħtieġ.

Il-kontatur tad-doża juri d-doża f’eskalazzjonijiet fid-doża.

Jekk tagħżel doża ħażina, tista' ddawwar is-selettur tad-doża ’l quddiem jew lura biex tagħżel id-doża t-tajba.

Il-pinna tista' tagħżel sa massimu ta' 50 eskalazzjoni fid-doża.

Is-selettur tad-doża jibdel in-numru ta’ eskalazzjonijiet fid-doża.

Il-kontatur tad-doża u l-indikatur tad-doża biss se juruk kemm-il eskalazzjoni fid-doża tkun għażilt għal kull doża.

Tista’ tagħżel sa 50 eskalazzjoni fid-doża għal kull doża. Meta l-pinna tiegħek ikun fiha inqas minn 50 eskalazzjoni fid-doża, il-kontatur tad- doża jieqaf fuq in-numru ta' eskalazzjonijiet fid-doża li jkun fadal.

Is-selettur tad-doża jikklikkja b'mod differenti meta jiddawwar 'il quddiem, lura jew meta jiddawwar iżjed mill-eskalazzjonijiet fid-doża li

jkun fadal. Tgħoddx il-klikks tal-pinna.


image Qabel ma tinjetta l-mediċina dejjem uża l-kontatur tad-doża u l- indikatur tad-doża biex tara kemm-il eskalazzjoni fid-doża tkun għażilt.

Tgħoddx il-klikks tal-pinna. Jekk tagħżel u tinjetta d-doża l-ħażina, il- livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek jista’ jitla’ jew jinżel.

Tużax l-iskala tal-pinna, għax din turi biss bejn wieħed u ieħor kemm

ikun fadal soluzzjoni fil-pinna tiegħek.


A


Eżempji


5

eskalazzjoni jiet fid-doża magħżula


24


eskalazzjoni

fid-doża magħżula

image

image

image

image

image


Kemm fadal soluzzjoni?


  • L-iskala tal-pinna turik bejn wieħed u ieħor kemm fadal soluzzjoni fil-pinna tiegħek.


A


Kemm fadal bejn wieħed u

ieħor

  • Biex tara bl-eżatt kemm baqa’ soluzzjoni, uża l-kontatur tad-doża: Dawwar is-selettur tad-doża sakemm il-kontatur tad-doża jieqaf.

  • Jekk teħtieġ iktar mediċina minn dak li fadal fil-pinna tiegħek, tista’ taqsam id-doża tiegħek bejn żewġ pinen.

Jekk juri 50, tal-inqas fadal 50 eskalazzjoni fid-doża fil-pinna tiegħek. Jekk juri inqas minn 50, in-numru muri huwa n-numru ta’ eskalazzjonijiet fid-doża li fadal fil-pinna tiegħek.



image Oqgħod attent ħafna u ara li tikkalkula kif suppost jekk taqsam id- doża tiegħek.

Jekk ikollok xi dubju, ħu d-doża sħiħa b’pinna ġdida. Jekk taqsam id- doża b’mod żbaljat, tinjetta ftit wisq mediċina jew iżżejjed. Dan jista’ jgħolli jew ibaxxi l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek.


B


Eżempju


Kontatur tad-

dożi mwaqqaf: fadal 42 eskalazzjoni tad-doża

4 Injetta d-doża tiegħek


  • Daħħal il-labra fil-ġilda tiegħek kif urewk it-tabib jew l-infermier tiegħek.

  • Aċċerta ruħek li tkun tista’ tara l-kontatur tad-doża. Tgħattix il-

kontatur tad-doża b'subgħajk. Dan jista’ jinterrompi l-injezzjoni.


A

  • Agħfas u żomm 'l isfel il-buttuna tal-injezzjoni sakemm il-kontatur

tad-doża juri 0.

Iż-0 irid ikun bi dritt l-indikatur tad-doża. Tista’ mbagħad tisma’ jew tħoss klikk.


B

  • Ħalli l-labra fil-ġilda wara li l-kontatur tad-doża jkun reġa’ lura fuq iż- 0 u għodd bil-mod sa 6.

  • Jekk il-labra titneħħa qabel, tista’ tara nixxiegħa ta’ soluzzjoni ħierġa

mill-ponta tal-labra. Jekk dan iseħħ, ma tkunx ingħatat id-doża sħiħa, u għandek iżżid il-frekwenza ta’ kemm tiċċekkja l-livell ta’ zokkor fid- demm tiegħek.


C Għodd bil-mod:


1-2-3-4-5-6

image

image

image

image


  • Neħħi l-labra mill-ġilda.

    • Jekk ma jidhirx 0 fil-kontatur tad-doża wara li tkun ilek tagħfas il-

    • F’dan il-każ – jista’ jkun li inti ma rċivejt ebda mediċina - anki

Jekk jidher id-demm fejn tkun tajt l-injezzjoni, agħfas bil-mod. Togħrokx dik iż-żona.


