Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Cosentyx
secukinumab

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Cosentyx 75 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest


secukinumab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma inti (jew it-tifel/tifla tiegħek) tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti.


Kif jidher Cosentyx u l-kontenut tal-pakkett

Is-soluzzjoni għall-injezzjoni Cosentyx hija likwidu ċar. Il-kulur tagħha jista’ jvarja minn bla kulur għal ħarira fl-isfar. Cosentyx 75 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest hu

disponibbli f’pakketti ta’ doża waħda li fihom siringa waħda mimlija għal-lest u f’pakketti multipli li

fihom 3 (3 pakketti ta’ 1) siringi mimlija għal-lest.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited Vista Building

Elm Park, Merrion Road

Dublin 4 L-Irlanda


Manifattur

Novartis Pharma GmbH Roonstraße 25

90429 Nürnberg

Il-Ġermanja


Sandoz GmbH

Biochemiestrasse 10

6336 Langkampfen

L-Awstrija

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Lietuva

SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas Tel: +370 5 269 16 50


България

Novartis Bulgaria EOOD Тел: +359 2 489 98 28

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Magyarország Novartis Hungária Kft. Tel.: +36 1 457 65 00


Danmark

Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00

Malta

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872


Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 88 04 52 111


Eesti

SIA Novartis Baltics Eesti filiaal Tel: +372 66 30 810

Norge

Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12

Österreich

Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570


España

Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888


France

Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600


Hrvatska

Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220

România

Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01


Ireland

Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Novartis Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5542 5439


Italia

Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070

United Kingdom (Northern Ireland)

Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


u

Tagħrif dwar kif tuża s-siringa mimlija għal-lest Cosentyx tal-75 mg


Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet KOLLHA qabel l-injezzjoni. Importanti li ma tippruvax tinjetta lilek innifsek jew lill-persuna li qed tikkuraha sakemm ma tkunx tħarriġt mit-tabib,

mill-infermier jew mill-ispiżjar tiegħek. Il-kaxxa fiha siringa mimlija għal-lest waħda Cosentyx tal-

75 mg b’kull siringa ssiġillata individwalment f’folja tal-plastik.


image

Is-siringa mimlija għal-lest Cosentyx tal-75 mg tiegħek


Sistema protettiva tas-siringa

Minn fejn taqbad is-siringa Planġer


Ir-ras tal-

Għatu tal-labra Tieqa biex tara Tikketta u data ta’ meta tiskadi

Ġwienaħ protettivi

tas-siringa

planġer


Wara li tinjetta l-mediċina, is-sistema protettiva tas-siringa tiġi attivita sabiex titgħatta l-labra. Din hija maħsuba sabiex tipproteġi lill-professjonisti fil-qasam mediku, il-pazjenti li jinjettaw il-mediċina mogħtija mit-tabib huma stess, u l-individwi li jgħinu lill-pazjenti jinjettaw il-mediċina huma stess milli jintlaqtu bil-labra bi żball.


image

X’għandek bżonn aktar għall-injezzjoni tiegħek:


Tagħrif importanti dwar is-sigurtà

Attenzjoni: Żomm is-siringa fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

  1. L-għatu tal-labra tas-siringa jista’ jkun fih lastku niexaf (latex), li m’għandux jintuża minn individwi sensittivi għal din is-sustanza.

  2. Tiftaħx il-kaxxa ssiġillata ta’ barra qabel ma tkun lest biex tuża din il-mediċina.

  3. Tużax din il-mediċina jekk is-siġill tal-kaxxa ta’ barra jew is-siġill tal-folja ikun maqsum, minħabba li jista’ ma jkunx sigur biex tintuża.

  4. Qatt tħalli s-siringa tiġri fejn ġie ġie fejn ħaddieħor jista’ jbagħbasha.

  5. Tħawwadx is-siringa.

  6. Oqgħod attent li ma tmissx il-ġwienaħ protettivi tas-siringa qabel ma tużaha. Billi tmisshom, is-sistema protettiva tas-siringa tista’ tiġi attivata kmieni wisq.

  7. Tneħħix l-għatu tal-labra qabel ma tkun se tagħti l-injezzjoni.

  8. Is-siringa ma tistax terġa’ tintuża. Armi s-siringa użata minnufih wara li tintuża fil-kontenitur li fih jintremgħu oġġetti bil-ponta jew li jaqtgħu.

Kif tinħażen is-siringa mimlija għal-lest Cosentyx tal-75 mg

  1. Aħżen din il-mediċina issiġillata fil-kaxxa tagħha ta’ barra sabiex tilqgħalha mid-dawl. Aħżen fil-friġġ f’temperatura bejn 2°C u 8°C. TAGĦMILHIEX FIL-FRIŻA.