Tista' tara qatra ta' soluzzjoni fil-ponta tal-labra wara li tinjetta. Dan hu normali u m’għandu l-ebda effett fuq id-doża li tkun għadek kif ħadt.


image Dejjem ħares lejn il-kontatur tad-doża biex tkun taf kemm-il eskalazzjoni fid-doża se tinjetta. Żomm il-buttuna tad-doża magħfusa sakemm il-kontatur tad-doża jiġi fuq iż-0. Jekk il-kontatur tad-doża ma jerġax jiġi fuq iż-0, ma tkunx ingħatat id-doża sħiħa, u dan jista’ jwassal għal livell għoli ta’ zokkor fid-demm.


Kif tagħraf labra mblukkata jew bil-ħsara?

buttuna tad-doża, jista’ jkun li użajt labra mblukkata jew li fiha ħsara.

jekk il-kontatur tad-doża mexa mid-doża oriġinali li tkun għażilt.

X’tagħmel b’labra mblukkata?

Ibdel il-labra kif spjegat fis-sezzjoni 5 u rrepeti l-passi kollha mis- sezzjoni 1: Ipprepara l-pinna tiegħek b’labra ġdida. Ara li tagħżel id-

doża sħiħa li teħtieġ.

Qatt m’għandek tmiss il-kontatur tad-doża meta tinjetta. Dan jista’

jinterrompi l-injezzjoni.


D

5 Wara l-injezzjoni


  • Fuq wiċċ ċatt, daħħal it-tarf tal-labra ġol-għatu ta’ barra tal-labra

mingħajr ma tmiss il-labra jew l-għatu ta’ barra tal-labra.


A

  • Ladarba l-labra tkun mgħottija, imbotta bil-mod l-għatu ta’ barra tal- labra biex tagħlqu kompletament.

  • Ħoll il-labra u armiha b'attenzjoni kif qallek it-tabib jew l-infermier tiegħek.


B

  • Wara kull użu, poġġi l-għatu fuq il-pinna tiegħek sabiex tipproteġi s- soluzzjoni mid-dawl.


Dejjem armi l-labra wara kull injezzjoni biex tiżgura l-użu ta’ labra bil-ponta u tevita labar imblukkati. Jekk il-labra tkun imblukkata, inti m'int se tinjetta l-ebda mediċina.

Meta l-pinna tkun vojta, armiha mingħajr ma jkollha labra, kif infurmawk it-tabib, l-infermier, l-ispiżjar jew l-awtoritajiet lokali tiegħek.


image Qatt m’għandek tipprova tpoġġi l-għatu ta’ ġewwa tal-labra lura fuq il-labra. Tista’ tniggeż lilek innifsek bil-labra.

image Wara kull injezzjoni dejjem neħħi l-labra minn mal-pinna tiegħek.

Dan jista' jevita labar imblukkati, kontaminazzjoni, infezzjoni, tnixxija


C


ta' soluzzjoni u dożaġġ mhux preċiż.

image Aktar informazzjoni importanti


  • Dejjem żomm fuqek pinna żejda u labar ġodda f'każ li titlef xi pinna

  • Dejjem żomm il-pinna u l-labar fejn ma jidhrux u fejn ma jistgħux jintlaħqu minn persuni oħrajn, speċjalment tfal.

  • Qatt m'għandek tagħti l-pinna tiegħek lil persuni oħrajn. Il-mediċina tiegħek tista’ tkun ta’ ħsara għal saħħithom.

  • Qatt m'għandek tagħti l-labar tiegħek lil persuni oħrajn. Jekk tagħmel dan inti tista’ tieħu infezzjoni mingħandhom jew huma jieħdu infezzjoni mingħandek.

  • Persuni li jieħdu ħsieb il-pazjent iridu joqogħdu attenti ħafna kif jimmaniġġjaw il-labar użati – biex jevitaw li jweġġgħu bil-labar u jinfettaw lilhom infushom.

jew il-pinna tkun bil-ħsara.

Kif tieħu ħsieb il-pinna tiegħek


  • Tħallix il-pinna f’karozza jew f’post ieħor fejn tista’ tisħon ħafna jew tiksaħ ħafna.

  • Taħżinx il-pinna tiegħek f’temperaturi ’l fuq minn 30°C.

  • Tħallix il-pinna tiegħek tiġi esposta għal trab, ħmieġ jew likwidu.

  • Taħsilx, tgħaddasx, u tillubrikax il-pinna tiegħek. Jekk ikun hemm

  • Twaqqax il-pinna tiegħek u lanqas ma għandek tħabbatha ma’ uċuh

  • Tippruvax timla il-pinna tiegħek mill-ġdid. Ladarba tkun vojta, trid

  • Tippruvax issewwi l-pinna tiegħek jew iżżarmaha.

bżonn, naddafha b’deterġent ħafif fuq biċċa drapp niedja.

ibsin.

Jekk twaqqagħha jew tissuspetta problema, waħħal labra ġdida u ċċekkja l-fluss tal-labra qabel ma tinjetta.

tintrema.