  2. Ftakar li trid toħroġ is-siringa mill-friġġ u tħalliha toqgħod sakemm tilħaq it-temperatura tal-kamra qabel ma tħejjiha biex tinjettaha (15-30 minuta).

  3. Tużax is-siringa wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa ta’ barra jew it-tikketta tas-siringa wara “JIS”/“EXP”. Jekk skadiet, ħu lura l-pakkett sħiħ l-ispiżerija.


    Il-post tal-injezzjoni


    image

    Il-post tal-injezzjoni huwa l-post fuq il-ġisem tiegħek fejn se tuża s-siringa.

    • Il-post irrakkomandat hu l-parti ta’ quddiem tal-koxox.

      Tista’ tuża wkoll in-naħa ta’ isfel ta’ żaqqek, imma

      mhux l-erja ta’ 5 ċentimetri madwar iż-żokra.

    • Agħżel post differenti kull darba li tagħti l-injezzjoni lilek innifsek.

image

Jekk l-injezzjoni qed jagħtihielek ħaddieħor, tista’ tintuża wkoll in-naħa ta’ barra tal-parti ta’ fuq tad-dirgħajn.


Kif tħejji s-siringa mimlija għal-lest Cosentyx tal-75 mg sabiex tkun tista’ tużaha

  1. Oħroġ il-kaxxa li fiha s-siringa mill-friġġ u ħalliha toqgħod magħluqa għal madwar 15-30 minuta sakemm tilħaq it-temperatura tal-kamra.

  2. Meta tkun lest biex tuża s-siringa, aħsel idejk sew bis-sapun u l-ilma.

  3. Naddaf il-post tal-injezzjoni b’tajjara bl-alkoħol.

  4. Oħroġ is-siringa mill-kaxxa ta’ barra u oħroġha mill-folja billi żżomm il-qafas protettiv tas- siringa.

  5. Iċċekkja s-siringa. Il-likwidu għandu jkun ċar. Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn bla kulur għal ħarira fl-isfar. Tista’ tilmaħ bużżieqa żgħira tal-arja, li hu normali. TUŻAX jekk il-likwidu fih

biċċiet li jidhru b’mod ċar, huwa mċajpar jew jidher b’mod ċar li hu kannella. TUŻAX jekk is-siringa hi miksura. Fil-każijiet kollha, ħu lura l-pakkett sħiħ tal-prodott l-ispiżerija.


Kif tuża s-siringa mimlija għal-lest Cosentyx tal-75 mg


image

Neħħi l-għatu tal-labra b’attenzjoni mis-siringa billi żżomm il-qafas protettiv tas-siringa. Armi l- għatu tal-labra. Tista’ tilmaħ qatra likwidu

fit-tarf tal-labra. Dan huwa normali.

image

Bilmod oqros il-ġilda fejn se tittaqqab u daħħal

il-labra kif muri. Daħħal il-labra kollha ’l ġewwa f’angolu ta’ madwar 45 grad sabiex tkun ċert li

l-mediċina tista’ tingħata kollha.


image

Żomm is-siringa kif muri. Agħfas il-planġer bil- mod s’isfel nett sakemm ir-ras tal-planġer tkun għal kollox bejn il-ġwienaħ protettivi tas-siringa. Ħalli l-planġer magħfus kollu ’l isfel filwaqt li tibqa’ żżomm is-siringa f’postha għal 5 sekondi.


Żomm il-plaġner imniżżel kollu, filwaqt li b’attenzjoni toħroġ il-labra dritt ’il barra mill-post fejn ittaqqabt.


Bilmod itlaq il-planġer u ħalli s-sistema protettiva tas-siringa tgħatti awtomatikament il-labra mikxufa.


Jista’ jkun hemm ammont żgħir ta’ demm

fil-post fejn ingħatajt l-injezzjoni. Tista’ tagħfas biċċa tajjara jew garża fuq il-post tal-injezzjoni

u żommha għal 10 sekondi. Togħrokx il-post

fejn ittaqqabt. Tista’ tgħatti l-post fejn ittaqqabt bi stikk żgħir, jekk hemm bżonn.

Tagħrif dwar kif tarmi l-prodott


image

Armi s-siringa użata f’kontenitur li fih jintremgħu oġġetti bil-ponta jew li jaqtgħu (li jingħalaq, kontenitur li ma jittaqqabx).

Għas-sigurtà u s-saħħa tiegħek u tal-oħrajn, il-labar u s-siringi użati m’għandhom qatt jerġgħu jintużaw.